Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #4176 Sitting 59 1999-02-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Racing Club — Tlielaq taż-żwiemel

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess sabiex ikun jista' jsir logħob fuq t-tlielaq taż-żwiemel fil-Malta Racing Club?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix, ser ikolli nwieġeb f'xi Seduta oħra.

Pensjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala pensjonanti ġewwa Ħaż-Żabbar, iż-Żejtun u Wied il-Għajn li jirċievu xi forma ta' pensjoni? Jista' jgħid kemm minnhom jirievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra. 2.2.99
Leg 9 PQ #3912 Sitting 58 1999-02-01 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsa Racing Club — Poteri

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'poteri għandu l-Gvern fuq il-Marsa Racing Club?

Response (GALEA, LOUIS)

Filwaqt li nirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija numru 3911, inżid ngħid li l-post li fih isiru t-tiġrijiet taż-żwiemel huwa propjeta' tal-Gvern u hemm materji ta' ordni pubbliku li huma responsabbilita' tal-Gvern, fosthom dawk regolati bl-Ordinanza dwar Imħatri f'Tiġrijiet (Kap 78) Fil-fehma tiegħi l-Gvern m'għandux ikollu x'jaqsam ma' l-organizazzjoni tat-tiġrijiet taż-żwiemel. Jifdallu l-obbligu li jara li l-liġijiet tal-pajjiż jiġu osservati. Fil-fatt qed nikkonsidra li inniedi proċess li jista' jwassal għal konsiderazzjoni xierqa ta' użu ħafna aħjar u aktar fl-interess pubbliku, ta' l-arja kollha tal-Marsa Sports facilities.
Leg 9 PQ #3922 Sitting 58 1999-02-01 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Membri

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Forzi Armati ta' Malta taħt il-35 sena, bejn it-35 u 45 sena, bejn il-45 u 55 u bejn il-55 sena 'il fuq u f'liema gradi qegħdin?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-etajiet fost il-membri tal-Forzi Armati (Forza Regolari) huma kif jidhru hawn taħt. Dawn iċ- ċifri jinkludu lill-Membri tar-Revenue Security Corps u jeskludu l-ħaddiema ċivili li jaħdmu ma' l-Armata. Eta minn - sa Numru 18 - 35 840 35 - 45 517 45 - 55 229 55 il fuq 33

Żejtun — Triq Minzel - Asfaltar

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3340, jista' l-Ministru jgħid jekk dan ifissirx li Triq Minzel, li ġiet deskritta fit-tweġiba bħala sqaq, se tingħalaq? Jista' allura jiġi kkonsidrat li Triq Minzel ma tibqax passaġġ temporanja, iżda ssir triq normali?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li Triq Minzel trid tispiċċa, għaliex skond l-iskema ta` l-izvilupp fil-lokalita` l-ispazju tagħha irid jittieħed mill-bini. Għalhekk id-Dipartiment ma jistax jibdel din it-triq f`waħda permanenti.
Leg 9 PQ #4014 Sitting 58 1999-02-01 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu ċ-chief executive jew l-acting chief executive ta' l-MIA? Jista' jgħid ukoll kemm qed jitħallas?

Response (BONNICI, JOSEF)

Bħalissa l-MIA m'għandhiex Chief Executive. L-aħħar Chief Executive li kien hemm irreżenja fit-22 ta' Lulju 1998. F'din l-assenza, d-doveri jassumihom iċ-Chairman. Hekk għamel iċ-Chairman ta' dak iż-żmien, is-Sur Eric Fenech Pace, li kellu salarju ta' Lm18,000, wara d-data msemmija. Iċ-Chairman preżenti, li qed jaqdi wkoll id-doveri ta' Chief Executive, għandu salarju ta' Lm12,000 fis-sena.
Leg 9 PQ #4015 Sitting 58 1999-02-01 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għaqdiet taż-żgħażagħ — Talbiet għal għajnuna

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3633, jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw fondi pubbliċi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ammont ta' fondi pubbliċi li ngħataw lill-għaqdiet li rċevew għajnuna finanzjarja kien ta' Lm5,600.
Leg 9 PQ #4078 Sitting 58 1999-02-01 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Kors BA Religious Studies

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-istudenti li qed jagħmlu fil-kors BA Religious Studies fl-ewwel sena tħallew bla karta ta' l-eżami fil-History and Methods of Cathecetics nhar il-25 ta' Jannar, 1999 u kellhom joqogħdu jiktbu l-karta tal-mistoqsijiet li ġiet dettata lilhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li nhar il-25 ta' Jannar, 1999 l-istudenti fil-kors tal-BA Religious Studies kellhom test ta' siegħa (mhux eżami) fil-History and Methods of Cathecetics. Id-distinzjoni prinċipali bejn test u eżami hi li test isir b'anqas formalita', iżda fl-istess serjeta' ta' eżami. Informat li ma hemm xejn straordinarju li l-lecturer iddetta tlett mistoqsijiet li minnhom l-istudenti kellhom jirrispondu tnejn.

ETC — Trainee welders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew mibgħuta listi mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ lill-Malta Drydocks għal trainee welders u meta ntbagħtu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ma rċeviet l-ebda talba mill-Malta Drydocks għal "trainee welders". Il-Malta Drydocks għamlet talba f'Lulju 1998 lill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ għal "certified welders" għal impjieg każwali ta' tmien ġimgħat. Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ bagħtet tlett listi lill Malta Drydocks biex tissodisfa din it-talba. 27.1.99
Leg 9 PQ #3907 Sitting 57 1999-01-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsa Racing Club — Dħul/Ħruġ

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown item, item tad-dħul u l-ħruġ li sar mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum fil-Marsa Racing Club?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-dħul u l-ħruġ tal-Marsa Racing Club ma jinvolvux flus ivvutati mill-Estimi Ġenerali approvati minn dan il-Parlament. Għalhekk qed jiġi konsidrat hux il-każ li jintalbu dawn id-dettalji lill-Marsa Racing Club.
Leg 9 PQ #3908 Sitting 57 1999-01-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Graphic Designer

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru W8?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Enemalta għadha kif għamlet auditing tar-riżorsi umani. Ħatriet fi gradi ġodda li huma kkontemplati fir-rapport jimtlew skond l-esiġenzi tal-korporazzjoni.
Leg 9 PQ #3909 Sitting 57 1999-01-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Marsa Racing Club — Logħob fuq tlielaq

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess sabiex ikun jista' jsir logħob fuq it-tlielaq taż-żwiemel fil-Marsa Racing Club?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat. 27.01.99
Leg 9 PQ #3910 Sitting 57 1999-01-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsa Racing Club — Flus maħruġa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se joħroġ flus il-ministeru din is-sena lill-Marsa Racing Club? Jista' jgħid kemm hu maħsub li jiġġeneraw dħul il-Marsa Racing Club u minn xiex ġej dan id-dħul? Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex imħejji business plan?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li din is-sena l-Ministeru mhux se joħroġ flus lill-Marsa Racing Club. Dwar it-tieni parti tad-domanda nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 3907.
Leg 9 PQ #3911 Sitting 57 1999-01-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsa Racing Club — Terms of reference

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif inhi regolata r-relazzjoni bejn il-ministeru u l-Marsa Racing Club? Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma t-terms of reference tal-Marsa Racing Club?

Response (GALEA, LOUIS)

Parti mill-Marsa Racing Club Committee jinħatar mill-Ministru. It-terms of reference tal-Kumitat huma li jkollu r-responsabbilita' u l-awtorita' fuq il-Korsa tal-Marsa, li jorganizza u jamministra t-tiġrijiet taż-żwiemel u sport ekwestru, u jagħmel dak kollu meħtieġ li għandu x'jaqsam ma' dawn. Tlitt membri tal-Kumitat huma eletti mill-membri ta' l-Għaqda tas-Sidien u Ġerrejja taż-Żwiemel.

Djar — Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-programam ta' manutenzjoni għal din is-sena fid-diversi housing estates imxerdin ma' Malta u Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-programm ta' manutenzjoni f'bini tal-Gvern ma jsirx darba biss fil-bidu tas-sena iżda dan jiġi rrivedut fil-bidu ta' kull xahar. B'hekk minn xahar għall-ieħor jiġu eliminati xogħolijiet li jkunu tlestew fix-xahar preċedenti u jiġu inklużi xogħolijiet ġodda. Il-prijorita' tax-xogħlijiet tingħata skond in-natura ta' dan ix-xogħol. Per eżempju l-akbar prijorita' tingħata lil dawk ix-xogħlijiet ta' natura strutturali bħal tiswijiet ta' soqfa u dawk li jinkludu tikhil jew tiswija ta' katusi. 26.1.99
Leg 9 PQ #3716 Sitting 56 1999-01-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Zejtun — Irranġar ta' fence

Question

Jista' l-Ministru jara li l-fence li hemm bejn il-ground tal-football fi Triq Anġlu Grima u l-iskola Carlo Diacono fiż-Żejtun jitranġa minħabba li jeżisti periklu serju għal min jattendi dawn iż-żewġ postijiet imsemmija?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li qiegħed isir eżami tal-ħsarat imsemmija sabiex wara jkun jista' jsir ix-xogħol ta' rranġar meħtieġ.
Leg 9 PQ #3731 Sitting 56 1999-01-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Assoċjazzjonijiet — Abbużi minn sustanzi projbiti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk mir-rapporti mibgħuta mill-assoċjazzjonijiet li ġew megħjuna finanzjarjament biex isiru doping tests, irriżulta li kien hemm nies li nstab li abbużaw minn sustanzi li huma projbiti u għalhekk instabu pożittiv?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li sal-lum id-Dipartiment għadu ma rċeiva ebda rapport dwar xi riżultat pożittiv.
Leg 9 PQ #3732 Sitting 56 1999-01-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għaqdiet sportivi — Eżenzjoni minn taxxi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm talbiet minn għaqdiet sportivi jew volontarji sabiex jingħataw eżenzjonijiet minn taxxi diversi? Xi jsir meta jkun hemm xi talba ta' dan it-tip?

Response (GALEA, LOUIS)

It-talbiet għall-eżenzjoni mit-taxxa jsiru direttament lill-Ministeru tal-Finanzi u l-Mistoqsija għandha ssir lil dan il-Ministeru.
Leg 9 PQ #3733 Sitting 56 1999-01-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Programms and Initiatives

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li jagħmlu parti mill-board dipartimentali li jiġi maħtur sabiex jiddeċiedi kif jingħataw fondi vvotati taħt item 4185 - Programms and Initiatives?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-fondi vvutati taħt Item 4185 - Programmes and Initiatives huma r-responsabbilta' tad-Direttur taż-Żgħażagħ u Sport. Jinħatar board biss biex jiddeċiedi kif jingħataw fondi minn dan l-Item għall-Youth Support Programme. Dan il-Board huwa ffurmat mid-Direttur taż-Żgħażagħ u Sport u rappreżentanti tad-Dipartiment tal-Kultura, taż-Żgħażagħ u Sport u tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ.

ETC — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' żgħażagħ li qed jirreġistraw u x'persentaġġ jirrappreżentaw ta' dawk li qed jirreġistraw? Liema hi l-eta' li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ tqis bħala persuni li jaqgħu fil-kategorija taż-żgħażagħ? Jekk l-ETC għandha informazzjoni dwar kif jikkompara n-numru ta' persuni żgħażagħ li qed jirreġistraw għax-xogħol mal-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jippubblika din l-istatistika? Jista' l-Ministru jagħti breakdown f'liema settur qed jirreġistraw dawn iż-żgħażagħ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' żgħażagħ taħt il-25 sena li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta' Ottubru 1998 kien ta' 2,181. Dawn jirrapreżentaw 29.9% ta' dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol. L-etajiet li żżomm il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ huma skond Istituzzjonijiet Internazzjonali bħal Eurostat u ILO. L-eta assenjata għaż-żgħażagħ hija ta' dawk li huma taħt il-25 sena. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella A fejn turi għal liema kategorija ta' xogħol dawn iż-żgħażagħ kienu qed jirreġistraw. Il-persentaġġ ta' żgħażagħ li qed jirreġistraw għax-xogħol fl-Unjoni Ewropeja f'Ottubru 1998 kien kif ġej. Belġju 21.6 Danimarka 6.3 Ġermanja 10.1 Greċja N/A Spanja 34.4 Franza 26.8 Irlanda 12.0 Italja 33.3 Lussemburgu 6.7 Olanda 6.2 Awstrija 6.3 Portugal 8.9 Finlandja 23.5 Svezja 14.5 Ingilterra N/A 26.1.99