Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #25128 Sitting 530 2001-04-23 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fuel Oil

Question

Jista' l-Ministru jgħid (a) x'inhu l-ammont fi flus ta' fuel oil li l-vapuri tal-Gozo Channel qegħdin jikkunsmaw fil-ġimgħa? (b) X'inhu l-ammont ta' żjut oħra ie. gear oil, hydrolic oil etc li kull vapur qed jirrikjedi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li l-ewwel parti tal-mistoqsija hija ta' natura kummerċjali, ma naħsibx li jkun fl-interess tal-Kumpanija li tali nformazzjoni tiġi ppubblikata. Dwar il-konsum jista' wieħed jirreferi għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari numru 24914. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, il-konsum ta' żjut f'litri għal kull ġurnata huwa kif ġej: VAPUR LUBRICATING OIL GEAR OIL HYDRAULIC OIL Guados 14.9 2.2 4.0 Ta' Pinu 26.7 9.9 7.9 Calypso 24.2 4.5 3.9 Cittadella 43.9 - 0.5 Mġarr 43.0 - 0.5
Leg 9 PQ #25129 Sitting 530 2001-04-23 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gozo Channel

Question

Jista' l-Ministru jgħid (a) x'kienet il-kawża tal-waqfien tal-makni tal-vapur 'Guados' xi ftit ilu meta dan kien dieħel fil-port ta' l-Imġarr, Għawdex? (b) Minkejja li l-vapur għadu taħt il-garanzija, kemm tammonta l-ispiża biex tiġi rranġata l-imsemmija ħsara? (c) X'prewkazzjonijiet ser tieħu l-kumpanija Gozo Channel biex inċidenti bħal dawn ma jergħux iseħħu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 24491 waqt is-Seduta numru 516. Jiena nfurmat li l-Gozo Channel għad ma għandhiex stima ta' kemm ser tiġi tiswa l-ħsara, għaliex din għad trid tiġi "rectified" peress li l-vapur għadu taħt il-garanzija. Bħalissa l-Kumpanija, flimkien mal-konsulenti, l-manifatturi tal-vapur u min issupplixxa l-parti li żviluppatilha l-ħsara, qed teżamina x'prekawzjonijiet għandhom jittieħdu biex mhux biss kemm jista' jkun l-ħsara ma tirrepetix ruħha, iżda biex fl-eventwalita' li tali ħsara tirrepeti ruħha l-'outcome" ma jkunx l-istess.
Leg 9 PQ #25130 Sitting 530 2001-04-23 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Kontenituri għad-Disinfettant

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-kontenituri għad-diżinfettant ħdejn ir-rampa tal-vapur fl-Imġarr, Għawdex reġgħu nqalgħu? (b) Kemm ġew jiswew dawn il-kontenituri ie (1) dawk li saru u reġgħu inqalgħu (2) dawk li reġgħu saru jumejn ilu? (c) Min ser iħallas għax-xogħol ħażin li sar?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi d-disinfection pits għall-karozzi ġew maqlugħa. Dan għaliex il-Gozo Channel kif ukoll il-pulizija sabu illi ma kienux prattikabbli. Dawn kollha ġew jiswew Lm1452 u l-ispejjeż ser tħallashom il-Maritime Authority.
Leg 9 PQ #24910 Sitting 525 2001-04-02 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gozo Channel

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li fil-long weekend ta' bejn is-16 u d-19 ta' dan ix-xahar, inħolqu queues enormi minn vetturi li kienu qed jaqsmu bejn iż-żewġ gżejjer? Jaħseb il-Ministru li dan kien assoċjat/marbut man-nuqqas ta' servizz li qed tipprovdi l-korporazzjoni Gozo Channel?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kuntrarjament għal dak li qed jingħad fil-mistoqsija, ir-raġuni għaliex matul "il-long weekend" ta' bejn it-18 u d-19 ta' dan ix-xahar inħolqu queues minn vetturi li kienu qed jaqsmu bejn iż-żewġ gżejjer ma kienx dovut għan-nuqqas ta' servizz provdut mill-Gozo Channel kif jirriżulta minn diversi fatturi, fosthom 1. in-numru kbir ta' vetturi li qasmu bejn il-gżejjer bejn il-Ġimgħa 16 ta' Marzu u t-Tnejn 19 tax-xahar. Infatti matul dawk il-ġranet mill-Mġarr għaċ-Ċirkewwa qasmu 5,154 karozza u 51 trakk, filwaqt li miċ-Ċirkewwa għall-Mġarr qasmu 5,415 il-karozza u 61 trakk. 2. Il-Ġimgħa 16 ta' Marzu kien għadu qed isir xogħol fuq il-moll numru wieħed ta' l-Mġarr u għaldaqstant seta' jintuża biss il-moll numru tnejn. 3. Dakinhar il-vapur MV Gaudos kellu jagħmel il-vjaġġ tal-merkanzija minn Sa Maison minħabba li kien ġej "long weekend". 4. Fl-istess ġrnata saru 64 vjaġġ, jiġifieri 16 żejda. 5. Is-Sibt 17 tax-xahar, is-servizz mexa tajjeb, bit-tlitt vapuri jagħmlu bejniethom sittin vjaġġ, jiġifieri tnax iżjed min-normal. 6. Il-Ħadd 18 ta' Marzu saru 62 vjaġġ, jiġifieri 16-il vjaġġ aktar minn dawk skedati. 7. It-Tnejn 19 tax-xahar, minkejja diversi diffikultajiet, il-vapuri għamlu xejn anqas minn 80 vjaġġ, li jfissru 34 vjaġġ aktar minn dawk skedati. B'dawn il-fatti quddiemna, ma naħsibx li wieħed jista' jattribwixxi xi nuqqas lill-Gozo Channel.
Leg 9 PQ #24911 Sitting 525 2001-04-02 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Kemmuna — Rimi ta' Skart

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li ħdejn/qrib ir-razzett tal-majjali f'Kemmuna qed jintrema skart li ġej minn diversi stabbilimenti li jospitaw nies mhux Maltin biss iżda anke barranin? Jekk veru jista' jieħu passi biex dan il-post tant qrib l-imsemmi razzett ma jkomplix jintuża bħala refuse dump?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi qed isiru diskussjonijiet sabiex jitneħħa dan l-isgombru.
Leg 9 PQ #24912 Sitting 525 2001-04-02 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gozo Channel — Ħsarat fuq vapuri

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ħsarat li ġarrbu s'issa l-vapuri l-ġodda Ta' Pinu u Gaudos minn mindu bdew joperaw? Kemm tħassru trips/vjaġġi bejn Malta u Għawdex minħabba dawn il-ħsarat? Kemm tammonta l-ispiża biex l-imsemmija ħsarat ġew/jew ser jiġu rranġati?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li s'issa l-vapuri ġodda tal-Kumpanija Gozo Channel ġarrbu ħsara, li dejjem kienet ta' natura teknika, fil-ġranet elenkati hawn taħt. MV Ta' Pinu matul is-sena 2000 fil-25 ta' April, fil-31 ta' Mejju, fit-30 ta' Ġunju, fit-8, fl-10 u fil-25 ta' Lulju, fis-17 u fid-19 ta' Awissu, fis-27 ta' Settembru u matul din is-sena fit-8, fid-9, fid-19, fl-20 u fil-21 ta' Jannar u fid-19 ta' Frar. MV Gaudos matul din is-sena fl-14, fil-15, fit-18, fis-26 u fis-27 ta' Marzu. B'riżultat ta' dawn il-ħsarat, b'kollox tħassru 24 vjaġġ bejn iż-żewġ vapuri. L-ispejjeż ta' dawn il-ħsarat huma kollha koperti mill-garanziji rispettivi tal-vapuri.
Leg 9 PQ #24914 Sitting 525 2001-04-02 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gozo Channel — Fuel Oil

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-konsum ta' fuel oil li l-vapuri tal-Gozo Channel qed jikkunsmaw fil-ġimgħa, vapur b'vapur?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ir-rata ta' konsum ta' fuel fis-siegħa tal-vapuri tal-Kumpanija Gozo Channel li qed joperaw bħalissa huwa kif ġej: Cittadella 141 litru Mġarr 143 litru Calypso 180 litru Ta' Pinu 475 litru Gaudos 475 litru Il-kosum fil-ġimgħa jiddependi fuq kemm ikun ħadem il-vapur u fuq liema rotta kien.
Leg 9 PQ #24915 Sitting 525 2001-04-02 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gozo Channel

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li l-kumpannija Gozo Channel tat struzzjonijiet lill-kaptana biex il-vapuri l-ġodda, ie Ta Pinu u Gaudos, jitħaddmu fuq żewġ makni flok fuq erbgħa? Jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni għala ngħatat struzzjoni bħal din?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fl-20 ta' dan ix-xahar, il-Kumpanija Gozo Channel ħarġet ċirkolari indirizzata lill-Masters u CHief Engineers tal-Kumpanija li permezz tagħha ingħataw linji ta' gwida dwar l-operat taż-żewġ vapuri Ta' Pinu u Gaudos. Fost ir-rakkomandazzjonijiet li fiha din iċ-ċirkolari, hemm dik li ż-żewġ vapuri jitħaddmu b'mod effiċjenti u ekonomiku iżda fuq kollox b'sigurta'.
Leg 9 PQ #24916 Sitting 525 2001-04-02 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gozo Channel — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterju qed jintgħażlu l-baħrin/ħaddiema tal-kumpannija Gozo Channel sabiex jaħdmu l-overtime? Peress li hemm tħassib serju ta' kif qed jitqassam l-overtime f'din il-kumpannija, jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' x'overtime ingħata kull baħri/ħaddiem matul dawn l-aħħar tliet snin, sena sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li s-ahra fil-Kumpanija Gozo Channel tinħadem fuq bażi ta' roster. Ma naħsibx li jkun prudneti li jiġi ppubblikat l-ammont ta' flus li kull impjegat tal-Kumpanija qed jirċievi bi ħlas għas-sahra li jkun għamel.
Leg 9 PQ #24397 Sitting 516 2001-03-20 Oral · Interim From: CARMELO BORG To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Qrati — Inkjesti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il inkjesta rċieva kull maġistrat fis-snin 1997, 1998, 1999 u 2000 u kemm minn dawn ġew magħluqa? Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kawża hemm differita għas-sentenza quddiem kull maġistrat kemm ċivil kif ukoll kriminal, u kemm ilhom pendenti għas-sentenza?

Response (GATT, AUSTIN)

Billi l-informazzjoni mitluba ghadha qed tingabar nissuggerixxi li din ir-risposta tinghata f`seduta futura.

Moll ta' l-Imġarr — Barriers

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex il-barriers temporanji li tpoġġew fuq il-Moll ta' l-Imġarr speċjalment dawk ta' ħdejn ir-rampa tal-vapur fuq in-naħa tax-xellug inti u tiela' fuq il-vapur jiġu rranġati aktar bis-sens peress li qed joħolqu inkonvenjent għall-pubbliku speċjalment għal dawk li jagħmlu użu mis-servizz tat-taxis?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li l-'barriers' temporanji li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant, m'għandhomx x'jaqsmu max-xogħolijiet li qed isiru bħalissa mill-Awtorita' Marittima fuq il-proġġett ta' l-Mġarr. Madankollu, fl-interess tal-pubbliku, l-Awtorita' Marittima qiegħda tiddiskuti mal-Gozo Channel sabiex tara' jekk tistax titjieb is-sitwazzjoni.
Leg 9 PQ #23174 Sitting 478 2001-01-29 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Ħtif u Sekwestru

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk dan l-aħħar ġewx irrapportati lill-Pulizija li f'lokalita' f'Għawdex kien hemm xi attentat ta' ħtif u sekwestru ta' minorenni? Jekk fl-affermattiv, il-pulizija qed tagħmel xi investigazzjoni dwar dawn ir-rapporti? Jekk qed isiru dawn l-investigazzjonijiet, f'liema stadju waslu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jçna nfurmata li fid-9 ta’ Jannar, 2001 il-Pulizija ta’ Għawdex irċevçt rapport ta’ attentat ta’ ħtif u sekwestru ta’ minorenni. Fl-istess ġurnata raġel ta’ nazzjonalita’ Għarbija ġç arrestat mill-Pulizija in konnessjoni ma’ dan ir-rapport. Saret “identification parade” li rriżultat fin-negattiv. L-investigazzjonijçt għadhom sejrin għalkemm il-Pulizija ma rċevitx rapporti simili minn dakinhar ‘l hawn.
Leg 9 PQ #22873 Sitting 475 2001-01-23 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Reġistar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li d-dipartiment tas-saħħa ilu bla reġistrar mil-31 ta' Diċembru 2000? Jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni li din il-kariga għadha vojta? Huwa minnu li x-xogħol li suppost isir mir-reġistrar mhux qed jinħadem? Jekk fl-affernattiv, x'inhi r-raġuni li ma ġietx appuntata persuna biex tagħmel dan ix-xogħol sakemm timtela din il-kariga?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema Registrar qed jirreferi.
Leg 9 PQ #22874 Sitting 475 2001-01-23 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Ġbir ta' Skart

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-vettura tal-ġbir ta' l-iskart domestiku qed tidħol ġurnata iva u ġurnata le fit-tarf ta' Triq Sant Anton, Xagħra, Għawdex u dan qed ikun ta' inkonvenjent kbir għar-residenti? Jekk il-problema hi minħabba l-wisgħa tat-triq, tista' tieħu ħsieb li jintbgħatu vetturi iżgħar f'lokalitajiet bħal dawn?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-ġbir ta' skart domestiku huwa responsabilta' tal­Kunsilli Lokali. Għaldaqstant nitlob l­Onorevoli Interpellant jirreferi l­mistoqsija lill­Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #21983 Sitting 452 2000-12-07 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pestiċidi — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma t-tip u l-kwatita' ta' pestiċidi konnessi mal-qasam tal-biedja li ġew importati f'pajjiżna matul dawn l-aħħar ħames snin, sena sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni li qed jitlob l-Onor. Interpellant.

Impjiegi — Ħaddiema Għawdxin

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid: (1) X'inhu n-numru ta' ħaddiema Għawdxin li qegħdin jaħdmu Malta? (2) X'inhu l-grad ta' dawn il-ħaddiema? (3) F'liema dipartiment jew korporazzjoni qegħdin jaħdmu? (4) X'inhi d-date of appointment tagħhom? (5) Min huma dawk il-ħaddiema?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Prim Ministru.
Leg 9 PQ #21481 Sitting 435 2000-11-24 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Reġistratur

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-reġistratur ta' l-Universita' tax garanzija li l-graduate trainees Għawdxin li hemm l-Universita' ser jiġu mpjegati kif jispiċċalhom il-kuntratt, peress li ser joħorġu sejħa għall-applikazzjoni apposta għalihom?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru 20576. Informat li r-Reġistratur ma ta ebda garanzija ta' impjieg anke għax mhux fl-awtorita` tiegħu jew ta' xi ħadd ieħor li jagħti garanzija bħal din. Sejħiet għall-applikazzjonijiet għal kull post isiru biss biex jissodisfaw ħtiġijiet ta' l-Universita` u qatt apposta għal xi individwu jew individwi. Meta ssir l-għażla il-Bord jagħżel dawk minn fost l-applikanti li jkunu l-aktar kwalifikati biex jaqdu d-dmirijiet mistennija.
Leg 9 PQ #21245 Sitting 430 2000-11-20 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bexx

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kwalita' ta' bexx konness ma' l-agrikoltura qed jintużaw hawn Malta? Kemm hi l-kwalita' tal-bexx imsemmi fl-ewwel parti tal-mistoqsija qed tintuża / tiġi impurtata hawn Malta matul is-sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-kwalitajiet ta' bexx li jintuża huwa skond l-iskedi II, III, IV li ġew pubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern ta' 21 ta' Mejju 1999. Il-pestiċidi fit-tieni skeda għandhom l-użu tagħhom restritt. Peress li l-ebda pestiċida ma jiġi manifatturat hawn malta, kull bexx li jintuża hawn Malta jiġi mpurtat.
Leg 9 PQ #21246 Sitting 430 2000-11-20 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru ta' l-Intern

Joint Office — Ċnus

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-policies li qed japplika l-uffiċju konġunt biex jifdi ċ-ċnus perpetwi u anke revedibbli? Fl-imsemmija policies qed jiġi applikat dak provvdut fit-trattat bejn is-Santa Sede u l-Istat Malti fis-sens li l-art għandha tintuża (u għandhom dejjem jiġu mħarsa) skopijiet soċjali? X'inhi t-talba tal-joint office biex jinfeda ċens perpetwu rivedibbli kull ħamsin sena gravanti l-proprejta' li hemm fil-kuntrada tal-Wilġa fl-Għarb Għawdex? Fiċ-ċirkustanzi preżenti fejn il-maġġor parti ta' l-okkupanti ta' l-imsemmija proprjeta' għandhom eta' 'l fuq minn 60 sena, jidhirlux il-Ministru li għandu jkun hemm prezzijiet raġonevoli li jirrispekkjaw il-fatturi kollha ta' dawn il-persuni?

Response (BORG, TONIO)

Jien infurmat li l-policies li qed japplika l-Uffiċċju Konġunt biex jifdi ċnus perpetwi rivedibbli huma dawk approvati b`Riżoluzzjoni tal-Parlament tat-23 ta` Lulju 1996, liema policies huma konformi mal-provedimenti tal-Ftehim bejn is-Santa Sede u l-Istat Malti, tant hu veru li japplikaw biss dawn l-iskemi għal residenzi. Il-Gvern huwa konxju tal-problema tal-prezzijiet li rriżultaw f`ċerta każijiet u diġa` ttieħdu passi sabiex il-Kumitat ta` Kontroll jevalwa s-sitwazzjoni u jara tistax, fil-każijiet partikolari imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, tinstab soluzzjoni xierqa, dejjem fil-parametri ta` l-Att Nru. IV ta` l-1992 kif ukoll l-Att dwar it-Trasferiment ta` Proprjeta` tal-Gvern. Jogħġbu jinnota l-Onor. Interpellant li fl-Iskema ta` l-1996, fejn il-fidi ikun regolat mill-kuntratt stess, il-fidi jsir skond il-kuntratt li jkun ġie ffirmat bejn l-Enti Ekklisjastiku u l-individwu. Il-fidi taċ-ċens hu wkoll att volontarju, u ma jiġi impost fuq ħadd.

Għawdex — Persuni jirreġistraw għax-Xogħol

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamenari nurmu 18760 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilek, u ċioe' jgħid jgħid: (a) Fuq liema kriterji qegħdin jintgħażlu l-persuni li jirreġistraw għax-xogħol biex dawn jingħataw il-korsijiet imnedija mill-ETC? Kemm minn dawn il-persuni li qegħdin jirreġistraw għal xogħol: (a) ingħataw kors (b) ingħataw aktar minn kors wieħed (c) qatt ma ngħataw kors (d) ingħata aktar minn żewġ korsijiet (e) l-ismijiet tal-persuni b'każijiet A,B,C,D?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-kriterji li timxi fuqhom il-Korporazzjni fl-għażla ta' persuni għall-korsijiet, huma varji: * Fuq talba ta' l-individwu stess * Jew wara "assessment" tal-ħiliet ta' l-individwu jkun identifikat bżonn jew nuqqas * Jew bżonn ta' aġġornament tal-ħiliet * Jew skond id-domanda tas-suq L-importanti hu li nżidu l-"employability" ta' l-individwu sabiex ikun f'pożizzjoni aħjar biex isib ix-xogħol. Minn dawk li llum qed jirreġistraw għax-xogħol 164 attendew kors wieħed 52 attendew żewġ korsijiet 13 attendew aktar minn żewġ korsijiet 224 m'attendew l-ebda kors