Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #6058 Sitting 84 1999-04-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Item 4186

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus taħt Item 4186 għax-xhur ta' Jannar u Frar separatament u fiex intnefqu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-somma vvutata taħt l-item 4186 tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport, li din is-sena tammonta għal Lm6,000, tirrappreżenta l-għajnuna li l-Gvern jagħti kull sena lill-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ u hija amministrata mill-istess Kunsill. Din is-somma ġiet mgħoddija kollha lill-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ.
Leg 9 PQ #6006 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarxien — Hompesch Steel Co. Ltd.

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'possibbilta' hemm li Hompesch Steel Co. Ltd. ta' Ħal Tarxien tiġi trasferita għal post ieħor, fejn minħabba n-natura ta' xogħol li twettaq ma tkunx ta' inkonvenjent u ta' periklu għal min jgħix fil-viċinanzi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-parti l-kbira ta' l-art li qegħda tokkupa il-kumpanija msemmija hija proprjeta' tagħha stess u parti żgħira hija amministrata mill-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp. Ta' min jgħid li fil-Pjan Strutturali hemm il-ħsieb li industriji ta' dan it-tip ikunu rilokati f'postijiet adattati li għad iridu jiġu identifikati mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.
Leg 9 PQ #6031 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Wied il-Għajn — Servizz ta' l-Ilma

Question

Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, iwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari numru 5751?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-brackets li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant mhumiex ta' periklu u huma parti mis-sistema tad-distribuzzjoni ta' l-elettriku li tinuża f'ħafna lokalitajiet f'Malta u Għawdex.
Leg 9 PQ #6032 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Dipartiment ta' l-Edukazzjoni — Santa Lucija - Skola

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fejn illum hemm l-iskola ta' Santa Luċija kienx hemm xi borehole ta' l-ilma tax-xorb? Jista' l-Ministru jgħid ukoll b'liema titlu d-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni ħa din l-art?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fejn illum hemm l-iskola ta' Santa Luċija kien hemm borehole ta' l-ilma tax-xorb. Meta x-xogħolijiet fl-iskola jintemmu, din il-borehole se terġa titħaffer. Rigward it-titlu fuq l-art, s'issa għadhom ma sarux kuntratti formali bejn il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u d-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni.
Leg 9 PQ #6033 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Air Malta Cargo Division

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tas-Saħħa jew il-Ministeru rċevewx ilmenti dwar nuqqasijiet u abbużi, bħal ngħidu aħna teħid ta' ikel li jkun qiegħed hemm għall-ħruq, li qed isiru fejn hemm l-incinerator li jintuża mill-Air Malta Cargo Division fl-Ajruport ta' Malta? Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Saħħa rċieva verbalment rapport wieħed fil-bidu ta' din is-sena dwar l-abbuż imsemmi minn persuna li barra li ma riditx tidentifika ruħha, l-anqas ma riedet tagħti dettalji jew informazzjoni sabiex dak ir-rapport ikun jista' jiġi nvestigat. Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli li abbużi simili jkun tajjeb li jiġu rrapurtati lid-Direttur tas-Servizzi Veterinarji peress li l-Avviż Legali 125/93 jawtorizza lilu biex jilliċenzja lill kolleturi tas-'swill' eċċ. u ħadd ma jista' jagħmel tali xogħol mingħajr permess tiegħu (Avviż Legali 125/93 Artiklu 8).
Leg 9 PQ #6034 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żjara tal-Juventus — Promuturi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5780, jista' l-Ministru jgħid separatament kemm ikkontribwew it-tliet azjendi msemmija? Lil min kienu pagabbli ċ-ċekkijiet minn dawn it-tliet azjendi? X'tip ta' servizzi pprovdiet l-Air Malta u kemm hu stmat li jqumu? Jista' l-Ministru jgħid x'kienu dawk l-avvenimenti simili li fil-passat ipparteċipaw fihom dawn l-entitajiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ammont li kull azjenda kkontribwiet kien dan: Mid-Med Bank Lm10,000 Malta International Airport Lm10,000 Maltacom Lm 5,000 Iċ-ċekkijiet maħruġa mill-Maltacom u l-Malta International Airport kienu pagabbli lil Robert Arrigo & Sons Ltd., l-organizzaturi taż-żjara tal-Juventus f'Malta; filwaqt li ċ-ċekk tal-Mid-Med Bankkien pagabbli lill-Ministeru tiegħi li sussegwentement għaddieh lill-imsemmija organizzaturi. L-Air Malta pprovdiet titjira charter Turin/Malta/Turin li swiet Lm15,000. L-azjendi msemmija jikkunsidraw diversi talbiet li jsirulhom minn żmien għal żmien minn diversi istituzzjonijiet, individwi u kumpaniji. Naturalment meta l-azjenda tiddeċiedi li tagħti l-għajnuna, tieħu in konsiderazzjoni diversi fatturi, fosthom li din tingħata pubbliċita'.
Leg 9 PQ #6052 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Ambjent

Żejtun — Triq il-Wied - Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jara li l-problema eżistenti dwar id-drenaġġ fi Triq il-Wied, Żejtun tiġi rranġata, minħabba li din hija problema li ilha tkarkar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tlabt biex isir studju sabiex tiġi identifikata l-problema u wara jinfetaħ tender għal din l-estensjoni.
Leg 9 PQ #5873 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Korporazzjonijiet/kumpanniji — Chairpersons

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma fil-preżent iċ-Chairpersons tal-korporazzjonijiet, kumpanniji, entitajiet, banek u tad-diversi bordijiet, eċċ li jiġu maħtura mill-gvern? Meta ġew maħtura u għal kemm żmien?

Response (DALLI, JOHN)

Iċ-Chairpersons tad-diversi bordijiet fid-dekasteru tiegħi huma kif ġej: Bord Chairperson Perjodu ta` Ħatra Bord ta` Diretturi Is-Sur Emanuel Ellul BA 1.10.97 - tal-Bank Ċentrali (Hons) Econ Dip Econ (Oxon) 30.09.99 Bord tal-Gvernaturi Prof Edward Scicluna MA BA 20.09.97 - taċ-Ċentru għas- (Hons) Ph D (Econ) DSS (Oxon) 19.09.99 Servizzi Finanzjarji Il-Kunsill tal-Borża Is-Sur Alfred Mallia ACIB FCIS 01.02.99 - FIMgt 31.01.2001 Bord ta` l-Accountancy Is-Sur Alfred Lupi FCCA, MIA, 01.01.99 - CPAA, BSc (Econ) 31.12.99 Kumitat tal-Kuntratti Id-Diretturi tal-Kuntratti - Permanenti Is-Sur Joseph V Spiteri Bordijiet tal-Lottu Id-Direttur tal-Lottu Pubbliku Permanenti u Lotteriji Is-Sur Alfred Muscat Bord ta` l-Appelli (VAT) Is-Sur Edgar Wadge 15.11.98 - 14.11.2001 It-Tieni Bord ta` Is-Sur Ray Vella CPAA FIA ACIB 01.01.97 - l-Appelli (VAT) 31.12.99 Tribunal Dwar it-Taxxa Dott John Vassallo LLD 09.04.98 - tas-Sisa 05.08.2000 Bord ta` Kummissarji Il-Maġistrat Dott Silvio 05.02.99 - Speċjali (Taxxa fuq Meli LLD 04.02.2000 Dokumenti u Trasferimenti) (Taxxa tal-Mewt u tad-Donazzjoni) Bord Dwar il-Logħob Dott Joseph M Ciappara BA LLD 30.04.98 - 29.04.2001 Tribunal għal Servizzi Dott Pierre Lofaro 09.02.99 - Finanjzarji 08.02.2002 Xi bordijiet li għalqilhom il-perjodu tal-ħatra u għadhom ma ġewx imġedda mhumiex inklużi hawn fuq.
Leg 9 PQ #5991 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Infiq ta' flus

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq manutenzjoni ġenerali fil-pixxina nazzjonali min Settembru 1998 sal-15 ta' Marzu, 1999? Fuq liema xogħol? Jista' l-Ministru jgħid jekk itteħditx deċiżjoni dwar min kien responsabbli għall-fatt li sena ilu kellha tingħalaq il-pixxina nazzjonali f'Tal-Qroqq minħabba tiswijiet fil-madum tal-pixxina?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn Settembru 1998 sal-15 ta' Marzu 1999, intefqu Lm16,956.75 (Lm11,491.86 infiq rikorrenti u Lm5,464.89 infiq kapitali). Dawn intefqu hekk: Infiq Rikorrenti / Manutenzjoni Ġenerali LM Tindif u Pest Control 4550.10 Manutenzjoni fuq il-lift 400.00 Waterproofing 942.72 Tagħmir għal kontra n-nirien u manutenzjoni 130.25 Spares għall-Plant Room 840.15 Manutenzjoni tal-follodlighting 815.13 Manutenzjoni ta'spectator seating 860.19 Printing, Stationery u Computer supplies 1172.19 Pjanti 400.00 Ħwejjeġ Mixxellanji oħrajn (liema infiq ma jeċċedux aktar minn Lm20 fuq kull item individwali) li jinkludu spejjeż għat-tiġdid tar-reception area u tibdil ta' kmamar f' changing rooms 1381.13 Infiq Kapitali Lanes ġodda, computerisation, partitioning ta' kmamar 5464.89 Id-deċiżjoni dwar ir-responsabbilta' tal-ħsara li kienet ġrat fil-madum tal-Pixxina għadha ma ttieħditx peress li r-rapport ta' l-istħarriġ għadhom qegħdin jiġu studjati.
Leg 9 PQ #5992 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Impjegati part-time

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-pjani biex ħaddiema li bħalissa qed jaħdmu fuq bażi part-time fil-pixxina nazzjonali jingħataw xogħol fuq bażi permanenti? Jista' jgħid kemm hemm ħaddiema li huma impjegati part-time? X'inhu x-xogħol tagħhom? X'inhi l-paga tagħhom u kemm ilhom impjegati mal-pixxina nazzjonali?

Response (GALEA, LOUIS)

Dwar l-ewwel parti nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 5870. Informat li bħalissa hemm 7 ħaddiema impjegati part-time fil-Pixxina Nazzjonali. Id-dettalji huma: Deckhands (4) Ottubru 1996 Lm1.65 fis-siegħa Novembru 1996 Lm1.65 fis-siegħa Frar 1997 Lm1.65 fis-siegħa April 1998 Lm1.65 fis-siegħa Security/Maintenance (1) April 1997 Lm1.80 fis-siegħa Cleaner (1) Novembru 1997 Lm1.60 fis-siegħa Deckhand/Reception (1) Marzu 1995 Lm1.80 fis-siegħa
Leg 9 PQ #5993 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ċina — Delegazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid min se jakkumpanja lis-Segretarju Parlamentari fid-delegazzjoni fiż-żjara li dan se jagħmel fiċ-Ċina? Kemm se tiġi tqum din iż-żjara u min se jħallas?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ż-żjara li se jagħmel is-Segretarju Parlamentari fiċ-Ċina kienet ippjanata li ssir fil-bidu ta' Settembru 1998 iżda kellha tiġi posposta minħabba li f'dak iż-żmien kien hemm l-Elezzjonijiet Ġenerali. Is-Segretarju Parlamentari se jkun akkumpanjat mid-Direttur u l-Kap tat-Taqsima Sport tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport, mill-Programme Coordinator tal-Youth Studies ta' l-Universita' ta' Malta u miċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Isport. Kull Dipartiment se jkun responsabbli għall-ħlas tal-biljetti ta' l-ajru tad-delegat rispettiv. Din iż-żjara se ssir fuq stedina tal-Gvern Ċiniż li tinkludi l-akkomodazzjoni. Is-Sinjura Mugliett se takkumpanja wkoll lid-delegazzjoni a spejjeż tagħha.
Leg 9 PQ #6004 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Stipendji

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi onorata l-wegħda elettorali li jingħataw stipendji sħaħ? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm saru laqgħat bejn il-Ministru jew uffiċjali oħrajn tal-Ministeru jew tad-Dipartiment tal-KSU u meta saru? Saru laqgħat bejn il-kumitat li twaqqaf dwar l-istipendji u l-KSU? Jekk iva, meta saru? Meta hemm il-ħsieb li jiġi ppubblikat ir-rapport dwar l-istipendji?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #6005 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Task Force tal-Gvern — Terms of reference

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5389 dwar it-Task Force tal-Gvern fuq il-privatizzazzjoni, dan ifisser li l-membri appuntati u li aċċettaw li jservu fuq din it-Task Force, m'humiex imħajrin li jixtru ishma f'entitajiet li l-gvern għoġbu jipprivatizza?

Response (DALLI, JOHN)

F`pajjiżna jeżistu liġijiet dwar `Insider Trading` u `Professional Secrecy` li japplikaw ukoll għall-membri tat-Task Force li għaliha qiegħed jirreferi l-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #5866 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Masseur

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi sejħa sabiex fil-kumpless tal-Pixxina jkun hemm masseur? Jekk iva meta, kemm kien hemm nies li applikaw, kif saret l-għażla u x'qed jiggwadanja l-kumpless mill-ħlas li qed jiġu ċċarġjati l-klijenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Jien infurmat li ma nħarġet ebda sejħa sabiex ikun hemm masseur fil-kumpless tal-Pixxina Nazzjonali.
Leg 9 PQ #5867 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Uffiċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi sejħa sabiex jibnu xi uffiċini fil-kumpless tal-Pixxina Nazzjonali? Jekk iva, meta saret din is-sejħa, kif ġie magħżul/a, jekk hemmx xi ħlas dovut u għalkemm żmien?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma kien hemm ebda sejħa sabiex jinbnew xi uffiċini fil-kumpless tal-Pixxina Nazzjonali.
Leg 9 PQ #5868 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jgħid l-isem tal-kuntrattur inkariġat mit-tindif tal-kumpless tal-Pixxina Nazzjonali? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm hu l-ħlas dovut kif ukoll jinkludi t-tender? F'każ li għal xi raġuni jew oħra dan il-kuntrattur ikun nieqes mix-xogħol, imur xi ħadd minfloku?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kuntrattur inkarigat mit-tindif tal-Pixxina Nazzjonali huwa l-Bad Boy Cleaners Co. Ltd. Dettalji dwar il-ħlas dovut kienu ingħataw fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 1775. Għad qatt ma kien il-każ li l-kuntrattur kien nieqes mix-xogħol.
Leg 9 PQ #5869 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Tender

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tender tal-Bar & Restaurant tal-Pixxina Nazzjonali? X'inhuma l-ħinijiet tal-ftuħ ta' l-għeluq u jekk hux qed jinżammu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ħinijiet tal-ftuħ tal-Bar tal-Pixxina Nazzjonali huma: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa - 08.00 - 14.00 u 16.00 - 18.00 Is-Sibt - 08.00 - 16.00 u 17.30 - 22.30 Il-Ħadd - 08.30 - 16.30 Matul ix-xhur tax-xitwa kien hemm żmien li dawn il-ħinijiet ma nżammux minħabba nuqqas ta' nies li jiffrekwentaw il-Pixxina. Fis-sajf mistenni li l-ħinijiet jerġgħu lura għan-normal. Kopja tal-kuntratt ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #5870 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-maġġoranza tal-ħaddiema fil-kumpless tal-Pixxina Nazzjonali qegħdin b'kuntratt li jiġġedded kull xahar?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħalissa qiegħda tkun studjata l-aħjar struttura ta' tmexxija għall-Pixxina Nazzjonali. Il-kuntratti definiti tal-ħaddiema għandhom ikunu studjati fid-dawl ta' dan l-eżerċizzju.
Leg 9 PQ #5871 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Science Lab Technicians — Interviews

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru l-interviews tas-Science Lab Technicians? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm applikaw u kemm hemm vakanzi?

Response (GALEA, LOUIS)

Nassumi li din id-domanda tirreferi għas-sejħa ta' l-applikazzjonijiet għal Laboratory Officers I/II (Biology) tal-5 ta' Novembru 1998. Informat li l-intervisti jsiru immedjatament meta l-Kunsill ta' l-Universita' jaħtar il-membri fuq il-Bord tas-Selezzjoni. Kien hemm disgħa applikazzjonijit u hemm tlett vakanzi.
Leg 9 PQ #5778 Sitting 79 1999-03-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Ospitalita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus bejn Ottubru 1998 u Marzu 1999 f'dak li għandu x'jaqsam ma' ospitalita' fil-kumpless tal-Pixxina Nazzjonali? Għal min saret din in-nefqa u x'kienet l-okkażjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul il-perjodu li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant intnefqu Lm706.67 f'dak li għandu x'jaqsam ma' ospitalita' fil-kumpless tal-Pixxina Nazzjonali. Din in-nefqa kienet imqassma hekk: Buffet Xmas Lunch - Lm318.92 Staff Lunch - Lm285.15 3 Lunches ma' konsulenti legali - Lm 41.60 Lunch mal-President ta' l-iSquash Association - Lm 19.30 Lunch ma' staff tal-M.E.U. - Lm 22.75 Lunch mad-Direttur taż-Żgħażagħ u Sport - Lm 18.95