Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-persuni kollha li huma fis-segretarjat privat tiegħu u tas-segretarju parlamentari li jaqa' taħtu? Jista' l-Ministru jgħid x'inhu x-xogħol ta' kull wieħed u f'liema impjieg kienu l-aħħar qabel ġew fis-segretarjat?
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3070, jista' l-Ministru jagħti lista tad-diversi għaqdiet sportivi taż-żgħażagħ u volontarji li hu u s-Segretarju Parlamentari kellu laqgħat magħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Saru laqgħat ma' dawn l-għaqdiet u ma xi wħud minn dawn l-għaqdiet saret iktar minn laqgħa waħda.
Yachting Fereration
Island Karting Club
Malta Tea Kwon Do Federation
Assoċjazzjoni Sport Muturi
National Youth Council
Sportsman Travel
Fencing Association
Amateur Swimming Association
Scouts Association
Għaqda Kittieba Sports
Amateur Weightlifting Association
Federazzjoni Maltija Lotta
Malta Association of Youth Workers
Malta Basketball Association
Royal Golf Club
Psychology Group
Savio Group
Assoċjazzjoni Sports Hibernians
Marsa Football Club
Osanna Pia
Birdlife Malta
Tony Laurence Dance School
Malta Traditional Karate Federation
Runners' Association
Malta Netball Association
Malta Bridge Club International
Għaqda Scouts Tarxien
Rinella Tennis Club
Drag Racing Association (Ħal Far)
Ħal Far Model Flying Association
All Wheel Drive Club
BMX Association Malta
Malta Olympic Committee
National Youth Council
Malta Football Association
Marsa Racing Club
Shooting Federation (Bidnija)
Tour Ta' Malta
Table Tennis Association
Kumitat Għażliet Sportivi Nazzjonali
Hockey Association
Għaqda Tiraturi Qormin
University Sports Club
YSO
Young Enterprise
Malta Amateur Athletic Association
Kerygma
Radju MAS
Valletta Football Club
Malta Amateur Dance Sport Association
Razzett tal-Ħbiberija
Malta Volleyball Association
YMCA
G7
Għaqda Żgħażagħ Pawlisti
Paola Clay Shooting Pigeon Range
B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3055 u anke fid-dawl tar-risposta li kienet ingħatat qabel fejn intqal li ċ-chairman ta' l-MIA jitħallas Lm4,000 biss, ġentilment nitlob lill-Ministru sabiex iwieġeb b'mod sempliċi (u mingħajr retorika) mistoqsija parlamentari numru 3055, ċioe' jekk hux fulltime jew part-time?
Jista' l-Ministru allura jgħid jekk minn mindu nħatar iċ-chairman il-ġdid ta' l-MIA, inbidilx l-ammont ta' ħlas għax-xogħol li qed jagħmel?
Response (BONNICI, JOSEF)
Naħseb li r-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 3055 kienet ċara biżżejjed. Tajjeb li nfakkar li c-Chairman, preċedenti,maħtur mill-Gvern Laburista, kien jitħallas Lm18,000.
Ic-Chairman preżenti qed jitħallas Lm4,000; iżda inżid ngħid li qed isir eżerċizzju biex jiġu aġġustati r-remunerazzjoni taċ-Ċhairmen in generali.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3069, ma jaħsibx il-Ministru li huwa fl-interess tal-Kamra li tkun taf xi proġetti jew attivita' dawn l-għaqdiet applikaw għalihom u kemm kienet it-talba tagħhom?
Jista' l-Ministru jgħid għaliex m'huwiex etikament korrett li tixxandar din l-informazzjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Għaliex l-għaqdiet li qiegħdin nitkellmu fuqhom huma volontarji u privati u sal-punt li huma jirċievu xi fondi pubbliċi għandu jiġi konsidrat li l-proġett u t-talbiet sottomessi jkunu konfidenzjali. Peress li l-Onor. Membru diġa' jaf liema huma dawn l-għaqdiet mit-tweġiba li tajtu għall-Mistoqsija numru 3069, m'għandux isibha diffiċli jitlob l-informazzjoni lill-għaqdiet konċernati. B'hekk ikollhom l-opportunita' jiddeċiedu huma x'tagħrif jagħtu. Naturalment f'kull każ fejn jingħataw xi fondi pubbliċi l-Kamra tingħata kull informazzjoni li tixtieq.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3098, jista' l-Prim Ministru jgħid fejn iż-żewġt persuni li ġew trasferiti ġew posted? Il-persuni nvoluti talbu fejn għandhom jiġu trasferiti? Jekk fl-affermattiv, it-talba tagħhom ġiet milqugħha, rifjutata jew għadha qed tiġi kkonsidrata? Jekk ma ġietx milqugħha, x'inhi r-raġuni?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jien infurmat li ż-żewġ persuni trasferiti mid-Dipartiment
ta' l-Informazzjoni ġew posted, wieħed it-Teżor u l-ieħor
fil-Ministeru għall-Politika Soċjali.
Fl-ewwel każ, l-uffiċjal involut ma talabx għal fejn
jixtieq jiġi trasferit, filwaqt li fit-tieni każ l-uffiċjal
ġie trasferit għall-Ministeru li taħtu jaqa id-Dipartiment
li xtaq imur fih.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx permess tal-bini maħruġ mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar għal kamra li qed tinbena u li tagħti għal ġo Racecourse Street, Marsa, quddiem London Yard? Meta saret l-applikazzjoni, minn min u meta nħareġ il-permess?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti aktar dettalji dwar il-kamra li qed jirreferi għaliha, preferibbilment billi jindika fuq site-plan, sabiex tkun tista' tingħata risposta.
21.01.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jqum il-pont tad-dħul fil-Marsa Racing Course? Ħarġu quotations jew tenders? Jekk iva, min ġie magħżul u għaliex? Jekk ma nħarġux sejħiet għall-quotations jew tenders, min intgħażel u xi ftehim sar?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kumitat tal-Marsa Racing Club kien alloka kuntratt għall-upgrading tal-korsa lil Polidano Group li l-ispiża tiegħu kienet tammonta għal Lm105,000. Din kienet l-aktar offerta vantaġġjuża meta komparata ma' dik ta' Bonniċi Bros li kienu kkwotaw is-somma ta' Lm140,000. Billi kien meħtieġ ukoll li jsiru paddocks u entratura u pont mit-triq għall-korsa ġie deċiż li Polidano Group jiġi fdat ukoll b'dan ix-xogħol. Dan ix-xogħol sewa Lm26,640.
Jista'l-Ministru jgħid jekk isirux doping tests fuq iż-żwiemel li jieħdu sehem fit-tiġrijiet taż-żwiemel li jsiru fil-korsa tal-Marsa?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li s'issa għadhom qatt ma saru doping tests fuq iż-żwiemel li jieħdu sehem fit-tiġrijiet. Informat ukoll li l-Kumitat tal-Marsa Racing Club qed jistudja l-possibilitajiet dwar x'jista' jsir.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal lukandi ġodda, extensions u upgrading ta' lukandi eżistenti?
Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm kull kategorija mistennija li jkollhom sodod?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fil-preżent l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għandha quddiemha 41 applikazzjoni pendenti : għal lukandi ġodda (19), estensjonijiet (13), u 'upgrading' ta' lukandi eżistenti (9).
Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba għad trid tinġabar.
21.01.99
Jista' l-Ministru jgħid meta Triq Minzel fiż-Żejtun se tingħata wiċċ bit-tarmac minħabba li hi triq li bilfors trid tgħaddi minnha, speċjalment ir-residenti li joqogħdu fi Triq E. Attard Bezzina?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-isqaq indikat mill-Onor. Interpellant hu sempliċiment passaġġ temporanju u ma jistax jiġi asfaltat. Id-Dipartiment tat-Toroq ser jieħu passi biex tkun tista` tinbena l-biċċa ta` Triq il-Falkunier minn Triq San Klement sa Triq E. Attard Bezzina.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu r-rwol tal-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, fil-Marsa Racing Club u jekk huwiex qed jitħallas? Jekk qed jitħallas, kemm u ta' xiex?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-persuna msemmija tirrapreżenta lid-Dipartiment ta' l-Isport fuq il-Kumitat imsemmi.
Tajjeb jiġi ċċarat li l-Gvern ma joħroġ ebda fondi pubbliċi għall-ispejjeż rikorrenti ta' l-organizazzjoni tat-tiġrijiet taż-żwiemel u m'hemm ebda ħsieb li jsir xi kontribut din is-sena għal dawn l-ispejjeż. Għaldaqstant kwalsiasi ħlas li jsir lil kull min jista' jiġi mqabbad jagħti xi servizz in konnessjoni ma' l-amministrazzjoni ta' dawn it-tiġrijiet isir minn fondi li ma jaqgħux fl-Estimi approvati minn dan il-Parlament.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li minn dawk kollha li applikaw bħala judges fil-Marsa Racing Club, wieħed biss ma ġiex aċċettat? X'kienet ir-raġuni? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' dawk kollha li applikaw bħala judges u lista ta' dawk li ġew magħżula? Min ħa ħsieb li jagħmel l-għażla u fuq liema bażi saret din l-għażla?
Response (GALEA, LOUIS)
Infurmat li ma saret ebda sejħa għall-applikazzjonijiet għall-judges fil-Marsa Racing Club. Il-judges baqgħu l-istess li kienu qabel ħlief għal tnejn li kienu reġgħu daħlu bħala judges fl-1997 wara li kienu tneħħew għal snin twal, u issa ma ġewx konfermati.
Ta' min jgħid li minbarra li jridu jkunu jafu sew ir-regolamenti tat-tiġrija, il-judges irid ikollhom fiduċja sħiħa tal-Kumitat Eżekuttiv, li huwa responsabbli mit-tmexxija tal-Club.
Jista' l-Ministru jgħid kemm qed titħallas il-PRO tal-Marsa Racing Club u jekk hux qed tieħu xi allowances oħra? Kemm huma dawn l-allowances u ta' xiex qed teħodhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi għat-tieni parti tat-tweġiba għall-Mistoqsija numru 3150.
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li ssir ir-ring road bejn Triq il-Falkunier u Triq Ħaż-Żabbar fiż-Żejtun?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq beħsiebu jidħol f`diskussjonijiet ma` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar sabiex il-parti tar-`Ring Road` li tneħħiet minn żona ta` żvilupp terġa` tiddaħħal biex it-triq tkun tista` tinbena.
Sadanittant ittieħdet azzjoni mil-`Joint Office` biex l-art meħtieġa għal bini ta` parti minn din it-triq li tagħti għal Triq E. Attard Bezzina tgħaddi għand id-Dipartiment tat-Toroq biex it-triq tkun tista` tinbena.
Jista' l-Ministru jgħid meta Triq Dejma, Triq Dwiemes, Triq it-Tempji u Triq it-Tamburin fiż-Żejtun se jingħataw surface bit-tarmac?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li dawn it-toroq għadu qed isir l-iżvilupp fihom u għad hemm postijiet fejn anki l-Main ta` l-ilma għadu temporanju, għalhekk ma jistgħux jiġu asfaltati għal issa.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi dejn ġdid mill-kunsill preżenti tal-Marsa Racing Club? Fiex jikkonsisti u kemm hu? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm hu d-dejn globali tal-Marsa Racing Club, inkluż il-kera b'lura, it-taxxa u l-VAT?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kumitat tal-Marsa Racing Club ma għamel ebda dejn ġdid. Id-dejn globali tal-Club fil-31 ta' Diċembru 1998 kien jammonta għal Lm317,489 meta paragunat mal-Lm375,668 li kien hemm fit-30 ta' Ġunju, 1998.