Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18759 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilek, ċoe' tgħid (a) kemm hu n-numru ta' persuni li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol u (b) kemm ilhom jirreġistraw għal xogħol persuna b'persuna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Mill-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, in-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol f'Għawdex f'Ġunju 2000 kien ta' 433. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm ilhom jirreġġistraw għax-xogħol dawn il-persuni.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18761 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilek, ċoe' tgħid kemm minn dawk il-persuni li hemm jirreġistraw għax-xogħol ġewwa Għawdex u se jtemmu l-kors nhar it-Tlieta 25.07.2000 ġew informati biex jerġgħu jibdew kors ieħor immedjatament?
Minn huma dawn il-persuni?
Fuq liema krterju ġew magħżula?
X'inhi r-raġuni li ntgħażlu dawn il-persuni meta hemm oħrajn li għadhom ma ngħatawx kors?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ħadd minn dawk il-persuni li spiċċaw il-Kors fil-25 ta' Lulju ma ġew mitluba biex jibdew kors ieħor immedjatament wara. Kien hemm persuna waħda li ġiet mistiedna għall-laqgħa ta' informazzjoni dwar programm li qed tħejji l-Korporazzjoni fuq 'Windows NT4 - System Administration'. Dan il-programm - Microsoft Certified Professional, jitlob li l-parteċipanti jkollhom livell għoli sekondarju.
Dawk il-persuni li m'għandhomx livell ta' 'O' level u s'issa għadhom m'attendewx xi programm ser ikunu mistiedna biex jagħmlu dan fi żmien qasir.
Ta min jgħid li l-Korporazzjoni tipprova kemm tista' li l-programmi ta' taħriġ li tipprovdi jirrifletti d-domanda tas-suq tax-xogħol.
Tista' l-Ministru tgħid: (a) kemm hu n-numru ta' persuni li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol; u (b) kemm ilhom jirreġistraw għal xogħol persuna b'persuna?
Tista' l-Ministru tgħid: (a) fuq liema kriterji qegħdin jitgħażlu l-persuni li jirreġistraw għax-xogħol biex dawn jingħataw il-korsijiet imnedija mill-ETC?
Kemm minn dawn il-persuni li qegħdin jirreġistraw għal xogħol: (a) ingħataw kors; (b) ingħataw aktar minn kors wieħed; (ċ) qatt ma ngħataw kors; (d) ingħata aktar minn żewġ korsijiet; u (e) l-ismijiet tal-persuni b'każijiet A, B, C, D?
Tista' l-Ministru tgħid kemm minn dawk il-persuni li hemm jirreġistraw għax-xogħol ġewwa Għawdex u se jtemmu il-kors nhar it-Tlieta, 25.07.2000 ġew informati biex jerġgħu jibdew kors ieħor immedjatament?
Min huma dawn il-persuni?
Fuq liema kriterju ġew magħżula?
X'inhi r-raġuni li ntgħażlu dawn il-persuni meta hemm oħrajn li għadhom ma ngħataw kors?
Tista' l-Ministru tgħid: (a) kemm hu n-numru ta' studenti li qed jattendu l-iSkola Sport ġewwa Għawdex; (b) kemm hu n-numru ta' instructors/għalliema li qed jaħdmu fl-iskola msemmija; (ċ) kemm intnefqu flus s'issa biex twaqqfet din l-iskola; (d) kemm intnefqu flus fi ħlas ta' instructors; (d) kemm ħallsu flus l-istudenti li qed jattendu din l-iskola; u (e) hemmx kontijiet pendenti (li għad iridu jitħallsu) f'din l-iskola?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li n-numru ta' studenti li qegħdin jattendu l-Iskola Sport ġewwa Għawdex huwa ta' 696 filwaqt li n-numru ta' Instructors fl-istess skola huwa ta' 28. L-ispiża sa l-aħħar ta' Frar 2000 biex twaqqfet u qiegħda tiffunzjona din l-iskola kienet ta' Lm9003.43 li minnhom Lm4108.98 huma spejjeż ta' instructors. L-istudenti li qegħdin jattendu din l-iskola ħallsu s-somma ta' Lm4872. Qiegħda tittieħed azzjoni biex il-kontijiet kollha pendenti ta' l-istess skola jiġu mħallsa.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhu l-ammont ta' petrol li ntuża ġewwa Għawdex matul is-sena 1999?
X'inhu l-ammont ta' diesel oil li ntuża ġewwa Għawdex matul is-sena 1999?
X'inhu l-ammont ta' pitrolju li ntuża ġewwa Għawdex matul is-sena 1999?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija mogħtija hawn taħt:
Petrol biċ-ċomb: 4,482,000 litru
Petrol bla ċomb: 1,919,750 litru
Diesel: 8,786,990 litru
Pitrolju: 1,050,150 litru
Light fuel oil: 191,600 litru
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' enerġija elettrika li ntbagħtet ġewwa Għawdex matul is-sena 1999?
Kemm minn din l-enerġija elettrika ntilfet (hija unaccounted for)?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Enemalta ma ghandhiex apparat biex tirrekordja l-ammont ta` units li jintbaghtu Ghawdex u peress li l-kontijiet ghall-1999 ghadhom ma hargux, lanqas tista` tinghata l-kwantita` ta` units mibjugha f`dik il-gzira. Ghaldaqstant l-informazzjoni mitluba ma tistax tinghata.
Madanakollu jistghu jinghataw il-`peak demands` li kien hemm f`Ghawdex. Dawn kienu 18.29 MVA fit-13 ta` Frar 1999, 18.69 MVA fis-27 ta` Awissu 1999 u 18.86 MVA fis-26 ta` Jannar 2000.
Tista' l-Ministru tgħid meta ħa jintbagħat uffiċjal fiċ-Ċentru ta' Għawdex ta' l-Universita' biex jagħmel id-doveri ta' l-uffiċjal li għadu kif telaq minn dan ix-xogħol?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li qegħdin jittieħdu l-passi meħtieġa f'dan ir-rigward.
Tista' l-Ministru tgħid min kienu dawk l-individwi u soċjetajiet li bbenefikaw mill-vot rikorrenti tat-Taqsima Kultura u tal-Kunsill tal-Kultura matul is-sena 1999?
Tista' tgħid kemm kienet in-nefqa/somma f'kull każ?
Tista' tgħid kemm kienet in-nefqa totali?
Tista' tgħid jekk kienx baqa' flus li ma ntnefqux u kemm kien dan l-ammont?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li matul is-sena 1999 l-individwi u soċjetajiet li bbenefikaw taħt l-item 'Subsidies to Cultural Organisations' tat-Taqsima tal-Kultura f'Għawdex kienu kif skedati fil-lista numru 1 li qed titpoaġġa fuq il-mejda tal-kamra.
B'kollox tħallset is-somma ta' Lm6530.98,0 f'sussidji. Mill-istess item tħallset ukoll is-somma ta' Lm 191.57 f'kontijiet pendenti mis-sena 1998. Fl-aħħar tas-sena kien baqa' bilanċ ta' Lm277.45.
Matul is-sena 1999 il-Kunsill tal-Kultura kkollabora ma' diversi entitajiet f'inizjattivi kulturali u għal dan il-għan mill-item 'Grant to Cultural Council' inħarġet is-somma ta' Lm943.75 li ġew allokati kif jidhru fil-lista numru 2 li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew trasferiti ħaddiema minn Għawdex għal Malta u minn Malta għal Għawdex matul is-sena 1999, skond il-grad tagħhom?
Tista' tgħid jekk jinżammx record ta' dawn it-trasferimenti għand id-direttur tas-servizzi korporattivi fl-istess ministeru?
Jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li matul is-sena 1999 kien hemm b'kollox 8 ħaddiema li kienu trasferiti minn Għawdex għal Malta. Dawn kienu 4 Teachers, Head of School, 2 Instructors u Part-Time Nurse.
Kien hemm ukoll 84 ħaddiema oħra li kienu trasferiti minn Malta għal Għawdex matul l-1999. Dawn huma mqassmin skond il-grad tagħhom kif ġej:
Trasferimenti minn Malta għal Għawdex
Principals 4
Clerks 29 Security Guard 1
Teachers 13
Kindergarten Assistants 3
Temporary Kindergarten Assistants 8
Assistant Heads 2
Supply Kindergarten 1
Supply Teacher 1
Part-time Instructor 9
General Hand 1
Head of School 1
Instructor 5
Occupational Therapist 2
Expatriate Consultant Anaesthetist 2
Senior House Officer 1
Houseman 1
Jiena nfurmata li d-Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi jirċievi kopji ta' transfer lists mingħand l-Uffiċċju tal-Management and Personnel fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Jista' l-Ministru jikkonferma jew jiċħad li l-Enemalta, Sezzjoni t'Għawdex ilha minn Diċembru tas-sena 1998 sal-lum ma tinstalla lampi floroxxenti fit-toroq u pjazez pubbliċi fid-distrett ta' Għawdex?
Jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni li qed jiġri hekk?
Jaf il-Ministru li hemm numru konsiderevoli ta' applikazzjonijiet pendenti għal dawn it-tip ta' bozoz?
Meta hu beħsiebu jieħu passi metħieġa biex jiġu milqugħa dawn l-applikazzjonijiet?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li kuntrarjament ghal dak li qed jallega l-Onorevoli Interpellant, minn Dicembru 1998 `l hawn twahhlu 75 lampa florexxenti fit-toroq t`Ghawdex. It-talbiet li ghad fadal pendenti qed jigu kkunsidrati flimkien ma` talbiet ohra li ghandha l-Korporazzjoni Enemalta.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hux minnu li l-Għaqda ta' Persuni Neqsin mis-Smiegħ, fergħa f'Għawdex, xtrat apparat u makkinarju biex ikun jista' jinbena u jissewwa ġewwa Għawdex l-apparat li jużaw persuni b'din id-diżabilita'?
Jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni għaliex dan il-makkinarju/apparat mhux jintuża?
Meta beħsiebu li dan l-apparat/makkinarju jibda jintuża?
Taf il-Ministru li minħabba n-nuqqas ta' l-apparat fuq imsemmi, il-persuni b'din id-diżabilita' jkollhom jaqsmu ta' bilfors lejn Malta biex jagħmlu u/jew jirranġaw il-hearing aids tagħhom?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor Interpellant li ma jirriżultalix li teżisti għaqda f'Għawdex bl-isem ta' Għaqda ta' Persuni Neqsin mis-Smiegħ - fergħa ta' Għawdex. Iżda naf li f'Għawdex hawn il-Gozo Association for the Deaf li hija organizazzjoni awtonoma u għaldaqstant ma nistax nirrispondi mistoqsijiet dwarha.
Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li l-Ministeru għadu kemm xt ara apparat għall-Isptar Ġenerali ta' Għawdex biex isiru ċerti tiswijiet tal-hearing aids u biex isiru l-ear moulds. Dan is-servizz ser jibda ' jingħata fi żmien qasir.
Tista' l-Ministru tirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 10344?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li s-somma globali ta' shift allowance u overtime li nħadmu u li huma debitament approvati hija kif ġej:
Dipartiment għal Proġetti u Żvilupp
Shift allowance Lm4009.50
Overtime Lm 659.59
__________
Lm4669.09 dovuti lil 48 impjegat
Qed jittieħdu l-passi meħtieġa biex l-ammonti dovuti jitħallsu mill-aktar fis possibbli.
Dipartimenti oħra
Shift allowance xejn
Overtime xejn
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm diretturi tad-dipartimenti li fl-1999 bdew jittieħdu passi dixxiplinarji kontrihom? Taħt liema ministeri jaqgħu? F'kull każ il-ministru konċernat kienx avżat qabel ma ħareġ iċ-charge? Jista' l-Prim Ministru jgħid li qabel ma bdew jittieħdu dawn il-passi dixxiplinarji kienx hemm investigazzjonijiet preliminari serji?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li matul l-1999 kien hemm każ wieħed ta' Direttur li nbdew proċeduri dixxiplinarji kontrih. Dwar il-każ ma jidhirlix li għandi nagħti aktar dettalji qabel ma jiġu konklużi l-proċeduri ta' dixxiplina.
Il-passi li jittieħdu jridu jkunu skond ir-Regolamenti tad-Dixxiplina tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
Jaf il-Ministru li l-istudenti Għawdxin li se jagħmlu l-eżami ta' l-Oxford fil-livell ordinarju tal-computer studies se jkollhom jitilgħu jagħmluh Malta fl-iskola De la Salle?
Jaf il-Ministru li n-numru ta' l-istudenti konċernati jlaħħaq ferm aktar minn 15-il wieħed u ġewwa Għawdex hemm faċilitajiet adegwati biex dawn l-istudenti jistgħu jagħmlu eżamijiet bħal dawn ġewwa Għawdex?
Huwa konxju li dan hu ta' strapazz kbir għall-istudneti Għawdxin, speċjalment meta wieħed iqis li dawn huma taħt il-15-il sena u anke wħud minnhom għandhom eżamijiet fil-ġranet ta' qabel u wara din id-data?
Huwa konxju tal-ħela ta' ħin li dawn l-istudenti jridu jaħlu biex jagħmlu dawn l-eżamijiet?
X'passi se jittieħdu biex dawn l-eżamijiet isiru ġewwa Għawdex?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li peress li minn din is-sena l-Universita` ta' Oxford mhix se tkompli toffri suġġetti eżaminati minnha biex isiru taħt ir-responsabilita` ta' awtoritajiet barranin, bħad-Dipartiment ta' l-Eżamijiet, din is-sena l-istess Dipartiment ma fetaħx reġistrazzjonijiet għall-Kandidati Maltin u Għawdxin.
Informat ukoll li għaldaqstant, jekk hemm studenti li ser joqgħodu għal eżamijiet ta' Oxford f'De La Salle, dan qed isir fuq l-inizjattiva privata ta' l-istess istituzzjoni u għalhekk, id-Dipartiment mhux responsabbli għall-arranġamenti li saru jew qed isiru rigward il-post fejn dawn l-istudenti sejrin joqgħodu għal dawn l-eżamijiet.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hux minnu li nxtrat karozza Volkswagen Bora lis-segretarju permanenti? Jekk fl-affermattiv, kemm intnefqu flus biex inxtrat l-imsemmija karozza? Tista' tgħid jekk l-imsemmija karozza nxtratx minn vot apposta jew inkella l-flus itteħdux minn voti ntiżi għall-affarijiet oħra?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Rigward l-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija numru 13468.
Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija jiena nfurmata li peress li kien hemm tifdil fil-fondi għas-salarji u wages u għall-kontribuzzjonijiet tas-Sigurta' Soċjali sar trasferiment għall-item ta' 'transport equipment' minn fejn tħallset il-karozza msemmija.
Tista' l-Ministru tgħid kemm mill-vot kapitali ta' l-isports intnefaq purament fuq apparat u xogħlijiet konnessi direttament ma' l-isports?
X'kien dan l-apparat u fuq liema xogħlijiet saret din in-nefqa?
Kemm kienet in-nefqa f'kull każ?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li matul is-sena 1999, l-ispiża kapitali fuq xogħlijiet ta' titjib ta' faċilitajiet sportivi f'Għawdex kienet ta' Lm14,992.49.
Dawn ix-xogħlijiet saru fil-Gozo Stadium, il-korsa taż-żwiemel f'Ta' Xħajma, club houses fix-Xewkija u Kerċem, fil-Kumpless Sportiv, fix-Shooting Range fiż-Żebbuġ u pitch tal-Boċċi fil-Qbajjar.
In-nefqa f'kull każ kienet kif ġej hawn:
Gozo Stadium Lm326.72
Korsa taż-żwiemel, Ta' Xħajma Lm1157.88
Club House - Xewkija Lm2432.81
Club House - Kerċem Lm436.55
Kumpless Sportivq Lm2608.71
Pitch tal-Boċċi, Qbajjar Lm160.00
Żebbuġ Shooting Range Lm1200.82
Kerċem Football Ground Lm34.50
Żebbuġ Football Ground Lm34.50
Barra dawn il-figuri, ammont ta' Lm6600.00 intefaq f'pagi ta' ħaddiema li ħadmu f'dawn il-faċilitajiet sportivi.