Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #10640 Sitting 163 1999-10-25 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Skejjel — Għalliema

Question

Taf il-Ministru li studenti tal-Form IV għadhom bla għalliema fl-ilsien Taljan u li għalliema tal-matematika ttieħdet tgħallem klassi oħra u l-klassi tagħha ġiet imċaħħda minn dan is-suġġett tant importanti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li ma kienet teżisti l-ebda vakanza ta' għalliem tat-Taljan ta' l-istudenti tal-Form IV fil-bidu ta' din is-sena skolastika. Iżda waħda mill-għalliema tat-Taljan fl-iskola Sekondarja/Junior Lyceum tal-bniet Agius de Soldanis imbagħad ħarġet b'long sick leave u għalhekk id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qiegħda tieħu l-passi sabiex timtela l-imsemmija vakanza. Dwar l-għalliema tal-Matematika jiena nfurmata illi ma teżisti l-ebda vakanza.
Leg 9 PQ #10344 Sitting 157 1999-10-14 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Ħaddiema Għawdxin — Ħlas ta' overtime

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi s-somma globali li l-ħaddiema Għawdxin għandhom jirċievu bħala ħlas ta' overtime u shift allowance? Kemm hu n-numru ta' ħaddiema, dipartiment b'dipartiment li ħadmu l-overtime u shifts u għadhom ma tħallsux? Meta beħsiebu l-Gvern iħallas lil dawn il-ħaddiema?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #10283 Sitting 154 1999-10-12 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali — Ophtalmic Consultant Surgeon

Question

Tista' l-Ministru tgħid: (a) x'inhi r-raġuni li minkejja li nħarġu l-applikazzjonijiet għal mili ta' Ophtalmic Consultant Surgeon fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, din il-kariga għadha ma tteħditx; u (b) meta beħsiebha timtela' din il-kariga?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li d-dewmien ġie kkawżat minħabba li ċ-Chairman tal-Bord tal-Għażla jinsab marid minħabba operazzjoni. Qiegħed jiġi kkunsidrat x'jista' jsir biex il-proċeduri jitħaffu.
Leg 9 PQ #10156 Sitting 152 1999-10-11 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Rabat - Taċ-Ċawla Housing Estate

Question

Taf il-Ministru li l-mains ta'l-ilma li hemm fil-blokki tal-flats IA f'Taċ-Ċawla Housing Estate, Għawdex, qegħdin inixxu l-ilma fl-entrata? Minkejja li dan l-ilma ilu jnixxi għal diversi ġimgħat ma tteħdux passi biex dan l-inkonvenjent jitneħħa? Meta se jitieħdu passi biex jissewwew dawn il-ħsarat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #10206 Sitting 152 1999-10-11 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Katamaran — Vjaġġi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għamlet vjaġġi l-Katamaran bejn Malta u Għawdex minn mindu bdiet taħdem dan l-aħħar? Kemm ġarret persuni bejn iż-żewġ gżejjer? Xi spejjeż għamlet din il-Katamaran fi fuel, ħsarat u pagi tal-crew? Xi profitti għamlet mill-passiġġieri li ġarret?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li minn mindu bdiet topera fil-5 ta' Lulju 1999 sat-30 ta' Settembru 1999, il-Katamaran għamlet 450 vjaġġ bejn Malta u Għawdex li matulhom inġarru 14,645 passiġġier. L-ispejjeż fi fuel, ħsarat u pagi tal-crew kienu jammontaw għal Lm45,039. F'dan il-perjodu ma sarx qliegħ.
Leg 9 PQ #9944 Sitting 148 1999-10-04 Oral · Interim From: CARMELO BORG To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gozo Channel — Studenti - Pass speċjali

Question

Jista'l-Ministru jiżvela jekk studenti Maltin li jkunu jistudjaw fl-Universita' ta' Għawdex humiex intitolati għall-pass speċjali tal-Gozo Channel biex ikunu jistgħu jaqsmu lejn Għawdex bi prezz ridott?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #6816 Sitting 144 1999-07-28 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Ilma

Question

Jista' l-Ministru jagħti tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 3644?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tanalizza l-ilma għall-preżenza ta' Trihalomethanes skond ħtiġijiet speċifiċi. F'dawn l-aħħar snin, il-Korporazzjoni perjodikament wettqet analiżi ta' l-ilma, speċjalment dak ta' taħt l-art, u nstab li l-livelli ta' Trihalomethanes huma ferm anqas mill-livelli rakkomandati mill-Unjoni Ewropea. Il-Korporazzjoni qed tieħu ħsieb sabiex dawn it-testijiet isiru fuq bażi regolari, aktar u aktar billi hemm proposta biex id-direttiva ta' l-Unjoni Ewropea dwar il-kwalita' ta' l-ilma għall-konsum min-nies tkun riveduta biex tinkludi it-Trihalomethanes bħala parametru ta' audit monitoring. Jekk din il-proposta tkun applikata għall-kondizzjonijiet lokali, l-analiżi għandhom isiru minn darba sa tlitt darbiet fis-sena skond il-volum ta' ilma distribwit jew prodott kuljum. Sadanittant il-Korporazzjoni tissorvelja l-livell ta' Chlorine f'boreholes u f'pumping stations kuljum, sabiex tassigura li ebda ilma kontaminat ma' jasal għand il-konsumatur, kif ukoll biex tivverifika li l-livelli ta' chlorine mhumiex għoljin iżżejjed u b'hekk tkun qegħda titnaqqas il-possibilta' li jiffurmaw it-Trihalomethanes.
Leg 9 PQ #8208 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali — Surgical spirit

Question

Tista' l-Ministru tikkonferma li fil-preżent hemm nuqqas ta' surgical spirit fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? X'inhi r-raġuni li qegħda tinħoloq din l-iskarsezza? X'passi qegħdin jittieħdu biex dawn il-problemi jingħelbu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li bħalissa hemm biżżejjed Surgical Spirit għall-ħtiġijiet tas-swali ta' l-isptar, għalkemm mhux għall-pazjenti ta' barra. L-Isptar Ġenerali ta' Għawdex qed jordna kull ġimgħa l-kwantitajiet ta' Surgical Spirit li jkollu bżonn. Il-ftit nuqqas li hemm bħalissa hu kawżat minn kunsinna li kienet intbagħtet fis-26 ta' Ġunju 1998, u li kellha titreġġa lura b'ordni tal-Government Pharmaceutical Services għax ma kenitx ta' kwalita' tajba. S'issa l-kunsinna t-tajba għadha ma waslitx. Huwa ttamat li din tasal ma ddumx.
Leg 9 PQ #8209 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali — Hospital Auxiliaries

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5704 li kienet saret lill-Ministru tas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' taf il-Ministru li l-prassi hi li dawk il-ħaddiema li jagħmlu 15-il sena jaħdmu bħala Hospital Auxiliary group B (ekwivalenti għal grad 18) fl-Isptar Ġenrali ta' Għawdex, dawn awtomatikament jieħdu group D? Taf il-Ministru li f'dan l-isptar hemm ħaddiema li minkejja li skorrew iż-żmien stipulat jaħdmu x-xogħol fuq imsemmi, dawn baqgħu ma ħadux il-grad ta' group B? X'passi se jittieħdu biex dawn it-talin jieħdu l-grad mistħoqq? Kemm hemm ħaddiema ta' dan it-tip jaħdmu fl-isptar fuq imsemmi li huma ntitolati għal grad B group B u għadhom ma ħaduhx? Kemm hu n-numru ta' dawk il-persuni li kienu ntitolati għal dan il-grad ta' group B u baqgħu ma ħaduhx anke li llum spiċċaw l-impjieg tagħhom bl-eta'? X'se jiġri minn dawn l-ex ħaddiema u kif se jiġu rrimedjati dawn in-nuqqasijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari numru 6823.
Leg 9 PQ #8379 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali — Hospital Auxiliaries

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5704 li kienet saret lill-Ministru tas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' taf il-Ministru li l-prassi hi li dawk il-ħaddiema li jagħmlu 15-il sena jaħdmu bħala Hospital Auxiliary group B (ekwivalenti għal grad 18) fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, dawn awtomatikament jieħdu group D? Taf il-Ministru li f'dan l-isptar hemm ħaddiema li minkejja li skorrew iż-żmien stipulat jaħdmu x-xogħol fuq imsemmi, dawn baqgħu ma ħadux il-grad ta' group B? X'passi se jittieħdu biex dawn it-talin jieħdu l-grad mistħoqq? Kemm hemm ħaddiema ta' dan it-tip jaħdmu fl-isptar fuq imsemmi li huma ntitolati għal grad B group B u għadhom ma ħaduhx? Kemm hu n-numru ta' dawk il-persuni li kienu ntitolati għal dan il-grad ta' group B u baqgħu ma ħaduhx anke li llum spiċċaw l-impjieg tagħhom bl-eta'? X'se jiġri minn dawn l-ex ħaddiema u kif se jiġu rimedjati dawn in-nuqqasijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari numru 6823.
Leg 9 PQ #8380 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Triq Wistin Camilleri Cauchi

Question

Tista' l-Ministru tieħu l-passi meħtieġa biex it-Triq Wistin Camilleri Cauchi fir-Rabat, Għawdex tiġi asfaltata minħabba l-istat diżastruż li tinsab fih?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-imsemmija triq hija mdaħħla fil-programm ta' xogħolijiet ta' toroq f'Għawdex.
Leg 9 PQ #7809 Sitting 125 1999-06-17 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Ramla l-Ħamra - Gabbani

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hux minnu li l-gabbani li jarmaw għax-xhur tas-sajf fir-Ramla l-Ħamra, Għawdex din is-sena ma tħallewx jarmaw temporanjament it-tined li jservu ta' protezzjoni għall-klijenti mir-raġġi tax-xemx? Jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni li s-sidien tal-gabbani ma tħallewx jagħmlu dan? Hemm il-ħsieb li dawn is-sidien jingħataw il-permessi meħtieġa biex jarmaw dawn it-tined peress li dawn ma jintramawx għal gost iżda bħala protezzjoni kontra r-raġġi qawwija tax-xemx?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant ikun aktar speċifiku fid-domanda tiegħu.
Leg 9 PQ #7810 Sitting 125 1999-06-17 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Catamaran

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-catamaran inġab Għawdex u tħalla sorgut mal-moll bla ma qiegħed jintuża? Huwa minnu li l-catamaran ġarrab ħsarat meta dan kien qiegħed jinġarr fuq il-karru? Huwa minnu li se tinħareġ offerta biex dan il-catamaran jibda jitħaddem mill-privat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-catamaran inġab Għawdex wara li saritlu l-manutenzjoni ta' kull sena fil-Manoel Island Shipyard. Sadanittant, f'Għawdex qed jitkomplew xi manutenzjonijiet u surveys oħra li huma rikjesti mill-Classification Society. Il-catamaran ġarrab ħsarat minimi matul is-slipping fil-Manoel Island Shipyard, liema ħsarat ġew imsewwija u mħallsa mit-Tarzna stess. Dawn it-tiswijiet saru taħt is-superviżjoni tal-Klassi. Fil-preżent ma hemm l-ebda pjanijiet sabiex il-catamaran jigi operat minn xi kumpanija privata.
Leg 9 PQ #7811 Sitting 125 1999-06-17 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Ramla l-Ħamra - Għassa tal-pulizija

Question

Peress li t-triq ta' wara l-għassa tal-pulizija fir-Ramla l-Ħamra hija tant imħarrbta li qed tkun ta' periklu għan-nies li jżuru din il-bajja, u l-istaġun tas-sajf diġa' beda, tista' l-Ministru tieħu l-passi kollha meħtieġa biex din it-triq tiġi rranġata bit-torba jew materjal ieħor li ma jkunx ta' ħsara għall-ambjent u l-inħawi tal-madwar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li t-triq imsemmija se tiġi rranġata.

Ċirkewwa — Port - arloġġ

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7473 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' taf li l-arloġġ fil-Port taċ-Ċirkewwa ilu ma jaħdem għal żmien twil? Taf li barra li dan l-arloġġ mhux jaħdem jinsab imgeżwer bi plastic iswed u qiegħed jagħti dehra kerha, speċjalment mal-barranin? Jista' l-Ministru jara li dan l-arloġġ jissewwa jekk inhu possibbli, u jekk le jinbidel ma' ieħor addattat aktar għal dak l-ambjent?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li dan l-arloġġ se jinbidel peress li l-ħsara li saritlu bil-maltemp u l-baħar ma` tistax tissewwa.
Leg 9 PQ #7472 Sitting 116 1999-06-08 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru ta' l-Intern

PA — PA 7070/98 u PA 6850/98

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk iż-żewġ applikazzjonijiet bin-numru PA 7070/98 u PA 6850/98 li saru għand l-awtorita' ta' l-ippjanar ġewx maqbuża minn applikazzjonijiet oħra speċjalment meta dawn ġew biex jidħlu fl-agenda? Jekk fl-affermattiv, x'kienet ir-raġuni li sar hekk? X'passi se jittieħdu biex affari bħal din ma terġax tirrepeti ruħha?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni PA 7070/98 qed tistenna r-risposta tal-perit rigward ir-rapport li tħejja mill-case officer, u għaldaqstant qatt ma kienet tistenna biex tiħdol fl-aġenda. Dwar l-applikazzjoni PA 6850/98 ninsab infurmat li din diġa` kienet fuq l-aġenda. Iżda peress li ġew mitluba fresh plans dwarha u dawn issa waslu, l-applikazzjoni tidħol fl-ewwel aġenda disponibbli.
Leg 9 PQ #7473 Sitting 116 1999-06-08 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għall-Ambjent

Ċirkewwa — Port - Arloġġ

Question

Jaf il-Ministru li l-arloġġ fil-Port taċ-Ċirkewwa ilu ma jaħdem għal żmien twil? Jaf li barra li dan l-arloġġ mhux jaħdem jinsab imgeżwer bi plastic iswed u qiegħed jagħti dehra kerha, speċjalment mal-barranin? Jista' l-Ministru jara li dan l-arloġġ jissewwa jekk inhu possibbli, u jekk le jinbidel ma ieħor addattat aktar għal dak l-ambjent?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #7474 Sitting 116 1999-06-08 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Santa Luċija - Triq Klula

Question

Taf il-Ministru li Triq Klula, Santa Luċija, Għawdex tinsab fi stat diżastruż u tinħtieġ resurfacing? Tista' l-Ministru tieħu din l-affari f'idejha u tara li x-xogħol meħtieġ isir kemm jista' jkun malajr?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ix-xogħolijiet ta' manutenzjoni fi Triq Klula Kerċem jaqgħu taħt ir-responsabilita' tal-Kunsill Lokali ta' Kerċem.
Leg 9 PQ #7475 Sitting 116 1999-06-08 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Xewkija - Sistema tad-drenaġġ

Question

Taf il-Ministru li minkejja li ilu li nbeda x-xogħol fuq is-sistema tad-drenaġġ fi Triq Chev. Zammit Haber, Xewkija, din is-sistema għadha mhix tiffunzjona minħabba li mhix kompluta? X'inhi r-raġuni li x-xogħol fuq din is-sistema ma tkompliex? Meta beħsiebu jitkompla dan ix-xogħol biex din is-sistema tkun tista' tiffunzjona?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li s-sistema tad-drenaġġ fi Triq Chev Zammit Haber, Xewkija hija nkluża fil-programm tax-xogħolijiet tad-drenaġġ f'Għawdex, u hemm il-ħsieb li x-xogħolijiet pendenti jitkomplew fiż-żmien opportun.
Leg 9 PQ #7550 Sitting 116 1999-06-08 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru tas-Saħħa

Għawdex — Mard tal-kankru

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' mard tal-kankru fil-gżira t'Għawdex matul dawn l-aħħar sitt snin sena b'sena u raħal b'raħal?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' każijiet ta' kanċer irreġistrati f'persuni residenti f'Għawdex raħal b'raħal bejn l-1993 u l-1998 fir-Reġistru Nazzjonali tal-Kanċer huwa skond il-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.