Legislature:
Category:
Reset
Active:

Fgura – skola primarja – tfal li jeħtieġu għajnuna ta’ LSA

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm tfal li jattendu l-Iskola Primarja tal-Fgura fis-sena akkademika preżenti u li jeħtieġu l-għajnuna ta’ LSA kif approvat mid-dipartiment? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm LSAs? Jista’ jara li t-tfal kollha jiġu pprovduti b’LSA?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li sal-lum, fl-iskejjel primarji tal-Fgura kien hemm: Skola Primarja ‘A’ - sittin (60) student li għandhom bżonn is-sapport ta’ Learning Support Assistant (LSA). Biex jissapportjaw lil dawn l-istudenti fl-iskola hemm tmienja u tletin (38) LSA. Skola Primarja ‘B’ - tlieta u tletin (33) student li għandhom bżonn is-sapport ta’ Learning Support Assistant. Biex jissapportjaw lil dawn l-istudenti fl-iskola hemm dsatax (19)-il LSA. Infurmat li l-istudenti li għandhom bżonn l-għajnuna kollha għandhom is-sapport meħtieġ ta’ Learning Support Assistant.

Marsaxlokk – Tas-Silġ

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31650 jista’ l-Ministru jindika x’passi ttieħdu jew ser jiġu meħuda tul din is-sena fis-sit arkeoloġiku magħruf bħala Tas-Silġ ġewwa Marsaxlokk?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li matul l-2016 saru skavi żgħar madwar ir-razzett u l-ħajt tul Triq Xrobb l-Għaġin. Abbażi ta’ dawn l-iskavi, u b’kooperazzjoni sħiħa mad-Direttorat tar-Restawr, ġiet sottomessa applikazzjoni lill-Awtorità tal-Ippjanar sabiex jiġi rranġat ir-razzett u jinħolqu faċilitajiet ġodda għall-viżitaturi. Eventwalment se jiġi ppubblikat ukoll ir-rapport finali tal-iskav li sar mill-Missjoni Arkeoloġika Taljana. Intant Heritage Malta qed tħejji draft management plan li jkun jista’ jiġi emendat skond u malli dan ir-rapport jiġi ppublikat.

Skrivani tal-Parole

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 31669, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx il-ħsieb li tul din is-sena jiżdiedu l-Iskrivani tal-Parole?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li qed tkun studjatha l-possibilità ta’ żieda

Bord għat-Tnaqqis tas-sentenzi — każijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ġie trattat mill-Bord għat-Tnaqqis tas-Sentenzi taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi Kap 516 tal-Liġijiet ta’ Malta tul is-sena li għaddiet? Jista’ jindika l-eżitu tagħhom?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li matul l-2016 il-Bord għat-Tnaqqis tas-Sentenzi tratta 121 każ, minn dawn kien hemm 71 każ fejn ġew miċħuda perjodi tat-tnaqqis tas-sentenza, filwaqt illi f’50 każ ieħor ingħata t-tnaqqis mis-sentenza.

Talbiet ta’ Petizzjonijiet

Question

B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 31654 u 31856 jista’ l-Ministru jindika jekk kemm-il darba l-informazzjoni dwar kemm tressqu talbiet ta’ petizzjonijiet taħt is-sistema kif stabbilita fl-Att dwar il-Kummissarji għall-Ġustizzja Kapitolu 291, inġabritx?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ħal Għaxaq – Skola Primarja – tfal li jeħtieġu l-għajnuna tal-LSA

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm tfal li jattendu l-Iskola Primarja f’Ħal Għaxaq fis-sena akkademika preżenti, li jeħtieġu l-għajnuna tal-LSA kif approvati mid-dipartiment u kemm hemm LSAs? Jista’ jara li t-tfal kollha jiġu pprovduti b’LSA?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li sal-20 ta’ Marzu 2017, fl-iskola primarja ta’ Ħal Għaxaq hemm erbgħa u tletin (34) student li għandhom bżonn is-sapport ta’ Learning Support Assistant (LSA). Biex jissaportjaw lil dawn l-istudenti fl-iskola hemm sitta u għoxrin (26) LSA. Infurmat li l-istudenti li għandhom bżonn l-għajnuna kollha għandhom is-sapport ta’ LSA.

Ħal Tarxien — Tempji Neolitiċi - żjarat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm żaru t-Tempji Neolitiċi li jinsabu f'Ħal Tarxien tul is-sena li għaddiet 2016? Jista' jgħid kemm ittieħdu student mill-iskejjel primarji? Jista' jgħid x'xogħol u spejjeż saru fuq l-istess post?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li matul l-2016 kien hemm 65,512 viżitatur li żaru t-Tempji ta’ Ħal Tarxien bi ħlas. Kien hemm ukoll madwar 600 tifel u tifla mill-iskejjel primarji li żaru dawn it-tempji. Matul l-istess sena tkomplew ix-xogħlijiet ta’ tisbiħ fis-sit kif ukoll manutenzjoni tax-xogħlijiet li saru bħala parti mill-proġett tal-ERDF. Dan ix-xogħol kien jammonta għal spiża ta’ madwar €72,000.

Uffiċċju tal-Arbitru taħt l-att dwar is-Sigurtà Soċjali — appelli pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm appelli pendenti sal-aħħar ta' Frar 2017 quddiem l-Uffiċċju tal-Arbitru taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali u jista' jgħid kemm hemm minnhom appuntati u kemm le?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Tribunal Industrijali — każijiet pendenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm każijiet pendenti quddiem it-Tribunal Industrijali sal-aħħar ta' Frar 2017? Tista' tgħid kemm każijiet ġew deċiżi tul is-sena li għaddiet 2016?

Response (DALLI, HELENA)

Matul l-2016 ġew deċiżi total ta’ 75 każ. F’dan ir-rigward sal-aħħar ta’ Frar 2017 kien hemm total ta’ 592 każ pendenti quddiem it-Tribunal Industrijali li jinkludu 313-il każ ta’ ħaddiema tal-eks-Malta Drydocks.

Ħal Tarxien – Triq il-Kbira – xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra f’liema stat u kundizzjoni tinsab il-parti inizjali ta’ Triq il-Kbira Ħal Tarxien u jekk kemm-il darba huwiex ser isir xi xogħol fuqha tul din is-sena?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ħal Tarxien – Triq il-Fieres – xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra f’liema stat u kundizzjoni tinsab il-parti inizjali ta’ Triq il-Fieres Ħal Tarxien u jekk kemm-il darba huwiex ser isir xi xogħol fuqha tul din is-sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li tajt f’Mistoqsijiet Parlamentari 31150 u 31151.

Bormla – Windmill Str – xogħol fil-mitħna l-antika

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31047 jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba huwiex previst li tul din is-sena jsiru t-tiswijiet neċessarji mid-Dipartiment tal-Kultura fil-mitħna l-antika li tinsab f’Windmill Str, Bormla billi għandha bżonn dan urġenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tal-Kultura ma jagħmilx xogħol ta tiswijiet u manutenzjoni ta’ bini jew siti storiċi.
Leg 12 PQ #31860 Sitting 495 2017-03-15 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta’ Malta dwar l-Ippjanar – permessi approvati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jinforma l-Kamra kemm-il permess ġie approvat mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ippjanar fis-sena 2016 u jista’ jagħti lista dettaljata ta’ x’tip kienu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, it-tagħrif mitlub.

Wied il-Għajn – żona msejjaħ il-Magħluq — passi

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 27280 jista’ l-Ministru jinforma x’passi ulterjuri ttieħdu tul is-sena li għaddiet għar-rigward il-Magħluq f’Wied Il-Għajn?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor Interpellant, li fil-Magħluq ta’ Marsaskala komplew l-inizjattivi tal-kontroll tal-firien, kif ukoll miżuri biex tinżamm l-indafa tal-post bħala parti mill-ħarsien u mmaniġġjar aħjar tas-sit. Dan ix-xogħol qed isir minn diversi entitajiet, dan il-Ministeru, kif ukoll Ministeri oħra. Inizzjattiva ġdida, imnieda ma’ entità mhux governattiva, hija dik immirata għar-rinfurzar tal-popolazzjoni tal-bużaqq (Aphanius fasciatus) li jinstabu fil-post b’mod naturali. Dawn il-miżuri msemmija jagħmlu parti mill-Pjan tat-Tmexxija għas-sit.

Parole Dossier

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ġie ppreparat Parole Dossier skont tal-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi Kap. 516 tal-Liġijiet ta’ Malta fl-2016?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li fl-2016 saru wieħed u sebgħin (71) Parole Dossiers.

Bord tal-Parole — Rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba rċeviex ir-rapport li għandu jiġi ppreżentat mill-Bord tal-Parole taħt is-subartikolu 3 tal-artikolu 9 skont l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi Kap. 516 tal-Liġijiet ta’ Malta għas-snin 2014, 2015, u 2016?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed isiru l-verifiki meħtieġa.

Kumitat Parlamentari dwar l-Affarijiet Soċjali – rapport annwali tal-Bord tal-Parole

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba qiegħedx il-kopja tar-rapport annwali tal-Bord tal-Parole fuq il-Mejda tal-Kamra u ppreżentax tali kopja lill-Kumitat Parlamentari dwar l-Affarijiet Soċjali għas-snin 2014 u 2015 skont is-subartikolu 4 tal-artikolu 9 tal-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi Kap. 516 tal-Liġijiet ta’ Malta?

Response (ABELA, CARMELO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 31673.

Bord għat-Tnaqqis tas-Sentenzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid preżentement minn min huwa kompost il-Bord għat-tnaqqis tas-sentenzi taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi Kap. 516 tal-Liġijiet ta’ Malta?Jista’ jgħid fuq kemm-il darba ltaqa’ tul is-sena li għaddiet?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Il-Bord huwa kompost minn, Dr.Henry Antoncic bħala chairman, is-Sur Charles Azzopardi, is-Sur Alfred Cachia u d-direttur tal-Ħabs, is-Sur Paul DeBattista. Matul is-sena 2016 il-Bord kellu 8 laqgħat.