Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #6525 Sitting 87 1999-05-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Chiropracters

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li għandhom liċenzja li jagħmlu xogħol ta' Chiropracters f'Malta? Ta' liema nazzjonalita' huma? Kemm minnhom għandhom permess li joperaw klinika? Jista' jgħid jekk il-klinika li ngħatat lil Chiropracter fil-Pixxina Nazzjonali hijiex bil-permess?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol ta' "Chiropractor" mhux registrabbli bħala professjoni u d-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika ma joħroġ l-ebda licenżja għall-klinika biex isir dan ix-xogħol. L-Onor. Interpellant għandu jirreferi l-ewwel żewġ mistoqsijiet lill-Ministru ta' l-Intern.
Leg 9 PQ #6565 Sitting 87 1999-05-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Impjegati

Question

Jikkonferma l-Ministru li kellu diversi talbiet f'dawn l-aħħar xhur mill-bord li jmexxi l-pixxina nazzjonali kif ukoll mill-ħaddiema part-time biex jiġu mpjegati fuq bażi aktar soda? Jista' jgħid jekk itteħditx xi deċiżjoni dwar dawn il-ħaddiema? Jekk iva, x'kienet din id-deċiżjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kuntratt tal-ħaddiema part-time li hemm fil-Pixxina Nazzjonali għadu qed jiġi mġedded fuq bażi temporanja sakemm tinstab l-aħjar soluzzjoni għall-partijiet kollha konċernati.
Leg 9 PQ #6566 Sitting 87 1999-05-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Gym

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjani tal-gvern sabiex jinfetah gym immexxi mill-MOC fil-pixxina nazzjonali? X'inhu t-tagħmir li wasal taħt il-protokoll mal-Gvern Taljan biex jintuża f'dan il-gym? Kemm huwa stmat li jiswa? Meta wasal dan l-apparat u fejn qed jinżamm? Min hu responsabbli li jieħu ħsieb dan l-apparat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-proġett tal-fitness testing laboratory illi ser ikun immexxi mill-Kumitat Olimpiku Malti fil-Kumpless tal-Pixxina Nazzjonali jinsab fi stadju avvanzat. F'dawn il-ġranet qed tiġi ppublikata tender biex jiġi rranġat il-bini li se jkun okkupat minn dan il-laboratorju. Qiegħed ukoll isir l-adjudikazzjoni ta' tender għal tagħmir kumplimentari għal tagħmir ieħor li wasal is-sena l-oħra. It-tagħmir li wasal fl-1998 taħt il-protokoll mal-Gvern Taljan huwa ntiż għal fitness testing ta' l-atleti. Dan l-apparat li jiswa madwar Lm40,000 (erbgħin elf lira), wasal fl-aħħar tas-sena l-oħra u qed jinżamm fil-laboratorju temporanju li għandu l-Kumitat Olimpiku Malti f'Tal-Qroqq. L-istess Kumitat huwa wkoll responsabbli li jieħu ħsieb dan l-apparat.
Leg 9 PQ #6065 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Sports

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inizjattivi ttieħdu fl-iskejjel sabiex iħajru lit-tfal jieħdu sehem fl-isport? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk l-edukazzjoni fiżika hux qed tingħata aktar attenzjoni fl-iskejjel tagħna?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ttieħdu diversi inizjattivi biex iħajru lit-tfal jieħdu sehem fl-isport. (i) Żdied in-numru ta' drabi meta il-P.E. peripatetic teacher iżur l-iskola. (ii) Għat-tfal ta' l-iskejjel primarji jkunu organizzati "triangular/quadriangular tournaments" fost teams minn skejjel diversi. Ikunu organizzati wkoll Regional Sports Festivals fejn għadd ta' teams minn kull skola jieħdu sehem f'diversi logħob u żfin folkoristiku. Għat-tfal ta' l-iskejjel sekondarji hu organizzat l-Olympic Youth Sports Fest bi programm ta' għoxrin sport differenti. (iii) Klabbs u Għaqdiet sportivi kif ukoll Kunsilli Lokali qed ikollhom l-opportunita` li jikkollaboraw mal-Kunsill ta' l-Iskola, ma għalliema u mal- Physical Education Section f'inizjattivi li jippromwovu l-isport. Xhieda li l-Edukazzjoni Fiżika qed tingħata aktar attenzjoni fl-iskejjel tagħna hu l-fatt li fil-bidu ta' din is-sena skolastika n-numru ta' għalliema "peripatetic" f'dan is-suġġett fl-iskejjel primarji f'Malta żdied minn ħdax għal sbatax.
Leg 9 PQ #6066 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Trainee pilots

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għall-ingaġġ ta' trainee pilots ma' l-Air Malta? Kemm kien hemm minnhom li ma kellhomx il-Malti bħala suġġett? Kemm se jintgħażlu/intgħażlu sabiex jibdew dan it-taħriġ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Wara l-aħħar sejħa, kien hemm 21 applikazzjoni għal 'trainee pilots' ma' l-Air Malta, fosthom tlieta li ma kienux jinkludu l-kwalifika tal-Malti. Wara l-ewwel interview kien hemm 14-il applikant, li bħalissa jinsabu barra minn Malta, għal 'further evaluation tests', u dawk li jgħaddu minn dawn it-testijiet ikunu jistgħu ikomplu l-kors ta' 'trainee pilot' mal-Kumpanija.
Leg 9 PQ #6067 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina nazzjonali — Uffiċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi sejħa sabiex jinkrew xi uffiċini fil-kumpless tal-pixxina nazzjonali? Jekk iva, meta saret din is-sejħa, kif ġie magħżul/a, jekk hemmx xi ħlas dovut u għal kemm żmien?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-kumpless tal-Pixxina Nazzjonali hemm diversi kmamar li ingħataw bħala uffiċini. Dan wara sejħa li dehret fil-ġurnali lokali kollha f'Marzu u April 1998. Ma kienx hemm lok li ssir għażla biex jiġi deċiż kif se jiġu allokati dawn il-kmamar peress li kull min wera interess seta' jinqeda. Dawn il-kmamar qegħdin jintużaw għal skop ta' sports, sports medicine u physiotherapy. Il-ħlas jiddependi kemm mid-daqs ta' l-istess kmamar kif ukoll minn natura ta' servizz provdut u jvarja bejn Lm200 u Lm600 fis-sena.
Leg 9 PQ #6071 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport — Youth Exchanges

Question

Jista' l-Ministru jgħid ma' liema pajjiżi saru jew se jsiru skambji ta' żgħażagħ din is-sena fil-kwadru tal-programm tal-Youth Exchanges tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-iskambji ta' żgħażagħ fil-kwadru tal-programm tal-Youth Exchanges tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport jinkludi dawn il-pajjiżi: Ġermanja Italja Ingilterra Ċipru Polonja Tuneżija Ungerija Slovakia
Leg 9 PQ #6072 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Faċilitajiet sportivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' għajnna l-Enemalta tagħti lil clubs sportivi li għandhom faċilitajiet sportivi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Korporazzjoni Enemalta aktar tikkonċentra fuq l-għaqdiet nazzjonali sportivi. Madankollu l-Korporazzjoni tgħin ukoll lil clubs sportivi permezz ta' għoti ta' apparat, bħal arbli u rifletturi, mingħajr ħlas.
Leg 9 PQ #6073 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Sports — Faċilitajiet sportivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistix inventarju tal-faċilitajiet sportivi li nsibu f'Malta u Għawdex? Jekk iva, jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-inventarju mitlub qed jiġi preżentement aġġornat. Meta jitlesta dan il-proċess inkun nista' nqiegħed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra. 03.05.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #6059 Sitting 85 1999-04-28 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ — Preżentazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-preżentazzjonijiet li saru mill-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ f'laqgħat li rappreżentanti tal-kunsill attendew fit-Turkija u f'Barċellona? Min kienu l-persuni li attendew għal dawn il-laqgħat?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ huwa Bord awtonomu u għalhekk ikun tajjeb li l-Onor. Membru jikkomunika direttament mal-kunsill.
Leg 9 PQ #6060 Sitting 85 1999-04-28 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ — Ħidma

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma wettaq il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ minn Jannar sa Marzu, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll x'kienu l-attivitajiet marbuta mal-Jum Nazzjonali taż-Żgħażagħ organizzati mill-kunsill u/jew mis-segretarjat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul il-perjodu indikat il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ * ta l-kontribut tiegħu biex ġew finalizzati l-proposti ta' diversi għaqdiet għat-tfassil tal-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ; * ħa sehem fil-'Caring Awareness Fair' billi ttella' stand dwar l-attivitajiet tal-Kunsill; * ta sehmu biex ingħata l-premju 'Għarfien Nazzjonali Żgħażagħ fis-Soċjeta`'; * ħa sehem fl-organizzazzjoni ta' l-attivitajiet għal Jum Nazzjonali taż-Żgħażagħ; * ġie organizzat 'public forum' fl-Universita` ta' Malta indirizzat mill-Membru Parlamentari Ewropew Maren Gunther; * kien hemm attendenza waqt il-konferenza stampa dwar il-Youth Specialisation Studies Scheme Credentials Committee fejn se jkollu rappreżentanza fis- selezzjonijiet; * ħa sehem fil-Laqgħa tal-Kunsill Nazzjonali tan-Nofs in-Nhar li saret Barcellona u fl-Eżekuttiv ta' l- European Youth Forum. L-attivitajiet marbuta mal-Jum Nazzjonali taż-Żgħażagħ kienu: IL-ĠIMGĦA 19 TA' MARZU - Kunċert mill-Grupp Cork Screw ġo l-Alley Bar, Paceville IS-SIBT 20 TA' MARZU - Żjara ta' kortesija lill-E.T. l-Arċisqof Ġużeppi Mercieca li tħassret minħabba luttu fil-familja ta' l-Arċisqof - Żjara ta' kortesijia lill-E.T. il-President tar-Repubblika - Diversi wirjiet minn għaqdiet ta' żgħażagħ fi Pjazza Ħelsien - Wirja ta' varjeta` mtella' minn membri tal-Corinthia Animation team fi Pjazza Assedju l-Kbir li fiha ħadu sehem diversi ġurnalisti u Membri Parlamentari - Żjara fil-Malta Free Port u San Blas - Musical 'Joseph and the Technicolor Dreamcoat' fis-Sala Ninu Cremona, Rabat, Għawdex IL-ĦADD 21 TA' MARZU - Bird watching organizzata mill-Bird Life Malta - Laqgħa ta' diskussjoni bit-tema 'Iż-Żgħażagħ fid-Dinja tal-Lum fil-Każin P.N. Tarxien indirizzata fost oħrajn mis-Segretarju Paralmentari Jesmond Mugliett u l-Onor. Carmelo Abela. Fl-okkażjoni tal-Jum Nazzjonali taż-Żgħażagħ, bosta membri tal-KNZ ħadu sehem f'diversi programmi televiżivi biex iħabbru l-attivitajiet. Dawn kienu jinkludu 'Magazin' fuq Net TV, 'Basta Mhux Weekend' u 'Fizz' fuq PBS. Il-programm 'Ċaqlaq' kien preżenti waqt l-attivitajiet tas-Sibt fil-għodu.

Kunsilli Lokali — Faċilitajiet sportivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-Gvern dwar il-faċilitajiet sportivi vis-a-vis il-kunsilli lokali?

Response (GATT, AUSTIN)

Hemm il-ħsieb li terġa titqajjem l-inizjattiva li kienet ittieħdet qabel l-1996 rigward il-faċilitajiet sportivi. Dak iż-żmien kien tħejja rapport dettaljat dwar il-faċilitajiet sportivi li jeżistu fil-pajjiż. Dan ir-Rapport kien jidentifika, fost affarijiet oħra, dawk il-faċilitajiet sportivi li jinsabu ġewwa l-iskejjel kif ukoll dawk il-faċilitajiet li qed jitmexxew minn xi għaqdiet sportivi. Hemm il-ħsieb li tiġi stabbilita `policy` dwar ko-operazzjoni mill-qrib bejn Kunsilli Lokali u skejjel għal-użu ta` dawn il-faċilitajiet sportivi fl-iskejjel kif ukoll il-possibilta` ta` tkabbir ta` dawn il-faċilitajiet.
Leg 9 PQ #6062 Sitting 85 1999-04-28 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Korsa tat-tiġrijiet taż-żwiemel

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-korsa l-qadima fejn kienu jsiru t-tiġrijiet taż-żwiemel fil-Marsa ġietx mikrija lil xi ħadd? Jekk iva, lil min, kemm hu l-ħlas tal-kirja u min ta l-awtorita' sabiex proprjeta' tal-gvern tiġi mikrija?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-korsa l-qadima ġiet mikrija lill-Kumpanija C & L Co Ltd (f'isem il-Gladiators) għall-perjodu ta' bejn 9 u 12-il ġimgħa bir-rata ta' Lm800 fil-ġimgħa. Din l-art tinsab mikrija lill-Kumitat tal-Malta Racing Club li għandu dritt jiddisponi minnha kif jidhirlu l-aħjar.
Leg 9 PQ #6063 Sitting 85 1999-04-28 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Ambjent

Tigne' — Assoċjazzjoni Sportiva

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li qed jitkellmu f'isem l-assoċjazzjoni sportiva, Tigne'? Jista' l-Minisru jgħid ukoll min huma l-għaqdiet membri ta' l-istess assoċjazzjoni u min huma dawk l-għaqdiet li jużaw xi premises ġewwa Tigne'?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-Assoċjazzjoni Sportiva Tigne' hija rappreżentata mill-President tagħha, il-Perit Charles Cassar u s-Segretarju, s-Sur Joe Sultana. Madankollu fil-laqgħat li jiena kelli ma' l-Assoċjazzjoni kienu nvoluti membri oħra skond id-diskrezzjoni tal-Kumitat. L-Assoċjazzjoni għaddiet lista ta' tletin 'club' jew għaqda li jagħmlu użu mill-premises eżistenti li huma: 1. The Tropical Fish Breeders Association 2. The Bird Breeders Association 3. The Army and Military Association 4. The Cooks and Chefs Association 5. The Weight Lifting Association 6. The Kung Fu Association 7. The Te Kwan Do Association 8. Sliema Wanderers Football Club 9. Tigne' Association 10. Sliema Football Nursery 11. Sliema Youths Association 12. Olympic Hall 13. Floor Dancing Club 14. Judo Club 15. Keep Fit Club 16. Għaqda Ġurnalisti 17. Motor Club 18. Round Table 3 19. Rowing Club 20. Yoga Club 21. Diving Club 22. Drama Group 23. Exhibition Hall 24. Stompers Rugby Team 25. Motorcycle Club 26. Phoenician Rugby Team 27. Overseas Rugby Team 28. Racoon Ladies Football Team 29. AST Football Team 30. Swimming Club.
Leg 9 PQ #6064 Sitting 85 1999-04-28 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport — Haddiema

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown skond il-kategorija tan-nies li hemm jaħdmu fid-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-nies li jaħdmu fid-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport huma klassifikati kif se nsemmi: Education Officer - 1 (b'kuntratt ta' Direttur) Principal Officer - 1 Administrative Assistant - 2 Executive Officer - 5 Clerk - 5 Sports Officer II - 3 Sports Officer I - 2 Senior Postman - 1 Postman - 1 Security Guard - 1 Police Constable - 1 Technical Officer - 1 Assistant Technical Officer - 3 Senior Tradesman - 4 Supervisor - 3 General Hand - 21 Operatives - 8 Senior Operatives - 3 Gardener - 1 Time Keeper - 1 Casuals - 2 Impressed Driver - 1
Leg 9 PQ #6053 Sitting 84 1999-04-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Item 4185

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus taħt l-Item 4185 sa l-aħħar ta' Frar u fiex intnefqu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li sa l-aħħar ta' Frar intnefqu Lm10,892 mill-Item 4185 - Programmes and Initiatives tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport. Din in-nefqa kienet tinkludi għotjiet lil Assoċjazzjonijiet taż-Żgħażagħ u spejjeż oħra biex jiġu organizzati attivitajiet taż-żgħażagħ bħal ħarġiet kulturali u Youth Exchanges.
Leg 9 PQ #6054 Sitting 84 1999-04-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Vot kapital Nru. 13

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus sa l-aħħar ta' Frar mill-Vot kapitali numru 13 u fiex intnefqu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li sal-perjodu li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant ma saret ebda nefqa mill-Vot Kapitali Numru 13.
Leg 9 PQ #6055 Sitting 84 1999-04-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Item 4349

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-Item 4349 sa l-aħħar ta' Frar u fiex intnefqu?

Response (GALEA, LOUIS)

Sa l-aħħar ta' Frar 1999 għadhom ma ntefqux flus mill-Item 4349 - E.U. Programmes.
Leg 9 PQ #6056 Sitting 84 1999-04-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Item 60

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus taħt Item 60 sa l-aħħar ta' Frar u fiex intnefqu?

Response (GALEA, LOUIS)

Inforamt li sa l-aħħar ta' Frar 1999 intnefqu Lm2116 mill-Item 60 tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport. Dawn l-ispejjeż saru minħabba t-trasferiment tad-Dipartiment mill-Belt għall-Furjana u kienu jinkludu bini ta' partitions ġodda, xiri ta' għamara u alterazzjoni fis-sistema tad-dawl. Mill-Item 60 tas-Segretarjat Parlamentari għadu ma ntnefaq xejn.
Leg 9 PQ #6057 Sitting 84 1999-04-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Item 4178

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-Item 4178 sa l-aħħar ta' Frar u fiex intnefqu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li sa l-aħħar ta' Frar 1999 in-nefqa mill-Item 4178 tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport kienet tammonta għal Lm62,186. Din kienet tinkludi għotja lill-Kumitat Olimpiku Malti u diversi għotjiet oħra lil Għaqdiet Sprotivi bħala għajnuna għal organizazzjoni ta' attivitajiet u parteċipazzjoni f'attivitajiet sportivi kif ukoll għal kostruzzjoni jew titjib ta' faċilitajiet eżistenti.