Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #1868 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għall-Ambjent

Mellieħa — Periklu fil-bypass

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex jitneħħa l-periklu li hemm fil-bypass tal-Mellieħa fil-hair-pin bend li hemm viċin ir-roundabout? Jaf il-Ministru li dawn l-inċidenti f'din il-parti ta' triq qegħdin iseħħu spiss minħabba d-disinn jew tfassil ta' din il-kurva? Jaf il-Ministru li l-inċidenti li jseħħu minn dawk il-karozzi li jkunu neżlin huma ta' periklu ferm akbar għal dawk il-karozzi li jkunu telgħin?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #1869 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għall-Ambjent

Baħar iċ-Ċagħaq — Kurva perikoluża

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex tiġi rranġata dik il-kurva perikoluża mmens li hemm fi hemm fi Triq Baħar iċ-Ċagħaq viċin it-Torri ta' l-Għallis? Jaf il-Ministru li minkejja li l-crash barriers jiġu rranġati u minkejja li twaħħlu sinjali li jidentifikaw din il-kurva bħala black spot, xorta waħda għadhom iseħħu l-inċidenti peress li d-difett qiegħed fid-disinn jew tfassil ta' din il-kurva?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #1870 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Boreholes — Twaħħil ta' meters

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk twaħħlux meters mal-boreholes kollha li tħaffru mill-privat u ġew reġistrati madwar sena jew sentejn ilu? Jekk twaħħlu dawn il-meters humiex qegħdin jinqraw? Jekk qegħdin jinqraw x'inhu l-volum ta' ilma li qiegħed jittella' minn dawn il-boreholes lokal b'lokal u sena b'sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #1871 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Boreholes

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru tal-boreholes li saru mill-privat u ġew irreġistrati mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma? Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux talbiet mill-privat biex jitħaffru boreholes ġodda wara li kien għalaq iż-żmien biex boreholes simili jiġu rreġistrati? Jekk kien hemm talbiet ġodda, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn ġewx milqugħa jew ġewx milqugħa partijiet minnhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li n-numru ta' boreholes li saru mill-privat u ġew irreġistrati mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma jammonta għal 2530. Kien hemm 11-il talba mill-privat biex jitħaffru boreholes ġodda. Minn dawn it-talbiet ġodda, 4 ġew milqugħa, 2 ġew rifjutati filwaqt li 5 talbiet oħra qed jiġu kkunsidrati.
Leg 9 PQ #1872 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għall-Ambjent

Mġarr (Għawdex) — Bini/irranġar ta' portijiet u terminals

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol tal-bini u rranġar ta' portijiet u terminals kemm fl-Imġarr, Għawdex kif ukoll fiċ-Ċirkewwa Malta? Ix-xogħol/xogħlijiet imsemmi huma mexjin skond l-iskeda jew inkella dawn ix-xogħlijiet waqgħux lura? Dawn ix-xogħlijiet waqgħu lura, x'kienet ir-raġuni għaliex ġara hekk u bil-kemm il-ġurnata waqgħu lura dawn ix-xogħlijiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi għalkemm diġa' sar xi xogħol ta' tqattigħ ta' blat u dredging fiċ-Ċirkewwa, ix-xogħol bħalissa huwa wieqaf għar-raġuni li għad ma ngħata ebda permess mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex dan ikun jista' jitkompla. Il-pjanti tal-Proġett huma ffinalizzati kif wieħed seta' jistabilixxi meta saret il-Public Hearing f'Għawdex stess f'Awissu li għadda u qabel ma joħroġ il-permess fuq il-proġett kollu, ix-xogħol ma jkunx jista' jitkompla.
Leg 9 PQ #858 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Sannat - Triq il-Kbira

Question

Tista' l-Ministru tgħid: 1) jekk tafx li fuq Triq il-Kbira, Sannat, Għawdex tliet xhur ilu nbeda xogħol u sal-lum dan ix-xogħol għadu ma tlestiex; 2) x'inhi r-raġuni għaliex dan ix-xogħol jinsab wieqaf; 3) jekk tafx li l-istat li tinsab fih din it-triq qiegħed ikun ta' inkonvenjent kbir għar-residenti u anke għat-traffiku; u 4) meta hu mistenni li x-xogħol fuq l-imsemmija triq jitlesta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li x­xogħlijiet imsemmija huma weqfin temporanjament minħabba nuqqas ta' fittings li għandha l­Korporazzjoni għas­Servizzi ta' l­Ilma peress li x­xogħol fuq din it­triq nbeda qabel iż­żmien li kien programmat. Sadattant se jsir xogħol temporanju għall­kisi tat­trinka prinċipali ta' l ­ilma
Leg 9 PQ #859 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Nadur - Triq Binġemma

Question

Tista' l-Ministru tgħid: 1) jekk tafx li t-toroq ta' l-H.O.S., fin-Nadur, Għawdex speċjalment Triq Binġemma jinsabu fi stat ħażin; 2) x'inhuma l-possibilitajiet li x-xogħol tal-kisi bil-hot asphalt jinbeda bla dewmien fuq it-toroq imsemmija, speċjalment meta wieħed iqis li r-residenti kienu ordnati li jagħmlu l-electrodes u xogħol ieħor biex dan il-kisi jkun jista' jsir?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

It­toroq imsemmija ġa ġew imdaħħla fil­programm ta' xogħlijiet ta' kisi bit­tarmak u se jingħataw il­prijorita' li jixirqilhom.
Leg 9 PQ #879 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Mġarr/Ċirkewwa — Mollijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid: 1) fiex wasal ix-xogħol fuq il-bini ta' mollijiet u terminals, kemm fl-Imġarr kif ukoll fiċ-Ċirkewwa; 2) jekk ix-xogħol imsemmi hux qiegħed isir skond ix-schedule jew inkella waqa' lura; u 3) jekk ix-xogħol waqa' lura, bil-kemm-il ġurnata u x'kienu r-raġunijiet għaliex ġara dan?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill­onor interpellant jirreferi l­Mistoqsija lill­Ministru konċernat.