Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Belt Valletta — ditch

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fid-ditch tad-daħla tal-Belt Valletta? Jikkonferma li dan ix-xogħol huwa parti mix-xogħol tal-bini tal-Parlament il-ġdid u allura l-ispiża tinsab fit-€80 miljun li suppost se jintefqu fuq dan il-proġett?

Response (MIZZI, JOE)

Ix-xogħol infrastrutturali fid-ditch huwa lest fil-maġġor parti tiegħu. Dan jinkludi reservoirs kbar li jiġbru l-ilma tax-xita biex jintuża bħala "second class water" fit-toilets kif ukoll għat-tisqija. Iżda baqa xogħol li huwa marbut mat-tisbieħ tal-foss, liema xogħol jirriżulta li jaqbeż il-budget stabilit u allura ġie mitlub budget addizzjonali lill-gvern biex dan ix-xogħol ikun jista’ jitwettaq. L-ispiża fuq dawn ix-xogħlijiet tagħmel parti mit-80 miljun ewro għall-proġett tal-Belt Valletta.

Iż-Żejtun – kindergarten — tapit

Question

Jista’ l-Ministru jara li t-tapit li hemm fil-playing area tal-kindergarten taż-Żejtun jinbidel minħabba li fi żmien amministrazzjoni ta’ qabel dan ma sarx b’konsegwenza li t-tfal żgħar jistgħu jweġġgħu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan ix-xogħol jifforma parti minn programm ta' xogħlijiet li qegħdin jiġu ppreparati għal futur qrib fi skejjel statali.

Kunsill Malti għall-Isport – sejħa għal Kap Eżekuttiv

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1302, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-applikazzjonijiet tal-kandidati kollha, kif ukoll is-CVs tagħhom? Barra minn hekk jista’ jikkonferma li l-Bord tal-Għażla m’għamilx nota ta’ ġustifikazzjoni dwar kif u għaliex għoġobhom iqassmu l-marki lil kull kandidat individwali? Jekk fil-fatt jeżisti dan id-dokument, jista’ jpoġġih ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jpoġġgi wkoll kopji tan-notamenti li uffiċjali governattiv normalment jagħmlu f’kull file u li jkunu jinsabu eżattament kif wieħed jiftaħ file governattiv? Jista’ jikkonferma li, wara li titpoġġa d-dokumentazzjoni mitluba aktar 'l fuq, m’hemmx aktar dokumenti fil-file?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Dwar it-talba sabiex jitpoġġew is-CVs tal-kandidati, ninforma lill-Onor. Interpellant li, peress li dawk jinkludu data personali estensiva, ma jidhirlix li dawn għandhom jiġu ppublikati. Din id-deċiżjoni qed tittieħed in vista ta' parir li l-Kunsill Malti għall-Isport ħa mill-Uffiċju tal-Kummissarju ċtad-Data. Fl-istess waqt ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Bord tal-Għażla ma għamel l-ebda nota ta' ġustifikazzjoni dwar kif u għaliex għoġobhom iqassmu l-marki lil kull kandidat individwali u ma kienx hemm notamenti kif mitluba fil-file. Għaldaqstant, ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni kollha fil-file dwar din is-sejħa, eskluż is-CVs tal-applikanti, diġa' tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #1861 Sitting 21 2013-05-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Membri tal-Kabinett — salarji

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 303, minħabba li huwa evidenti li kuntrarju għal dak li ntqal fil-kampanja elettorali minn diversi esponenti tal-Partit Nazzjonalista fejn l-ex Prim Ministru u l-ex Ministri u Segretarji Parlamentari taw lura ż-żieda kollha, u issa evidenti li kull ma ngħata lura kien biss wieħed minn kull ħamsa (one fifth), jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk għadhomx jagħtu lura din iż-żieda kif kien intqal? Meta ngħatat lura l-aħħar rifużjoni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ir-rifużjoni li saret kienet id-differenza fl-onorarja li tħallset lill-Ex-Prim Ministru, ex-Ministri u ex-Segretarji Parlamentari, bejn it-12 ta’ Marzu, 2008 u l-31 ta’ Diċembru, 2011. Din l-onorarja kienet oriġinarjament ekwivalenti għal 70% ta’ skala ta’ salarju 1, u wara tnaqqset għal 50% ta’ skala ta’ salarju 1. Id-differenza ta’ 20% fil-ħlas tal-onorarja kienet is-somma li tħallset lura, liema somma tħallset bejn Frar, 2011 u Diċembru, 2012. Bħalissa mhu qed isir ebda ħlas lura ieħor minn dawn il-persuni.

Marsa Sports Club – ħlas għall-użu ta’ court

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li qed jintalab ħlas għall-użu tal-basketball/netball court li hemm ġewwa l-Marsa Sports Club (fejn il-parking area), kemm huwa dan il-ħlas u għalkemm ħin? Minn meta beda jintalab dan il-ħlas u għaliex? Jista’ jgħid ukoll x'inhu r-rwol tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li r-rata kummerċjali għall-użu tal-faċilità imsemmija mill-Onorevoli Interpellant hija ta’ €50 għal kull sessjoni ta’ 90 minuta. L-aħħar li ġiet riveduta din ir-rata kien f’Diċembru tal-2011. Hemm rati kummerċjali stabbiliti għall-użu tal-faċilitajiet kollha amministrati mill-Kunsill Malti għall-iSport (KMS) għajr għall-High Ropes f’Ta’ Qali, l-Outdoor Gym fl-istess lokalità, l-iMsida Skating Park u l-Qormi Sports and Fitness Park. Meta l-faċilitajiet ikunu ser jintużaw minn għaqdiet reġistrati mal-KMS tiġi applikata rata sussidjata wara li ssir talba mill-għaqda lill-istess KMS. Il-flus miġbura jagħmlu tajjeb għall-manutenzjoni u l-amministrazzjoni tal-istess facilitajiet. Ir-rwol tal-persuna li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant huwa dak ta’ Manager tal-Kumpless Sportiv tal-Marsa .

Ċentri għall Persuni b’Diżabilità – Manual of Procedures

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 36125 tal-Leġiżlatura li għaddiet, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-manual of procedures taċ-ċentri għall-persuni b’diżabilità?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1632 id-dokument hawn fuq imsemmi qiegħed fil-proċess li jiġi rivedut. Dan minħabba d-diversi tibdiliet ta’ operat li saru matul dawn l-aħħar snin u minħabba esiġenzi oħra fl-operat. Tajjeb li wiehed jgħid ukoll li Servizz ikopri diversi oqsma u għalhekk dan il-proċess qed jieħu ċertu ħin. Għaldaqstant dan id-dokument ma jistax jinħareġ bħalissa. Huwa maħsub li meta dan id-dokument ikun lest, l-informazzjoni li qiegħda f’dan id-dokument ssir ukoll b’mod issimplifikat (easy format) sabiex jingħata lill-ġenituri u lill-klijenti. Tajjeb li wieħed isemmi li avolja il-Manwal tal-Proċeduri mhux lest, is-Servizz jimxi fuq il-Policies u l-Kodiċi tal-Etika tal-Fundazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali.

Fostering tat-Tfal

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 993, tista’ l-Ministru tgħid: a) X’etajiet għandhom kull tifel u tifla li huma fostered ; b) Kemm minn dawn it-tfal fostered huma taħt care order; ċ) Kemm hemm foster carers jieħdu ħsieb dawn it-tfal; d) Kemm minn dawn il-foster carers mhumiex qraba tat-tfal; e) Kemm hemm tfal li qegħdin fi djar residenzjali li jistgħu jiġu fostered; u f) Kemm hemm tfal oħra fil-komunità li qed jistennew li jiġu fostered u x’etajiet għandhom?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Aġenzija Appoġġ – Foster carers

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 574, tista’ l-Ministru tindika dawk l-istandards li diġà huma fis-seħħ u jekk l-Aġenzija Appoġġ infurmatx lill-foster carers b’dawn l-istandards li ġew approvati?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informażżjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #1330 Sitting 17 2013-05-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Saħħa

Sptarijiet Privati — Servizz ta' emerġenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn il-kuntratt tal-Isptar St James għall-weekend emergency treatment għall-pazjenti priority 3 twaqqaf? X’sewa dan il-kuntratt? L-ispiża involuta tħallset?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li ninsab infurmat li f’Mejju ta’ 2012, daħħal fis-seħħ dan il-kuntratt tal-Isptar St.James dwar il weekend emergency treatment għall-pazjenti priority 3, bl-għan prinċipali ta’ dan il-kuntratt ikun li jitnaqqas id-dewmien fl-emerġenza ta’ l-Isptar Mater Dei. Mir-riżultat ta’dan il-moniteraġġ ħareġ li dan il-għan ma ntlaħaqx u għaldaqstant il-ftehim li skada fit-3 ta’Mejju 2013 ma ġiex imġedded. L-ispi¿a globali għall-dan il-kuntratt hi ta’€420,140. Minn din is-somma għad baqa x’jitħallsu €101,740.
Leg 12 PQ #1331 Sitting 17 2013-05-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Saħħa

Public Private Partnership — ħlas għal arthroscopy

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kien li ħa l-kuntratti fil-Public Private Partnership (PPP) għal arthroscopy – knee repair u x’inhu l-ħlas pendenti li għad irid jitħallas?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li St Anne’s Clinic u St James Żabbar kienu li ħadu l-kuntratti fil-Public Private Partnership (PPP) għal arthroscopy – knee repair. Sa Frar 2013 saru pagamenti ta’ €230,139 li kienu jikkonsistu f’pagament ta’ €122,500 lil St James Hospital u €107,639 lil St Anne Hospital. Ma dawn il-Ministeru għas-Saħħa għad irid jirċevi kontijiet għax-xahar ta’ Marżu u April 2013 li jammontaw għal total ta’ €80,500.
Leg 12 PQ #1332 Sitting 17 2013-05-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Saħħa

Public Private Partnership Livelife — rijabilitazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn twaqqaf il-kuntratt ta’ Public Private Partnership (PPP) għal rijabilitazzjoni mal-Livelife? X’sewa dan il-kuntratt u tħallset l-ispiża?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li dan kien proġett pilota. Ir-raġuni ewlenija hija li l-ispiża finanzjarja ta’ dan il-proġett ma kinetx ġiet allokata speċifikament fil-budget. L-ispiża għall-Frar u Marzu 2013 laħqet is-somma ta’ €126,000 u ġiet imħallsa kollha, imma jonqos il-kont u l-ħlas ta’ April.
Leg 12 PQ #1333 Sitting 17 2013-05-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Saħħa

proġett ta' Cutrico House

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża tal-proġett ta’ Cutrico House? Meta ttieħdet id-deċiżjoni għal dan il-proġett? Kemm ħarġu tenders biex sar ir-refurbishment? Liema huma t-tenders li twaqqfu? Setgħet ġiet evitata li ssir kirja?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li Cutrico house inkriet minn għand Continental Business Centre għal perjodu ta’ tlett snin wara sejħa għall-offerti. Dan sar wara li saru diversi tentattivi biex jisab bini adegwat li sata jakkomoda l-ufficini tad-direttorat ghas-saħħa ambjentali fl-iqsar ¿mien possibbli. Il-kirja bidet f’Awwissu tal-2012. Kwalukwe xogħol li sar fil-post sar a spejjeż tas-sid ħlief spejjeż relatati mas-sistema tat-telephone u tal kompjuters li huma stmati li se jiswew madwar €21,700. Kien hemm żewġ tenders pendenti, waħda għall-għamara ta valur ta’ €95,000 li kienet diġa mogħtija u allura ma setgħetx titwaqqaf u waħda għall-partitions ta’ valur ta’ €42.300 liema tender twaqqfet. Twaqqfu ukoll żewġ tenders żgħar ta’ valur ta madwar €2,500 ghas-siġġijiet u purtieri. B’investimet moderat f’xi binja tal gvern, seta’ ġie evitat li issir kirja. Il-valur tal-kirja huwa ta’ €126,474 fis-sena
Leg 12 PQ #1334 Sitting 17 2013-05-13 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — xiri ta' software

Question

Jista’ l-Ministru jagħti statistika ta’ kemm sewa kull software fid-Dipartiment tas-Saħħa, mingħand liema kumpaniji nxtara u kemm tħallas f’manutenzjoni għalih għal dawn l-aħħar sitt snin?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għada qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #1335 Sitting 17 2013-05-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Saħħa

spiżeriji tal-gvern — mediċina skaduta

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni ta’ kemm kien hemm mediċina li skadiet f’kull spiżerija tal-Gvern f'dawn l-aħħar tliet snin u kemm kienet tiswa?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Kunsill Malti għall-Isport — sejħa għal kap eżekuttiv

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-files kollha, kif ukoll kull rapport ieħor li sar/u u li għandhom x’jaqsmu mal-aħħar sejħa għall-applikazzjonijiet għall-milli tal-vakanza ta’ kap eżekuttiv tal-Kunsill Malti għall-Isport?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokumenti mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #1321 Sitting 16 2013-05-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Saħħa

Mosta — Ċentru tas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma d-diffikultajiet li sab fiċ-Ċentru tas-Saħħa l-ġdid tal-Mosta, minkejja li kien diġà nfetaħ uffiċjalment u ġie finalizzat bil-ħidma ta' dan il-Gvern?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Minkejja li kien sar il-ftuħ uffiċjali tal-proġett mill-gvern preċedenti,il-post ma’kienx fi stat li jaqdi l-bżonnijiet tal-pazjenti. Kien għad fadal li jsiru bosta xogħolijiet ta’ finishings bħall-vinyl tal-art, twaħħil ta’tabelli kif ukoll trasferiment ta’ files u servizzi li kienu għadhom ma sarux.
Leg 12 PQ #1326 Sitting 16 2013-05-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Saħħa

Dentistrija — lista ta' stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-waiting list taċ-checkups fid-dentistrija u x’rimedju se tittieħed?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f’xi seduta oħra
Leg 12 PQ #1327 Sitting 16 2013-05-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet in-nefqa li saret mill-ex Ministru għas-Saħħa? Fiex kienet tikkonsisti din in-nefqa?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li sal-lum in-nefqa totali ħalla warajh l-ex Ministru tas-Saħħa u s-Segretarju Parlamentari li kien jaqa’ taħtu, tammonta għal : € 26,263.40. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dettalji ta’ fhiex jikkonsisti dan l-infiq.
Leg 12 PQ #1328 Sitting 16 2013-05-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Saħħa

Dipartiment tal-ENT — basic specialist trainee

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn l-Ear, Nose, Throat Department (ENT) spiċċa mingħajr basic specialist trainee?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f’xi seduta oħra
Leg 12 PQ #1329 Sitting 16 2013-05-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Saħħa

Renal Unit — dialysis urġenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru dialysis urġenti msejħa on call mir-Renal Unit fis-snin 2011, 2012 u 2013 sal-lum? Dawn kollha saru fir-Renal Unit jew inkella f’xi swali jew units oħra?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.