Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-iskema mħabbra fid-diskors tal-budget għas-sena 2002 konnessa maċ-ċens sew dak perpetwu u jew temporarju? Meta huwa maħsub li din l-iskema ser tiġi implimentata?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi x-xogħol neċessarju biex din l-iskema tiġi implimentata huwa lest.
Kull applikazzjoni qed tiġi proċessata skond parametri stabbiliti u huwa ippjanat illi l-applilkanti li kien hemm s`issa jsir kuntatt magħhom fil-futur qarib.
Jista' l-Ministru jgħid jekk f'dawn l-aħħar ġranet daħlux inġiniera mal-kumpannija Gozo Channel? Jekk fl-affermattiv, x'inhu n-numru ta' l-inġiniera li ġew ingaġġati? X'inhi n-nazzjonalita` ta' dawn l-inġiniera? Jekk fin-negattiv, hemm ħsieb li jiġu ngaġġati inġiniera mal-kumpannija msemmija?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li b'seħħ mill-1 ta' Marzu ta' din is-sena, il-kumpanija Gozo Channel ingaġġat erba' Chief Engineers. Tnejn minn dawn l-inġiniera huma ta' nazzjonalita' Bulgara, li wieħed minnhom ġie ingaġġat wara li Bulgaru ieħor irriżenja, wieħed Eġizzjan u wieħed Tork.
Tajjeb jingħad li dawn l-inġiniera ġew ingaġġati wara li ma kienx hemm applikanti wara li saru l-proċeduri normali għall-impjieg f'kumpaniji parastatali.
B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija 33678, jista' jgħid x'inhi r-raġuni li qed jittelgħu minn Għawdex żewġ tekniċi biex jaħdmu fuq il-proġett tal-Belt meta hemm ħaddiema biżżejjed f'Malta biex jagħmlu dan ix-xogħol?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li l-maġġoranza tal-ħaddiema Għawdxin huma normalment assenjati dmirijiet f'Għawdex stess. Madanakollu jkun hemm każi fejn ħaddiema Għawdxin kienu meħtieġa jaħdmu f'Malta u vice-versa. Il-proġett tal-Belt huwa wieħed minn dawk il-proġetti li jeħtieġ is-servizzi tal-ħaddiema Għawdxin.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li waqt l-eżami tal-practical IT tat-tieni sena fil-kors tas-segretarjat ġewwa Għawdex:
1 kien hemm każi fejn il-kompjuter kien bil-ħsara,
2 il-mouse tal-kompjuter kien bil-ħsara,
3 il-kompjuters kellhom programmi neqsin tant li t-teacher ma setax isib tarf?
X'ser jiġri fil-każ ta' dawn l-istudenti li kellhom dawn il-kompjuters bil-ħsara?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li f'każ fejn kien hemm ħsara l-istudenti ingħataw computer ieħor u mouse ieħor biex ikunu jistgħu jaħdmu. Barra minn hekk ingħataw ukoll ħin extra biex jagħmel tajjeb għal ħin li seta` intilef. Ebda computer ma kellu programmi neqsin. Ebda studenti ma ġew żvantaġġjati minħabba dawn iċ-ċirkustanzi.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li dawk il-ħaddiema li kienu mislufin mal-Posta Ltd, illum Malta Post għadhom ma ħadux l-arretrati u l-benefiċċji fuq il-pensjoni ta' l-aħħar ftehim kollettiv li sar dan l-aħħar bejn il-gvern u l-unions?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-pensjonijiet tas-Sigurta' Soċjali tal-ħaddiema li kienu mpjegati mal-Maltapost ġew stmati mill-ġdid skond il-ftehim li skada fis-sena 2000.
Il-kumpannija ġiet mitluba tipprovdi lid-Dipartiment kopja ta' l-aħħar ftehim kollettiv.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-volum ta' ittri kemm lokali kif ukoll dawk minn barra l-pajjiż li l-posta ta' Malta ħadmet mis-sena 1995 sa 2001, sena b'sena?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba hija kif ġej:
SENA LOKALI BARRANIN TOTAL
1995 35,558,000 8,576,000 44,134,000
1996 85,326,000 12,359,000 97,685,000
1997 47,975,000 10,450,000 58,425,000
1998 37,358,000 12,443,000 49,801,000
1999 37,175,000 12,612,000 49,787,000
2000 52,448,000 8,280,000 60,728,000
2001 53,627,000 8,389,000 62,016,000
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu stmat li ser jintefqu flus fuq l-estensjonijiet tal-mollijiet sew dawk fiċ-Ċirkewwa kif wkoll dawk fl-Mġarr, Għawdex? Kemm intefqu s'issa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-ammont li hu stmat li ser jintefaq fuq il-proġett taċ-Ċirkewwa u l-Imġarr hu bejn Lm12,000,000 u Lm13,000,000. L-ammont li ntefaq s'issa fuq dan l-istess proġett hu kif ġej:
Xogħol ta' kostruzzjoni minn Ġunju 2000 sa llum - Lm2,600,000
Spejjeż oħra minn mindu beda l-proġett sa llum li
jinkludi dredging, drittijiet professjonali, fenders etc. - Lm1,100,000
TOTAL - Lm3,700,000
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu stmat li ser jintefqu flus fuq l-estensjonijiet tal-mollijiet sew dawk fiċ-Ċirkewwa kif wkoll dawk fl-Mġarr, Għawdex? Kemm intefqu s'issa?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li s-servizz ta' l-operatur tat-telefon 120 ġewwa Għawdex ġie mneħħi? Peress li dan il-pass qed joħloq inkonvenjent kbir fost il-pubbliku Għawdxi li qed iħossu mhux moqdi, u peress li filwaqt li l-operaturi Għawdxin kienu jafu xogħolhom inside out u saħansitra kienu jagħtuk in-numru bit-telefon anke jekk tagħtihom il-laqam ta' l-individwu - ħaġa li llum mhux talli mhix issir iżda bosta drabi l-operaturi Maltin isaqsuk għat-triq eċċ., - tista' l-Ministru tieħu l-passi meħtieġa biex dan is-servizz jerġa' jibda jiġi mħaddem fuq kollox mil-lat soċjali?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lillOnorevoli Interpellant jagħmel ilmistoqsija lillMinistru konċernat.
Jista' l-Ministru jikkonferma li bosta linji tat-telefon fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex tneħħew? X'inhi r-raġuni li sar hekk? Konxja li pass bħal dan qed joħloq inkonvenjent kbir fost il-ħaddiema ta' dan l-isptar? Konxja li dan hu pass perikoluż għaliex f'każ ta' emerġenza f'diversi partijiet ta' l-Isptar, il-ħaddiema/uffiċjali ma jkollhomx faċilitajiet biżżejjed biex jittieħdu l-passi meħtieġa fl-iqsar żmien possibbli biex tiġi evitata xi traġedja?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li ma tneħħew l-ebda linji tat-telephone mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex iżda tneħħa l-aċċess mill-maġġoranza tat-telephones għal-linji għal barra mill-isptar. Dan sar biex jitnaqqas l-ammont eċċessiv ta’ linji għal barra u biex ikun hemm aktar kontroll fuq l-istess telephones. Dan m’għandu joħloq ebda inkonvenjent lill-impjegati ta’ l-isptar għaliex kull sezzjoni għandha linja diretta tat-telephone li minnha jkunu jistgħu isiru telefonati għal barra mill-isptar u li jkunu relatati max-xogħol ta’ l-isptar. Barra minn hekk, kull linja għandha aċċess dirett għall-Isptar San Luqa u għalhekk m’għandu jkun hemm ebda periklu f’każ ta’ emerġenza.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' nies impjegati ta' l-MDC li huma mislufa lid-dipartiment tas-saħħa u f'liema grad huma?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li n-numru ta' mpjegati ta' l-MDC li huma mislufa lid-Diviżjoni tas-Saħħa huma tnejn. Il-grad tagħhom huma Professional Officer II u Watchman.
Tista' l-Ministru tieħu l-passi meħtieġa biex issir public convenience (latrina) fil-viċinanza tal-bajja ta' Mġarr ix-Xini, Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata illi lproposta ta' lOnorevoli Interpellant sabiex issir public convenience (latrina) filviċinanzi talbajja ta' Mġarr ixXini, Għawdex ser tiġi kkunsidrata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il inkjesta rċieva kull maġistrat fis-snin 1997, 1998, 1999 u 2000 u kemm minn dawn ġew magħluqa?
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kawża hemm differita għas-sentenza quddiem kull maġistrat kemm ċivil kif ukoll kriminal, u kemm ilhom pendenti għas-sentenza?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed nibghatlek lista bid-dettalji kif mitluba.
Din l-informazzjoni nghatat mill-Magistrati stess indikati fl-istess lista.
Hemm 6 Magistrati u cioe` Magt. Antonio Mizzi, Magt. J Apap Bologna, Magt. G. Grixti, Magt. C. Peralta, Magt. Antonio Micallef Trigona u l-Magt. Miriam Hayman li ma baghtux l-informazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid meta saru l-ewwel kuntatti bejn il-korporazzjoni Gozo Channel u x-xerrej tal-vapur bl-isem ta' "Ghawdex" biex dan jinbiegħ? Meta ġie iffinalizzat dan il-bejgħ?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-bejgħ tal-vapur MV Għawdex mill-Kumpanija Gozo Channel sar wara sejħa għall-offerti f'gazzetti lokali u rivisti internazzjonali.
Ix-xerrej tal-vapur MV Għawdex kien wieħed minn dawk li tefa' l-offerta. L-ewwel negozjati saru ma' żewġ kumpaniji oħra li tefgħu offerti aktar vantaġġużi iżda n-negozjati fallew.
Wara ġie konkluż il-bejgħ ma' dak ix-xerrej li tefa' t-tielet offerta vantaġġuza.
Jista' l-Ministru jgħid (a) fuq l-ordni ta' min saru il-kontenituri għad-disinfettant ħdejn ir-rampi tal-vapur fl-Imġarr, Għawdex? (b) Taħt is-supervizjoni ta' min sar l-imsemmi xogħol? (c) Liema dipartiment/ korporazzjoni ser iħallsu għal imsemmi xogħol?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma l-Onor. Interpellant illi l-kontenaturi jew disinfection pits għall-karozzi saru fuq talba tas-Servizzi Veterinarju. Dawn saru taħt is-superviżjoni tal-Maritime Authority u l-Gozo Channel. Il-Maritime Authority ser tħallas għal dan ix-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ispejjeż (fuel, pagi tal-crew etc) li kull vapur tal-kumpanija Gozo Channel irid f'kull ġimgħa?
Response (BONNICI, JOSEF)
Minħabba n-natura kummerċjali tal-kumpanija Gozo Channel ma naħsibx li jkun fl-interess ta' l-istess kumpanija li jingħataw id-dettalji mitluba.
Nirreferi wkoll lill-Onorevoli Interpellant għall-Accounts tal-Kumpanija li huma ppubblikati u wkoll għat-tweġiba li tajt waqt is-Seduta numru 525 għall-mistoqsija numru 24914 fejn ingħatat informazzjoni dwar il-konsum ta' fuel tal-vapuri.
Jista' l-Ministru jgħid:
(a) X'inhu l-valur li għalih inbiegħ il-vapur 'Għawdex' tal-korporazzjoni Gozo Channel?
(b) X'kien l-ammont tal-fuel oil fl-imsemmi vapur meta dan inbiegħ?
(c) X'inhu l-valur ta' dan l-imsemmi fuel oil?
(d) Meta sar l-aħħar bdil ta' żejt (dak lubrigattiv u dak idroliku) fuq l-vapur 'Għawdex'
(e) X'kienet l-ispiża konnessa ma' l-imsemmi bdil ta' żjut?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-vapur "Għawdex" inbiegħ mill-Gozo Channel għas-somma ta' mija u tmenin elf Dollaru Amerikan. Meta nbiegħ, il-vapur kellu fuqu 42,700 litru "fuel oil". Il-valur ta' dan il-fuel oil kien ta' Lm6,033 li x-xerrej tal-vapur ħallas lill-Gozo Channel.
Dwar ir-raba' parti tal-mistoqsija, tajjeb jingħad li ż-żejt jiġi miżjud skond il-bżonn. L-aħħar darba li ż-żejt fuq il-vapur "Għawdex" ġie miżjud kien fit-18 ta' April tas-sena l-oħra. Dan it-tibdil sewa mija u tmintax-il lira.
Jista' l-Ministru jgħid:
(a) Wara li l-kumpanija Gozo Channel biegħet lil vapur bl-isem 'Għawdex', l-imsemmija kumpanija reġgħet kriet l-imsemmi vapur?
(b) Jekk fl-affermattiv, għal kemm il-ġurnata kienet din il-kirja?
(c) Kemm swiet din il-kirja lil kumpanija imsemmija?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li l-Kumpanija Gozo Channel ma reġgħetx kriet il-vapur "Għawdex" wara li kienet biegħetu.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 24910, il-Ministru ma qalx li f'ġurnata mid-dati msemmija fl-istess mistoqsija, l-kumpanija Gozo Channel kellha żewġ vapuri weqfin għal madwar tlett sigħat li allura parti konsiderevoli mill-inkonvenjent ta' queues esaġerati kien dovut minħabba nuqqas ta' dawn il-vapuri?
Jaħsibx l-Ministru li dan hu dovut għan-nuqqas ta' ppjanar mill-Korportazzjoni Gozo Channel għal fatt li din ħarġet struzzjonijiet biex l-imsemmija vapuri kienu qed jaħdmu biss fuq żewġ magni? Jaf l-Ministru li din il-korporazzjoni kemm-il darba ħadmet l-imsemmija vapuri u anke l-vapuri l-oħra meta dawn kellhom l-istess ħsarat?
Jaf l-Ministru li l-korporazzjoni ħarġet struzzjonijiet biex il-vapuri l-ġodda jitħaddmu b'żewġ magni minħabba l-konsum qawwi tal-fuel li dawn il-vapuri qed jikkonsmaw?
Response (BONNICI, JOSEF)
Id-dewmien li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant kien dovut għall-fatt li l-MV Cittadella ma setax jaħdem bejn id-9.30 ta' filgħodu u l-5.30 ta' filgħaxija minħabba l-maltemp u l-MV Mġarr żviluppatlu ħsara f'pajp waqt li kien qed jagħmel vjaġġ minn Sa Maison għal Għawdex. Dan il-vapur reġa' beda jaħdem fit-3.30 ta' wara nofsinhar wara li ssewwiet il-ħsara.
Għaldaqstant ma jistax jingħad li d-dewmien li kien hemm huwa attribwibbli għal nuqqas ta' ippjanar jew għax kien hemm xi struzzjonijiet jew aħjar "guidelines" biex il-vapuri ġodda jaħdmu fuq żewġ magni. Ta' min jenfasizza li l-vapuri ma jaħdmux meta jkollhom xi ħsara u minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp u dan minħabba s-sigurta' tal-passiġġieri u tal-crew.
Mhuwiex loġiku li wieħed jagħmel konnessjoni bejn id-dewmien u l-istruzzjonijiet maħruġa mill-Gozo Channel għas-sempliċi raġuni li tali struzzjonijiet inħarġu fl-20 ta' Marzu u cioe' wara l-"long weekend" li matulu kien hemm id-dewmien. Għaldaqstant l-istruzzjonijiet li ħarġet il-Kumpanija ma setgħux jirriflettu fuq l-operat tal-vapuri f'dak il-"weekend".
Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija tajjeb jingħad li l-Kumpanija rrikkmandat lil kaptana tagħha biex ikunu aktar prudenti meta jużaw il-power kollu tal-magni u "thrusters" flimkien, mingħajr ma jikkompromettu b'ebda mod is-safety li għandha tibqa' l-fattur l-aktar importanti. Il-Kumpanija għamlet dan wara rakkomandazzjonijiet li kellha mid-disinjaturi tal-vapuri u dawk li mmanifatturaw u fornew il-makkinarju tal-vapuri.