Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #3146 Sitting 52 1999-01-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsa Racing Club

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu arretrati sal-lum lill-kredituri tal-Marsa Racing Club u min kienu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-arretrati li tħallsu lill-kredituri tal-Marsa Racing Club bejn Settembru 1998 u Diċembru 1998 kienu dawn: Polidano Group - Lm22,440 Ramel u Żrar - Lm 1,000 CRS Construction - Lm 2,000 Mike Service Station - Lm 1,600 Bonello George - Lm 500 Data Tote - Lm 3,978 U.E.T. - Lm 984 Oxford House - Lm 1,012 Mechanical Fluid - Lm 792 Larcom & Mitchel - Lm 403 Drivers' dues - Lm 4,000 TOTAL - Lm38,709
Leg 9 PQ #3147 Sitting 52 1999-01-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsa Racing Club

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ħaddiema full-time mal-Marsa Racing Club mhux qed jiġu stmati kollha xorta, speċjalment fl-overtime ta' meta jkun hemm it-tiġrijiet? Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema full-time u x'inhu x-xogħol tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ħaddiema full time tal-Marsa Racing Club baqgħu jiġu mħallsa bl-istess mod li kienu jitħallsu sas-sena l-oħra jiġifieri meta l-Club kien immexxi mill-Kumitat maħtur mill-Amministrazzjoni Laburista. In-numru ta' ħaddiema full time huwa 6. Ħamsa minnhom huma labourers u wieħed jagħmel xogħol fl-uffiċċju.
Leg 9 PQ #3148 Sitting 52 1999-01-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsa Racing Club

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jagħmilx sens li membri tal-kunsill tal-Marsa Racing Club, u li huma owners ukoll, jagħmluha ta' starters u judges fit-tiġrijiet fejn f'ċerti każi kien hemm jieħdu sehem żwiemel tagħhom stess jew ta' sħabhom fil-kunsill?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kumitat tal-Marsa Racing Club kellu jieħu miżuri dixxiplinarji kontra l-judges/starters fuq nuqqasijiet gravi relatati max-xogħol tagħhom. Għalhekk, għal dik l-okkażjoni partikolari, biex ma jieqafx il-programm tat-tiġrijiet, il-Kumitat għażel li jaħdem b'nies li huma membri/sidien. It-tiġrijiet kienu saru skond il-programm u ma kien hemm ebda oġġezzjoni fuqhom la mill-membri u s-sidien u lanqas mill-pubbliku jew mill-istampa. Mhiex l-intenzjoni tal-membri tal-Kumitat li jmexxu t-tiġrijiet huma, imma lanqas se jitwaqqfu t-tiġrijiet jew jitħalla li jiġu ripetuti żbalji mill-judges/starters mingħajr ma jittieħdu l-passi meħtieġa.
Leg 9 PQ #3075 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Lotterija Super Five

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1965, jista' l-Ministru jgħid min ibbenefika u kemm kien l-ammont li rċevew, mill-1990 sa Novembru, 1998? Fuq liema bażi jiġu dawn imqassma u min iqassamhom, il-Ministru tal-Finanzi stess jew xi ħaddieħor?

Response (DALLI, JOHN)

Qiegħed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ listi, waħda ta` `Super Five` u l-oħra tal-`Lotto` li juru min ibbenifika u kemm kien l-ammont mill-1990 sa Novembru 1998. Dawn jiġu mqassma wara li ssir talba mis-soċjeta rispettiva u din tiġi ikkunsidrata fuq il-merti tagħha. Dawn id-donazzjonijiet ġieli tqassmu mill-Ministeru u ġieli tqassmu mid-Dipartiment.
Leg 9 PQ #3076 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Swimming Promotion Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal l-istudju għas-set-up ġdid tas-Swimming Promotion Unit?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif ma laħaqx wasalli nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #3077 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ — Rappreżentanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx appuntati t-tlett rappreżentanti ġodda tal-gvern fil-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ? Jekk iva, min huma? Jekk le, meta hemm il-ħsieb li jiġu appuntati?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tlett rappreżentanti tal-Gvern fuq il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ huma Cedric Farrugia, Alessandro Farrugia u Vicky Spiteri.
Leg 9 PQ #3078 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għaqdiet sportivi

Question

B'riferenza għall-aħħar parti tat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 380, jista' l-Ministru jgħid min kienu s-16-il għaqda li bbenefikaw minn għotjiet u kemm ħadu kull wieħed? Tista' l-informazzjoni mitluba tingħata separata skond meta dawn l-għotjiet kienu approvati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għaqdiet imsemmija fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 380 li bbenefikaw minn għotjiet u li kienu approvati qabel il-5 ta' Settembru huma: Sta Luċia Football Club Lm5,200 Għaqda għat-Trobbija tal-Ħut Lm 500 Malta Triathlon Association Lm1,200 B'Kara St Joseph Sports Club Lm1,800 Sliema Wanderers Football Club Lm1.000 Naxxar Local Council Lm3,000 Malta Darts Association Lm 700 Msida St Joseph Lm 600 Valleta United Waterpolo Club Lm 500 Għaqda Żgħażagħ Pawlisti Lm1,000 Alex Borg Lm 500 L-għaqdiet l-oħra li ħadu għajnuna huma: Malta Netball Association Lm2,000 Billiards/Snooker Association Lm1,500 Malta Amateur Athletic Association Lm 40 Mellieħa Athletic Club Lm 500 Malta Amateur Wrestling Association Lm 800 L-għotjiet lil dawn l-għaqdiet kienu approvati wara l-ħatra tas-Segretarju Parlamentari J. Mugliett.
Leg 9 PQ #3079 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma wettaq il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ minn Settembru, 1998 sal-lum?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ kellu tlett laqgħat mas-Segretarju Parlamentari li matulhom ġiet diskussa l-ħidma tal-Kunsill. Din il-ħidma kienet tinkludi: * Organizazzjoni tal-Kampanja Donazzjoni b'Differenza * Għajnuna fl-organizazzjoni tal-Premju Żgħażugħ tas-Sena mnedija mill-Fondazzjoni OASI * Ħruġ ta' stqarrija dwar il-mewt tal-vittmi tad-droga waqt rave parties. Il-KNZ kien ukoll rappreżentat fid- diskussjonijiet li saru mis-Sotto Kumitat Parlamentari għall- Affarijiet Soċjali u ġiet ippreżentata wkoll paper. * Intlaqgħu emendi minn diversi għaqdiet u qed isir xogħol flimkien mad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport bi preparazzjoni għall-Konferenza Nazzjonali dwar il-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ f'Marzu 1999 * Ġie ppreżentat studju dwar iż-Żgħażagħ u l-Qgħad bit-titlu "Id-Dritt tax-Xogħol" waqt l-Assemblea Ġenerali Annwali li għaliha attenda wkoll is-Segretarju Parlamentari * F'Ottubru, l-KNZ organizza l-Evaluation Meeting tal- Mediterranean Youth Forum * Rappreżentanta tal-Kunsill attendiet laqgħa li saret fit- Turkija fejn tat presentations dwar il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ, il-Mediterranean Youth Forum u l-Euro-Med Youth Action Programme * Parteċipazzjoni f'laqgħa li saret Barcellona li matulha saret preżentazzjoni dwar il-European Voluntary Services * F'Ottubru il-KNZ organizza wkoll is-Southern Yuth Councils' Meeting f'Malta * Il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ innomina lill-ex President għall-elezzjonijiet tal-European Youth Forum u dan ġie elett bħala Bureau Member fi ħdan l-istess għaqda.
Leg 9 PQ #3142 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Korporazzjonijiet — Chairpersons

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma fil-preżent iċ-chairpersons tal-korporazzjonijiet, kumpanniji, entitajiet, banek u tad-diversi bordijiet, eċċ. li jiġu maħtura mill-gvern? Meta ġew maħtura u għal kemm żmien?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jn infurmat li ċ-Chairpersons li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi huma dawn: b'seħħ perijod minn u L-Imħallef Albert - Kummissjoni 16/11/98 5 snin Manche Permanenti Kontra l- Korruzzjoni L-Imħallef Dott - Kummissjoni 1993 indefinit Riccardo Farrugia Permanenti għal Riforma fil-Liġi L-Imħallef Carmel A - Commission for 22/05/98 indefinit Agius Childrens Evidence L-Imħallef Noel Arrigo - Court Advisory 27/05/97 indefinit Commission Is-Sur J R Grima - Malta Information 14/09/98 indefinit Technology and Training Services Ltd Prof David Attard LLD - Malta Maritime 09/10/90 indefinit Jurisdiction Commission - Ċentru ta' 23/02/98 6 snin l-Arbitraġġ ta' Malta Dott Edgar Mizzi LLD - Kummissjoni tal- 1980/81 indefinit Liġijiet Is-Sur Alfred Fiorini - Kumitat tan-Nomini 20/10/98 sa tmiem Lowell (Att dwar Ġieħ ir- l-1999 Repubblika) Is-Sur Stephen - Bord tad-Dixxiplina 25/08/98 sena Sant Angelo tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku Is-Sur Joseph Bartolo - Master Antenna Ltd 11/04/91 indefinit Rigward bordijt u entitajt oħra, nistieden lill-Onor Membru biex jirreferi l-mistoqsijiet tiegħu lill-Ministri responsabbli.
Leg 9 PQ #3069 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għaqdiet taż-żgħażagħ — Talbiet għall-għajnuna

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 2277?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li daħlu 35 talba għall-għajnuna għal iniżjattivi minn Ghaqdiet ta' Żgħażagħ. Dawn it-talbiet jaqgħu kollha taħt l-Item 4185 - Programmes and Initiatives. L-għaqdiet li applikaw huma: Uffiċċju Parrokkjali Bormla Grupp Żgħażagħ Vittoriosani Members in Christian Rights Organisation Juventutis Domus Sacra Familia Third World Group Seminarju tal-Qalb ta' Ġesu' Għaqda Voluntiera Sta Venera Malta Canoe Club Mosta Youth Centre MUSEUM Subien Żebbuġ Tony Lawrence Dance School Moviment Era Ġdida AIESEC Malta University Sports Club Żebbuġ Vikings Football Club Tonio Bonello Malta Shotokan Karate Int. Federation Żgħażagħ Azzjoni Kattolika Għaqda Korali u Orkestrali M. Bambina Għaqda tal-Konsumaturi ECO Żgħażagħ għal Dinja Magħquda Miriam Cauchi Kumpanija Teatrali Talent Żebbuġi SACES Antonio Depasquale Youth Centre B'Bugia San Ġwann Scout Group Dingli Parish Drama Circle AEGEE Valletta Inizjamed Malta Girl Guides Association Klabb Letterarju tal-Junior College Don Bosco Youth Centre Savio Vocational Club Ma naħsibx li huwa etikament korrett li tixxandar informazzjoni dwar il-proġett jew l-attivita' ta' dawn l-għaqdiet u kemm hi s-somma li ġiet mitluba minn kull għaqda. Id-deċiżjoni dwar kif jingħataw dawn il-fondi tittieħed minn Board Dipartimentali li jiġi maħtur għal dan il-għan u li fuqu jkun hemm ukoll rappreżentant tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ.
Leg 9 PQ #3070 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għaqdiet sportivi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 2276?

Response (GALEA, LOUIS)

Jien u s-Segretarju Parlamentari kellna diversi laqgħat ma' għaqdiet sportivi, taż-żgħażagħ u volontarji. L-għan prinċipali ta' dawn il-laqgħat kien lijkomplu jissaħħu r-rapporti eżistenti bejn dawn l-Assoċjazzjonijiet u l-Gvern f'kull qasam.
Leg 9 PQ #3071 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Vot Kapitali Numru 13

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2092, jista' l-Ministru jgħid liema huma l-commitments li diġa' jeżistu u liema huma dawk il-proġetti kapitali l-oħra li qed ikunu ppjanati?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 2412.
Leg 9 PQ #3072 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Żgħażagħ — Attivitajiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentri numru 2060?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li din is-sena s-Sezzjoni Żgħażagħ tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport se torganizza skambju ma' Ċipru u madwar erba' skambji ma' l-Italja. Dawn l-iskambji huma regolati bi Protokolli mal-pajjiżi rispettivi. Intlaħaq ukoll qbil biex isiru żewġ skambji mal-Ġermanja, u wieħed ma' l-Ingilterra, Slovakia, Turkija u t-Tunisija rispettivament. Se jiġu ffinanzjati numru kbir ta' attivitajiet fosthom il-ħarġiet kulturali, għajnuna finanzjarja lill-għaqdiet taż-żgħażagħ, il-Youth Specialisation Studies Scheme, ħlasijiet ta' membership għal Istituzzjonijiet Internazzjonali, kif ukoll exhibitions, pubblikazzjonijiet, seminars u konferenzi.
Leg 9 PQ #3073 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħgħ — Rapport "The right to work"

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 1964?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-membri li jagħmlu parti mill-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ huma dawn: President: Lorraine Napier (Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista) Viċi-President: Anthony Cremona (Studenti Demokristjani Maltin) Segretarja Ġenerali : Claudette Azzopardi (Kerygma Żgħażagħ) Segretarja Internazzjonali: Ruth Bajada (Għaqda tal-Malti Universita') Teżorier: Andre' Chetcuti (Kunsill Studenti tal- Junior College) Youth Services Secretary: David Muscat (Nixxiegħa Kulturali) Youth Studies Secretary: Maronia Scerri (Għaqda Studenti tal-Liġi) Corporate Andrea Gera de Petri (Studenti Demokristjani Relations: Maltin) Projects Secretaries: Maria Cassar (Żgħażagħ Ħaddiema Nsara) Kevin Cutajar (Kunsill Studenti Universitarji) Mario Sacco (CMTU Youths) Dawn il-membri ġew nominati mill-għaqdiet imsemmija pero' fil-Kunsill ma jkunux qegħdin jirrappreżentaw lil dawn l-għaqdiet iżda liż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin. It-tlett membri li kienu ġew nominati mis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ Sport Kultura u Arti jiġifieri Claudette Baldacchino, Brandon Pisani u Godwin Xuereb offrew ir-riżenja tagħhom wara l-bidla fil-Gvern. It-tlett rappreżentanti l-ġodda huma Vicky Spiteri, Alessandro Farrugia u Cedric Farrugia. Il-ħidma li wettaq il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ tinkludi parteċipazzjoni f'diversi seminars u korsijiet dwar fatti u problemi li jolqtu liż-żgħażagħ fil-ħajja tal-lum u tal-ġejjieni u anke dwar ir-rwol tagħhom fis-soċjeta' fil-qasam lokali u internazzjonali. Il-membri tal-kunsill se jkomplu jimpenjaw ruħhom bil-ħidma tagħhom fl-aħjar interess taż-żgħażagħ. Din il-ħidma ser tinkludi konferenzi kemm Malta kif ukoll barra, organizazzjoni ta' Jum iż-Żgħażagħ u Seminar dwar il-Politika Nazzjonali fuq iż-Żgħażagħ. Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-Rapport bit-titlu "The Right to Work" li ġie ppreżentat fil-laqgħa ġenerali annwali tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ.
Leg 9 PQ #3074 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Attivitajiet sportivi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 2061?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fost l-attivitajiet sportivi li ser jiġu finanzjati mil-line item 4178 tal-Vot tad-Dipartiment ta' l-Isport hemm il-Konferenza Ewropeja ta' l-Isport, Skola Sport, Sport for All u inizjattivi oħra sportivi li jieħu d-Dipartiment matul is-sena. L-organizazzjonijiet li ser jiġu mgħejuna huma l-Kumitat Olimpiku Malti u diversi għaqdiet sportivi. Din l-għajnuna tiġi offruta primarjament għal parteċipazzjoni f'tournaments internazzjonali, organizazzjoni ta' tournaments internazzjanali f'Malta u titjib tal-faċilitajiet. Kull talba tiġi kkunsidrata fuq il-merti tagħha.
Leg 9 PQ #3063 Sitting 49 1999-01-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment ta' l-Isports — Doping

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li l-proċedura eżistenti dwar id-doping tests tinbidel fis-sens li l-għaqdiet sportivi jgħaddu r-riżultati lid-Dipartiment ta' l-Isport? Jaħseb il-Ministru li dan huwa importanti sabiex l-isport f'pajjiżna jibqa', safejn u sakemm hu possibbli, ħieles mit-teħid ta' sustanzi projbiti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li diġa' ttieħdu passi biex il-proċedura eżistenti dwar id-doping tests tinbidel. Fil-fatt l-Assoċjazzjonijiet li ġew mgħejjuna finanzjarjament biex setgħu jsiru doping tests f'dawn l-aħħar sentejn ġew mitluba jibgħatu rapport dwar dawn it-tests.
Leg 9 PQ #3066 Sitting 49 1999-01-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kumitat Olimpiku Malti — Għajnuna finanzjarja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 2411?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għajnuna finanzjarja li ingħata l-Kumitat Olimpiku Malti f'dawn l-aħħar erba' snin kienet hekk: 1995 Għajnuna għall-promozzjoni ta' elite sports Lm25,000 Għajnuna konnessa ma' Small Nations Games Lm20,000 1996 Għajnuna għall-promozzjoni ta' elite sports Lm40,000 Għajnuna għall-Kumitat Olimpiku Malti Lm10,000 1997 Għajnuna għall-Kumitat Olimpiku Malti Lm85,000 Għajnuna konnessa ma' Small Nations Games Lm50,000 1998 Għajnuna bħala bonus għall-atleti Lm10,500 Għajnuna għat-Top Athletes Programme Lm51,500 Għajnuna konnessa ma' Commonwealth Games Lm34,500 Hu maħsub li din is-sena l-għajnuna lill-Kumitat Olimpiku Malti tammonta għal Lm110,000.
Leg 9 PQ #3067 Sitting 49 1999-01-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tfal li jiġu abbużati

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1838, jista' l-Ministru jgħid jekk irċeviex xi kummenti u pariri mill-organizzazzjonijiet li semma fir-risposta? Jekk le, meta għandu jirċevihom u jekk iva, meta hemm il-ħsieb li d-dokument jibda jiġi attwat? Jekk id-dokument huwa wieħed finali, jista' l-Ministru jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GALEA, LOUIS)

Irċevejt kummenti u pariri mill-Ministeru tal-Politika Soċjali illi qed jiġu kkonsidrati. Sadattant saru laqgħat fi ħdan il-Ministeru u beda jitħejja abbozz ta' pjan ta' azzjoni li fih għad iridu jiġu nvoluti dawk kollha konċernati, inkluż l-MUT, qabel ma l-proċeduri proposti jidħlu fis-seħħ. Għaldaqstant id-dokument għadu mhux finali.
Leg 9 PQ #3068 Sitting 49 1999-01-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Sport — Kunsill Malti

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jinħatar il-Kunsill Malti għall-Isport?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kunsill Malti għall-Isport se jinħatar li ġejjieni qrib. Fil-fatt id-diversi Assoċjazzjonijiet li għandhom dritt ikollhom rappreżentant ġew mitluba jinfurmawna bl-isem tal-persuna ikkonċernata. Kif nirċievu l-ismijiet kollha jinħatar il-Bord.

Dipartimenti/Ministeri — Nies impressed

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 1737?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Nru. 2807. Irrid niċċara li t-tlett tabelli li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra bħala parti minn dik it-Tweġiba tinkludi wkoll informazzjoni dwar "impressed drivers" ma' Entitajiet Parastatali w mhux biss ma' Dipartimenti w Ministeri tal-Gvern. 12.1.99