Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ — Rapport "The Right to Work"
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport bit-titlu "The Right to Work" li ġie ppreżentat fil-laqgħa ġenerali annwali tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ? Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma wettaq dan il-kunsill fl-aħħar sena u x'ħidma għandu l-ħsieb li jwettaq fil-futur? Min huma l-membri li jagħmlu parti mill-Kunsill Nazzjonali u lil min jirrappreżentaw?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tinġabar l-informazzjoni, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħatat għajnuna fi flus lill-isport minn meta bdiet il-lotterija Super Five sal-lum? Jista' l-Ministru jagħti din l-informazzjoni, sena b'sena, kif ukoll jgħid kemm kien id-dħul kollu, sena b'sena, minn din il-lotterija tas-Super Five? Tingħata xi għajnuna oħra lill-isport permezz ta' xi logħob jew lotterija oħra? Jekk iva, liema huma u kemm hi din l-għajnuna?
Response (DALLI, JOHN)
B`riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1965 nixtieq ngħarraf lill-Onor. Membru li minn barra l-lotterija Super Five ġiet ukoll mogħtija għajnuna lill-isport mill-logħob tal-Lottu fis-snin 1991, 1992 u 1996. Id-dettalji kif mitluba mill-Onor. Interpellant huma kif ġej:
Sena Dħul mis- Għajnuna lill-isport
Super Five Super Five Lotto
LM LM LM
1990 388,870 20,200 --
1991 1,460,675 36,730 99,200
1992 1,231,122 24,175 52,881
1993 1,595,433 23,950 --
1994 2,308,271 54,100 --
1995 2,788,269 37,900 --
1996 2,487,688 75,350 30,500
1997 2,640,249 75,294 --
1998 2,972,534 26,560 --
sa Nov.
Jista' l-Ministru jara li l-bozza li ilha tiġi rrapportata maqtugħa żmien twil li tinsab fi Triq San Ġwakkin kantuniera ma' Triq il-Knisja, f'Marsascala tiġi mibdula mill-aktar fis possibbli?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba magħmula mill-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma` talbiet oħra.
Jista' l-Ministru jgħid liema attivitajiet sportivi u liema organizzazzjonijiet sportivi se jiġu ffinanzjati matul l-1999 mil-line item 4178 li għalih il-Gvern qed jivvota Lm360,000?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tinġabar l-informazzjoni, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ħlas u x'inhuma l-benefiċċji taċ-Chairman ta' l-MIA? Hemm xi klawsola fil-kuntratt tiegħu li jekk jispiċċa minn Chairman irid jingħata xi somma ta' flus? Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, kemm hi din is-somma li trid titħallas?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għaċ-Chairman preżenti, li nħatar fis-27 ta` Ottubru 1998, ir-remunerazzjoni annwali li qed jirċievi hija ta` Lm4,000. Iċ-Chairman attwali huwa ntitolat għall-użu ta` karozza u mobile phone. Ma teżisti l-ebda klawzola fil-kuntratt taċ-Chairman preżenti li jingħata xi somma ta` flus jekk jispiċċa mill-kariga.
Jekk mill-banda l-oħra l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għaċ-Chairman preċedenti, nixtieq ninfurmaħ li dan, minbarra l-użu ta` mobile phone, kellu remunerazzjoni ta` Lm18,000. Barra minn hekk iċ-Chairman li temm il-kariga tiegħu fis-26 ta` Ottubru 1998, kellu klawzola fil-kuntratt tiegħu li tistipula li jingħata somma massima ta` Lm54,000 jekk jispiċċa qabel iż-żmien.
Jista' l-Ministru jagħti l-figuri tan-nies li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta' Settembru u Ottubru ta' l-1994, 1995, 1996, 1997 u 1998? Kemm min dawn kienu nisa u kemm irġiel? Kemm minn dawk li kienu qed jirreġistraw kienu taħt il-35 sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella fejn issib l-informazzjoni mitluba għas-snin 1994, 1995, 1996, 1997, 1998.
L-aħħar figuri ppublikati huma ta' Settembru 1998.
1.12.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti miż-Żejtun, minn Ħaż-Żabbar u minn Wied il-Għajn, li qed isegwu xi kors ta' diploma, grad jew ċertifikat fl-Universita' ta' Malta? Jista' l-Ministru jgħid ukoll liema kors qed isegwu u f'liema sena waslu?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jagħti l-figura ta' kemm ġew impjegati nies mal-Gvern mill-bidu ta' Settembru sal-lum? Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba għal kull dipartiment?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi mill-bidu ta' Settembru sat-23 ta'
Novembru, 1998 daħlu mal-Gvern 207 impjegati.
Minn dawn, 201 kienu ħatriet li ġew rakkomandati qabel il-5
ta' Settembru.
Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra żewġ skedi bid-
dettalji ta' dawn l-impiegi li saru fil-perjodu msemmi.
Jista' l-Ministru jagħti l-ammont u l-lista ta' mediċini li kienu nieqsa f'Lulju, f'Awissu, f'Settembru u f'Ottubru, 1998?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Is-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern joħorġu 'out of stock lista' darba fil-ġimgħa. Għaldaqstant l-informazzjoni hawn mogħtija ttieħed mill-listi li ħarġu fl-ewwel ġimgħa ta' kull xahar li għalih l-Onor. Interpellant staqsa fuqhom.
Dawn il-listi jinkludu:
1. mediċini li qegħdin jiġu diskussi mid-'Drugs and Therapeutics
Committee (DTC)' biex jiġu maqtugħa minn fuq il-formularju.
2. mediċini li s-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern għandu problema
biex jixtrihom minħabba li ħadd ma qiegħed jikkwota għalihom.
3. mediċini li għalkemm ma jinstabux fl-imħażen tas-Servizzi
Farmaċewtiċi tal-Gvern ikun fadal stokk minnhom fl-ispiżeriji
tal-Gvern.
Il-Listi qed jiġu ppreżentati fil-paġni li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn ħaddiema li ġejjin minn pajjiżi li jiffurmaw parti mill-Unjoni Ewropea li għandhom il-permess li jaħdmu hawn Malta? Jista' l-Ministru jagħti breakdown skond kull pajjiż u n-numru li ġejjin minnu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fil-lista ta' persuni barranin li kellhom liċenzja ta' impjieg (employment licence) biex jaħdmu f'pajjiżna, ippublikata fit-2 ta' Novembru, 1998, kien hemm 832 persuna minn pajjiżi li jiffurmaw parti mill-Unjoni Ewropeja.
In-numru ta' persuni u l-pajjiż li ġejjin minnhom huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
30.11.98
B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 1235, jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn dan il-kwestjonarju ma jiġix impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra meta hemm fin-nofs l-interess nazzjonali?
Response (MARCO, GUIDO DE)
L-interess nazzjonali jitlob li l-kwestjonarju jigi mpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra meta jkun il-waqt.
B'riferenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 1071, jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' l-ispiża li saret fl-1998 għall-materjal, xogħol, kiri ta' makkinarju u ETP?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ispiża li saret għall-manutenzjoni tal-Marsa Race Track kienet tipprovdi għall-materjal, xogħol u kiri ta' makkinarju biex isir xogħol fuq 2405.05 metri kubi ta' track bir-rata ta' Lm2.70.
Il-kiri ta' makkinarju kien imqassam hekk:
Wirtgen Surface miner (4 t'ijiem)
Caterpillar 926 (5 t'ijiem)
Bitelli paver (5 t'ijiem)
Bomag roller (5 t'ijiem)
Bitelli roller (5 t'ijiet)
JCB Robot (5 t'ijiem)
Uffiċċju tas-Segretarju tal-Kabinett — Inspectorate Unit
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu l-persuni li kienu jagħmlu parti mill-Inspectorate Unit fi ħdan l-uffiċċju tas-Segretarju tal-Kabinett? X'kienet ir-raġuni li dan il-unit ġie xolt? Min qed jagħmel ix-xogħol li dan il-unit kien qed jagħmel?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jien infurmat li t-tlett uffiċċjali li kienu jiffurmaw l-
Inspectorate Unit kienu:
Is-Sur Carmel Senior Principal
Formosa -
Is-Sur Joseph Agius Senior Principal u
-
Is-Sur David Senior Technical Officer
Schembri -
Inħass li l-iskop ta' l-ispezzjonijiet li kienu qed isiru
mill-Unit kien wieħed li kien iżjed xieraq li jintlaħaq
bħala parti mir-responsabbiltajiet diretti ta' Dipartimenti
ndividwali taħt il-gwida tal-Management and Personnel
Office ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
B'riferenza għat-tweġiba li ngħatajt għall-mistoqsija parlamentari numru 1328, jista' l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar tat-tweġiba hux qed jgħid li ż-żewġ parks nazzjonali l-oħra se jingħataw prijorita' fuq il-Park Nazzjonali f'Delimara? Saru xi talbiet jew applikazzjonijiet sabiex l-art imsemmija jew dik ta madwarha jiġu żviluppati f'xi ħaġa oħra li mhux Park Nazzjonali? Fil-każ li iva, x'tip ta' applikazzjoni?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Hu maħsub li t-tliet parks nazzjonali ser jingħataw prijorita' l-istess.
Iva, fir-rigward tas-sit f'Delimara saret applikazzjoni separata, għar-rigward ta' parti mis-sit.
Din hija 'outline application', biex bini eżistenti, ex-Deutshewelle, jiġi trasformat f'bini residenzjali u biex parti mill-art ta' l-inħawi tinbidel f'art agrikola.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema impressed mal-ministeru u fid-dipartimenti li jagħmlu parti minn dan id-dekasteru, inkluż is-segretarjat parlamentari? Saru xi diskussjonijiet fil-ministeri jew fid-dipartiment dwar dawn l-impressed, anke fid-dawl tal-wegħda elettorali dwar il-ħaddiema impressed? Hemm il-ħsieb li dan in-numru jiżdied?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' ħaddiema impressed li jagħmlu parti mid-dekasteru li għalih jien responsabbli huma:
Diviżjoni ta'l-Edukazzjoni - 40 (34 f'Malta)
( 6 t'Għawdex)
Segretarjat Parlamentari - 1
Jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmlu l-awtoritajiet konċernati sabiex jiżguraw li bureaux tal-Foreign Exchange jimxu ma' l-istess regoli ta' Exchange Control li jirregolaw lill-banek kummerċjali?
Tista' tingħata statistika indikattiva dwar dawn it-transazzjonijiet, abbażi tar-return li għandhom is-Central Bank?
Response (DALLI, JOHN)
Illum il-ġurnata bureaux tal-Foreign Exchange huma liċenzjati taħt l-Att ta` l-1994 dwar Istituzzjonijiet Finanzjarji. Għaldaqstant, `bureaux tal-Foreign Exchange` huma marbuta bl-istess kundizzjonijiet tal-Liġi msemmija u wkoll bir-Regolamenti ta` l-Att dwar il-kontroll tal-Kambju 1972 li jorbtu l-banek.
Istituzzjonijiet finanzjarji li qed jagħmlu din it-tip ta` xogħol jiġu appuntati bħall-banek bħala `Authorised Dealers` taħt l-Att dwar il-Kontroll tal-Kambju 1972. Bħala Authorised Dealers dawn l-Istituzzjonijiet m`humiex obbligati jirrapurtaw it-transazzjonijiet lill-Awtoritajiet. Minkejja din, il-Foreign Exchange Bureaux, bħala istituzzjonijiet finanzjarji, huma obbligati li jibagħtu financial statements ta` kull xahar lill-Bank Ċentrali bħala l-Awtorita` Kompetenti fil-qasam ta` Superviżjoni bankarja.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, bħalissa l-Bank Ċentrali għandu informazzjoni limitata fuq dan is-suġġett imma qed jaħdem biex joħroġ returns ġodda li fihom il-Foreign Exchange Bureaux ikunu jistgħu jagħtuh d-dettalji kollha tat-transazzjonijiet tagħhom ma` barra.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-inizjattivi l-oħra, minbarra l-programmi ta' Socrates, Leonardo u Comenius, li ttieħdu ma' l-Unjoni Ewropea mill-1996 sal-lum? Jistgħu wkoll jingħataw id-dati ta' meta dawn l-inizjattivi l-oħra ttieħdu?
Response (GALEA, LOUIS)
F'dan l-istadju m'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1326.