Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #2264 Sitting 51 2017-11-13 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Tribunal għas-Sanzjonijiet Kummerċjali

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il seduta nżammet mit-Tribunal għas-Sanzjoniet Kummerċjali tul din is-sena (2017)? Jista’ il-Ministru jgħid ukoll kemm-il persuna jew kumpanija dehru quddiem dan it-Tribunal u kemm ġew blacklisted?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-Tribuanl għas-Sanzjonijiet Kummerċjali sa llum 9 ta’ Novembru ltaqa’ għaxar (10) darbiet. It-Tribunal għandu żewġ (2) każijiet imressqa quddiemu u li għadhom taħt proċess ta’ investigazzjoni. Għalhekk s’issa ma kien hemm l-ebda blacklisting.

Skejjel Primarji u Sekondarji – studenti visually impaired

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm studenti visually impaired fl-iskejjel Primarji u Sekondarji f’din is-sena akkademika u kemm hemm għalliema għalihom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 66 studenti visually impaired fl-iskejjel Primarji u Sekondarji tal-iStat, tal-Knisja u Indipendenti f’din is-sena skolastika u hemm tliet għalliema għalihom.

Kapitolu 291 tal-Liġijiet ta’ pajjiżna – talbiet ta’ petizzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm tressqu talbiet ta’ petizzjonijiet taħt is-sistema kif inhi stabbilita fil-Kapitolu 291 tal-Liġijiet ta’ pajjiżna tul din is-sena sal-aħħar ta’ Ottubru 2017? Kemm minnhom daħlu direttament u elettronikament? Kemm minnhom ġew milqugħa u kemm ġew miċħuda?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li b’kollox daħlu 28,557 petizzjoni. Is-segwenti tabella turi informazzjoni iktar dettaljata. Decision OnlineManualTotal Accepted by BOP8,791 1,199 9,990 Accepted Partially by BOP238 171 409 Refused by BOP6,215 3,396 9,611 Not Taken Cognisance Of 1,251 185 1,436 Pending Decision1,544 5,567 7,111 Total Registered18,039 10,518 28,557

Ħal Tarxien – Bust tal-Pulizija Mark Farrugia

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema raġuni l-bust tal-mibki pulizija Mark Farrugia f’Ħal Tarxien għadu ma tqiegħedx lura f’postu u dan minkejja li għadda sew żmien biex dan jsir?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li l-bust tal-mibki pulizija Mark Farrugia għadu kemm ittieħed għar-restawr. Hekk kif jitlesta r-restawr fuqu, dan ser jitqiegħed f’postu.

Malta-Uk Business Promotion Task Force — laqgħat

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa’ l-Malta-UK Business Promotion Task Force? Jista’ jgħid jekk ġewx preparati xi rapporti li ġew sottomessi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-Malta-UK Business Task Force ltaqa’ erba’ darbiet, kważi laqgħa kull ħmistax, min kemm ilu mwaqqaf. Il-laqgħat saru fl-4 ta’ Settembru, 18 ta’ Settembru, 6 ta’ Ottubru u 20 ta’ Ottubru. Bħala Prim Ministru jkolli laqgħat regolari maċ-Chairman tat-Task Force Joseph Zammit Tabona. Nhar it-Tnejn 6 ta’ Novembru 2017 indirizzajt laqgħa ma’ business leaders fir-Renju Unit li kienet organizzata mis-City of London b’kollaborazzjoni mal-Malta-UK Business Task Force.

Uffiċċju tal-Arbitru taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali – appelli pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm appelli pendenti quddiem l-Uffiċċju tal-Arbitru taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali sal-aħħar ta’ Ottubru 2017? Jista’ jgħid kemm kien hemm minnhom appuntati u kemm le?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, kien hemm 1123 każ pendenti quddiem l-Uffiċċju tal-Arbitru sal-aħħar ta’ Ottubru 2017. Minnhom kien hemm, 384 każ appuntat/differit jew għas-sentenza, filwaqt illi kien hemm 739 każ li għadu mhux appuntat.

Żejtun – Triq Alfredo Cachia Zammit — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra f’liema stadju tinsab it-tiswija ta’ Triq Alfredo Cachia Zammit Żejtun u jista’ jindika l-ispejjeż li ntefqu sa issa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol ta’ Transport Malta li jikkonsisti f’culvert għall-ilma tax-xita u l-bini mill-ġdid tat-triq beda ftit tal-ġranet ilu u sa llum intefqu madwar Eur 100,000. Ix-xogħol prinċipali li sar fix-xhur li għaddew kien qed isir mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma; u għal dan nitolbu jagħmel il-Mistoqsija lil Ministru kkonċernat.

Ħal Tarxien – Triq il-Fieres – stat u kundizzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra f’liema stat u kundizzjoni tinsab Triq il-Fieres Ħal Tarxien u jekk kemm-il darba huwiex ser isir xi xogħol fuqha fil-futur?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li se ssir spezzjoni fit-triq imsemmija biex ikun determinat il-kundizzjoni tagħha.

Ħal Tarxien – Triq A. Caruana u Triq Santa Marija – spiża tax-xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew jiswew Triq A. Caruana u Triq Santa Marija Ħal Tarxien biex ġew irranġati?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta m’għamlet l-ebda xogholijiet fit-Triq A. Caruana u Triq Santa Marija, Tarxien.

Kapitolu 291 tal-Liġijiet ta’ pajjiżna – Talbiet ta’ petizzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm tressqu talbiet ta’ petizzjonijiet taħt is-sistema kif inhi stabbilita fil-Kapitolu 291 tal-Liġijiet ta’ pajjiżna tul is-sena li għaddiet? Kemm minnhom daħlu direttament u elettronikament? Kemm minnhom ġew milqugħa u kemm ġew miċħuda?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li b’kollox dahlu 34,379 petizzjoni. Is-segwenti tabella turi informazzjoni iktar dettaljata. Decision OnlineManualTotal Accepted by BOP 9,996 5,543 15,539 Accepted Partially by BOP 388 485 873 Refused by BOP 7,090 8,857 15,947 Not Taken Cognisance Of 1,043 437 1,480 Pending Decision 27 513 540 Total Registered 18,544 15,835 34,379

Ħal Tarxien – Bust tal-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta l-bust tal-mibki pulizija Mark Farrugia f’Ħal Tarxien se jerġa’ jitqiegħed f’postu wara li l-bust kien ġie misruq u reġa’ nstab?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li bħalissa għaddej xi xogħol ta’ tindif fuq il-bust tal-bronż kif ukoll xogħol relatat mal-pinnijiet li bihom il-bust jitqiegħed fuq il-kolonna tiegħu. Hekk kif dan ix-xogħol jitlesta l-bust ikun jista’ jitqiegħed lura f’postu. Intant, infurmat ukoll mill-istess Kunsill, li l-każ dwar is-serq tal-bust ghadu sub judice.
Leg 12 PQ #32741 Sitting 504 2017-04-10 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta – Grievance Unit – ħlas lill-persuni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni jonqoshom li jiġu mħallsa wara li l-Grievance Unit li twaqqaf fl-Air Malta, lesta r-rakkomandazzjonijiet tiegħu?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kumpanija Air Malta onorat il-ħlasijiet kollha li ġew rakkomandati mill-“Grievance Unit”, ad eċċezzjoni ta’ numru żgħir ta’ individwi li qed jikkontestaw id-deċiżjoni tal-“Grievance Board”.

Skola Primarja taż-Żejtun — LSAs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li qed jattendu l-Iskola Primarja taż-Żejtun fis-sena akkademika preżenti, li jeħtieġu l-għajnuna ta’ Learning Support Assistant (LSA) kif approvati mid-dipartiment? Kemm hemm LSAs? Jista’ jara li t-tfal kollha jiġu provduti b’LSA?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li sal-5 ta’ April 2017, fl-iskejjel primarji taż-Żejtun kien hemm: Skola Primarja ‘A’ - sitta u erbghin (46) student li għandhom bżonn is-sapport ta’ Learning Support Assistant (LSA). Biex jissapportjaw lil dawn l-istudenti fl-iskola hemm wieħed u tletin (31) LSA. Skola Primarja ‘B’ - ħamsa u tletin (35) student li għandhom bżonn is-sapport ta’ Learning Support Assistant. Biex jissapportjaw lil dawn l-istudenti fl-iskola hemm dsatax (19)-il LSA. Infurmat li l-istudenti li għandhom bżonn l-għajnuna kollha għandhom is-sapport ta’ Learning Support Assistant.

Skola Primarja ta’ Wied il-Għajn — LSAs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li qed jattendu l-Iskola Primarja ta’ Wied il-Għajn fis-sena akkademika preżenti, li jeħtieġu l-għajnuna ta’ Learning Support Assistant (LSA) kif approvati mid-dipartiment? Kemm hemm LSAs? Jista’ jara li t-tfal kollha jiġu provduti b’LSA?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li fl-iskola primarja ta’ Wied il-Għajn hemm tlieta u sittin (63) student li għandhom bżonn is-sapport ta’ Learning Support Assistant (LSA). Biex jagħtu s-sapport meħtieġ lil dawn l-istudenti fl-iskola hemm ħamsa u erbgħin (45) LSA. Infurmat li l-istudenti li għandhom bżonn l-għajnuna kollha għandhom is-sapport ta’ LSA.

Ħal Tarxien – Triq il-Pellikani — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk kemm-il darba tul din is-sena huwiex se jsir xogħol fuq Triq il-Pellikani f’Ħal Tarxien, billi din it-triq qed tiġi użata sew kważi daqs arterja prinċipali?

Response (BONNICI, OWEN)

Infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li mhux fil-ħsieb tiegħu li jsir xogħol fuq Triq il-Pellikani din is-sena.

Ħal Għaxaq – Triq il-Belt Valletta — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk tul din is-sena huwiex se jsir ix-xogħol neċessarju fuq Triq il-Belt Valletta, f’Ħal Għaxaq billi din it-triq għandha bżonn li jsiru xogħlijiet fuqha?

Response (BONNICI, OWEN)

Infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq li jieħu ħsieb il-manutenzjoni ta’ din it-triq minn żmien għal żmien bir-riżorsi li għandu.

Marsaxlokk – sit arkeoloġiku Tas-Silġ

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba għar-rigward is-sit arkeoloġiku Tas-Silġ f’Marsaxlokk hemmx pjan ta’ konservazzjoni? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx pjan sabiex jitkompla l-iskavar u l-istudju tal-istess sit? Jista’ jgħid jekk hemmx pjan sabiex din l-attrazzjoni tkun miftuħa regolarment?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Persuni li applikaw biex jingħataw l-għajnuna soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni applikaw sabiex jingħataw għajnuna soċjali tul is-sena 2016? Jista’ wkoll jindika kemm persuni ma baqgħux jirċievu dan il-benefiċċju fl-istess perjodu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, in-numru ta’ persuni li applikaw għal Għajnuna Soċjali fis-sena 2016 kien ta’ 2,796 filwaqt li n-numru ta’ dawk li ma baqgħux jirċievu dan il-benefiċċju tul l-istess sena kien ta’ 4,633.