Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra jekk humiex jiġu kkonsultati sidien il-ħwienet tal-Pjazza ta’ Raħal Ġdid invista tal-inkonvenjenzi li għaddejjin minnhom tul ix-xogħlijiet?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li saru numru ta’ laqgħat mal-operaturi kif ukoll mal-GRTU dwar dan il-proġett. Dawn id-diskussjonijiet kienu jsiru b’mod regolari mill-2015 sal-2017 qabel beda l-proġett. Intbaghat wkoll cirkulari lill-operaturi nkwestjoni kemm fuq iddevjar ta Traffiku kif ukoll fuq il-Loading and loading Bays.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba pajjiżna huwiex ser jieħu sehem fil-laqgħa li ser isir Ġinevra fil-25 ta’ April 2017 marbuta mal-aħħar rapport tal-Ġnus Magħquda dwar il-faqar? Jekk iva ser issir xi kontribuzzjoni?
Response (VELLA, GEORGE)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li f'Ġinevra fil-25 ta' April 2017 ser issir il-laqgħa intitolata "Forum Reġjonali għall-Iżvilupp Sostenibbli", li Malta ser tipparteċipa fiha.
Dan il-Forum għandu jservi ta' pjattaforma ewlenija fejn ser tiġi diskussa l-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 u l-Miri għall-Iżvilupp Sostenibbli. L-eżitu ta' dan il-Forum ser jiġi ppreżentat bħala kontribut reġjonali għall-Forum Politiku Għoli li sussegwentement ser jittella' f' New York f'Lulju 2017. Waqt il-Forum f'Ġinevra, l-Istati Membri m'huma mistennija jħabbru l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni indikati bħala Third Country Nationals li huma reġistrati biex jaħdmu f’dawn il-gżejjer fl-2016 u jista’ jindika dan skont in-nazzjonalità tagħhom u kemm minnhom huma self-employed u x’inhuwa s-sess tagħhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta’ persuni reġistrati bħala Third Country Nationals u li kienu qed jaħdmu f’Malta u f’Għawdex fl-aħħar ta’ Settembru 2016, skont in-nazzjonalità u sess tagħhom, huwa kif muri fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Mit-total ta’ 9,042 persuna reġistrati bħala Third Country Nationals li kienu qed jaħdmu f’Malta u Għawdex fl-aħħar ta’ Settembru 2016, kien hemm 387 persuna li kienu jaħdmu bħala self-employed. Minn dawn kien hemm 290 raġel u 97 mara.
Attachments:PQ 32196 - Third Country Nationals li jaħdmu f'Malta.pdf
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni indikati bħala EU Nationals li huma reġistrati biex jaħdmu f’dawn il-gżejjer fl-2016 u jista’ jindika dan skont in-nazzjonalità tagħhom u kemm minnhom huma self-employed u x’inhuwa s-sess tagħhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta’ persuni reġistrati bħala EU Nationals u li kienu qed jaħdmu f’Malta u Għawdex fl-aħħar ta’ Settembru 2016, skont in-nazzjonalità u sess tagħhom, huwa kif muri fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Mit-total ta’ 25,115-il persuna reġistrati bħala EU Nationals u li kienu qed jaħdmu f’Malta u Għawdex fl-aħħar ta’ Settembru 2016, kien hemm 2,958 persuna jaħdmu bħala self-employed. Minn dawn kien hemm 1,748 raġel u 1,210 mara.
Attachments:PQ 32197 - EU Nationals li jaħdmu f'Malta.pdf
Kumitat Nazzjonali għaż-Żoni Turstiċi – pjan ta’ azzjoni għall-Wied il-Għajn
Question
B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 7784 u 15653, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba l-Kumitat Nazzjonali għaż-Żoni Turistiċi fassalx pjan ta’ azzjoni għal-lokalità ta’ Wied il-Għajn u jekk iva jista’ jpoġġi dan il-pjan fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħataw għall-Mistoqsijiet Parlamentari 23621 u 28957, datati 7 ta’ Marzu u 5 ta’ Diċembru 2016, rispettivament.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni li kienu immigranti rregolari ġew ripatrijati lura volontarjament jew le tul is-sena 2016?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2016, in-numru ta’ immigranti li ġew ripatrijati lura kien ta’ 110, minn dawn 14 kienu b’mod volontarju assistit u 96 kienu deportati.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm studenti li din is-sena akkademika qed jattendu l-Iskola Sekondarja ta’ Santa Luċija (Kulleġġ San Tumas More)? Jista’ jindika x’lingwi qed jiġu mgħallma?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fl-Iskola Sekondarja ta’ Santa Luċija (Kulleġġ San Tumas More) hemm jattendu studenti kif jidher fit-tabella:
Sena
Subien
Bniet
Total
9 (Form 3)
76
96
172
10 (Form 4)
149
149
11 (Form 5)
264
264
Total
76
509
585
Fl-iskola jiġu mgħallma l-Għarbi, il-Franċiż, il-Ġermaniż, it-Taljan u l-iSpanjol. Dan minbarra l-Malti u l-Ingliż.
Jobsplus – persuni li waqfu jirreġistraw mill-Ewwel Parti tar-Reġistru għax-xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni waqqfu jirreġistraw mill-Ewwel Parti tar-reġistru għax-xogħol mal-Jobsplus tul is-sena li għaddiet l-2016? Kemm persuni ġew maqtugħa fl-istess perjodu u kemm irtiraw?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ġentilment nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 30181.
Marsaxlokk — Skola Primarja – tfal li jeħtieġu l-għajnuna tal-LSAs
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm tfal li jattendu l-Iskola Primarja f’Marsaxlokk fis-sena akkademika preżenti li jeħtieġu l-għajnuna ta’ LSA kif approvati mid-Dipartiment? Jista’ jgħid kemm hemm LSAs? Jista’ jara li t-tfal kollha jiġu pprovduti b’LSA?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fl-iskola primarja tal-Marsaxlokk hemm ħmistax-il (15) student li għandhom bżonn is-sapport ta’ Learning Support Assistant (LSA). Biex jagħtu s-sapport meħtieġ lil dawn l-istudenti fl-iskola hemm għaxar (10) LSAs. Infurmat li l-istudenti li għandhom bżonn l-għajnuna kollha għandhom is-sapport ta’ LSA.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk tul din is-sena huwiex ser isir ix-xogħol neċessarju fuq Triq il-Belt Valletta, f’Ħal Għaxaq billi għandha bżonn?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill- Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk tul din is-sena humiex ser isiru x-xogħlijiet neċessarji sabiex Triq il-Gardell f’Ħal Għaxaq tiġi asfaltata?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq li fi ħsiebu jdaħħal lil Triq il-Gardell fil-programm ta’ xogħlijiet ta’ toroq fis-snin li ġejjin skont il-finanzi u l-esiġenzi li jinqalgħu matul is-sena.
Raħal il-Ġdid — persuni li użaw is-servizzi tal-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni li użaw is-servizzi tal-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali f’Raħal il-Ġdid tul is-sena li għaddiet? Jista’ jgħid x’tip ta’ servizzi ngħataw? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm persuni jaħdmu hemm?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, in-numru ta’ persuni li wżaw is-servizzi tal-Uffiċċju Distrettwali ta’ Raħal il-Ġdid tul is-sena 2016 kien ta’ 38,367. Is-servizzi li jingħataw minn kull distrett jinkludu, informazzjoni fuq il-benefiċċji kollha mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali kif ukoll mili ta’ applikazzjonijiet.
F’dan id-distrett jaħdmu 3 skrivani u
district manager
.
Fgura- persuni li użaw is-servizzi tal-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni li użaw is-servizzi tal-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali fil-Fgura tul is-sena li għaddiet? Jista’ jgħid x’tip ta’ servizzi ngħataw? Kif ukoll, jista’ jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu hemm?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, i n-numru ta’ persuni li wżaw is-servizzi tal-Uffiċċju Distettwali tal-Fgura tul is-sena 2016 kien ta’ 19,053. Is-servizzi li jingħataw minn kull distrett jinkudi, informazzjoni fuq il-benefiċċji kollha mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali kif ukoll mili ta’ applikazzjonijiet.
F’dan id-distrett jaħdmu 2 skrivani u f’ċerti ġranet ikun hemm
regional co-ordinator
.
Anzjani residenti fi Djar tal-Anzjani – self ta’ kotba mil-libreriji
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’tip ta’ servizzi jistgħu jużaw anzjani residenti fi Djar tal-Anzjani għall-self ta’ kotba mil-libreriji pubbliċi direttament fil-post fejn huma residenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Libreriji Maltin f’kollaborazzjoni mad-Direttorat għall-Anzjani u Kura fil-Komunità jagħti servizz ta’ self ta’ kotba lill-anzjani li hemm fid-Dar tal-anzjani fil-Mellieħa.
Isiru wkoll sessjonijiet ta’ qari lill-anzjani ta’ din id-Dar u estendejna dan is-servizz lid-djar tal-anzjani tal-Imtarfa u tal-Mosta. Bħalissa wkoll Libreriji Maltin qegħda tagħti l-opportunità lil studenti tas-Sixth Form ta’ San Alwiġi jagħmlu sessjonijiet ta’ qari fid-Dar tal-anzjani tal-Imtarfa bħala parti mill-proġett tagħhom tas-Systems of Knowledge. Fil-futur qrib Libreriji Maltin se tkun qegħda toffri servizz ieħor għal dawk li huma housebound.
Gudja — Skola Primarja – tfal li jeħtieġu l-għajnuna tal-LSA
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm tfal li jattendu l-Iskola Primarja tal-Gudja fis-sena akkademika preżenti u li jeħtieġu l-għajnuna tal-LSA kif approvat mid-dipartiment? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm LSAs? Jista’ jara li t-tfal kollha jiġu pprovduti b’LSA?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fl-iskola primarja tal-Gudja hemm tmien (8) studenti li għandhom bżonn is-sapport ta’ Learning Support Assistant (LSA). Biex jagħtu s-sapport meħtieġ lil dawn l-istudenti fl-iskola hemm tmien (8) LSAs. Infurmat li l-istudenti li għandhom bżonn l-għajnuna kollha għandhom is-sapport ta’ LSA.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm studenti fl-Iskola Primarja tal-Fgura li qegħdin fil-Kindergarten u jistax jara jekk huwiex possibbli li jsir ix-xogħol neċessarju sabiex ikun hemm klassijiet aktar sabiex ma jibqax ikun hemm żewġ klassijiet f’kamra waħda?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ studenti li jattendu l-Kindergarten fl-Iskola Primarja tal-Fgura hu ta’ 264, maqsuma kif ġej:-
K1: 147
K2: 117
Fix-xhur li ġejjin il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ser ikun qed jistudja l-possibiltajiet ta’ estensjonijiet tal-binjiet tal-Iskejjel Primarji fosthom ukoll dik tal-Fgura.
Jista’ l-Ministru jindika jekk kemm-il darba tul din is-sena huwiex ser isir xogħol fi Triq il-Pellikani ġewwa Ħal Tarxien billi din it-triq qed tiġi wżata sew kważi daqs arterja prinċipali?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ħal Tarxien – Triq ir-Russett – art b’nuqqas ta’ indafa
Question
Jista’ l-Ministru jindika jekk kemm-il darba ttieħdux il-provvedimenti opportuni għar-rigward ta’ biċċtejn art li jinsabu ġewwa Triq ir-Russett, Ħal Tarxien waħda kantuniera ma’ Triq il-Pellikani u l-oħra ma’ Triq Dun Karm Sant, minħabba li hemm numru ta’ ilmenti marbuta ma’ nuqqas ta’ indafa u ġrieden?