B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6034, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' ittra li ntbagħtet lill-kumpanniji msemmija mill-organizzaturi taż-żjara tal-Juventus u kopja minn quddiem u minn wara taċ-ċekkjiet li nħarġu?
B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6061, jista' l-Ministru jpoġġi kopja tar-rapport li qed jagħmel referenza għalih? Jista' l-Ministrui jgħid ukoll x'kienet l-inizjattiva li kienet ittieħdet qabel l-1996 rigward il-faċilitajiet sportivi?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra ir-rapport mitlub.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija l-inizjattiva li kienet ittiehdet tohrog ukoll mit-twegiba li nhgatat ghall-mistoqsija parlamentari numru 6061.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern preżenti hux beħsiebu li jkompli bil-politika tal-Gvern Laburista, dik li jagħti lill-għaqdiet sportivi u volontarji l-faċilitajiet rispettivi li jkunu qed jagħmlu użu minnhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Gvern, permezz tal-Kunsill Malti għall-Isport, għaddej b'ħidma biex fejn hu possibbli faċilitajiet sportivi jiġu trasferiti lill-Għaqdiet Sportivi u klabbs li qed jagħmlu użu minnhom wara li tkun saret xi talba f'dak is-sens. Il-Kunsill Malti għall-Isport ikollu diversi laqgħat ma' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar u mad-Dipartiment ta' l-Artijiet dwar dawn it-talbiet. Meta ma jkunx hemm oġġezzjonijiet dawn it-trasferimenti għandhom jiġu ppreżentati f'Riżoluzzjoni quddiem il-Parlament.
Is-Segretarjat Parlamentari għaddej ukoll b'ħidma u laqgħat ma' diversi għaqdiet volontarji li jixtiequ jieħdu t-titolu legali tal-faċilitajiet li qed jagħmlu użu minnhom.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex matul ix-xhur tas-sajf Skolasport mhux se torganizza taħriġ ta' l-għawm fil-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq? Kemm se jiġi jiswa lid-Dipartiment ta' l-Isport l-użu tal-faċilitajiet tal-klabbs tal-waterpolo tas-Sirens, Sliema u Wied il-Għajn? Ma jaħsibx il-Ministru li meta l-gvern diġa' għandu Pixxina tiegħu fejn dan l-isport jista' jiġi pprattikat tkun ħaġa naturali li tiġi wżata mill-gvern stess?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-deċiżjoni li jiġi organizzat it-taħriġ ta' Skolasport fis-sajf fil-pitches tas-Sirens, Sliema u Wied il-Għajn ittieħdet wara diskussjonijiet ma' l-assoċjazzjoni nazzjonali, l-Aquatic Sports Association. B'hekk jistgħu jintlaħqu u jiġu akkomodati l-akbar numru ta' tfal minn kull naħa ta' Malta.
Dawn il-faċilitajiet se jiġu provduti bla ebda ħlas. Sar ukoll ftehim mal-Clubs li jipprovdu l-coaches tagħhom u li dawn jitħallsu bir-rata normali ta' Lm5.10 kull sessjoni ta' sagħtejn u nofs.
Tajjeb wieħed isemmi li fix-xhur tas-sajf ikun hemm attivita` kontinwa fil-Pixxina Nazzjonali u ma jkunx possibbli li jsir dan it-taħriġ. Barra minn hekk tiġi wżata l-Pixxina Nazzjonali, Skolasport xorta trid tħallas lill-Management tal-Pixxina bħal ma jsir matul ix-xhur tax-xitwa.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji u l-istħarriġ li saru dwar il-bini ta' tlett faċilitajiet sportivi li l-Partit Nazzjonalista wiegħed fil-manifest elettorali tiegħu?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li lanqas jien għad ma kelli ħin naqra u nevalwa r-rapport, nikkonsidra t-talba ta' l-Onor. Membru fi stadju ulterjuri.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'tagħmir sportiv fl-iskejjel minn mindu din saret parti mill-amministrazzjoni normali ta' l-iskola?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li minn mindu n-nefqa ta' flus f'tagħmir sportiv saret parti mill-amministrazzjoni normali ta' l-iskola, id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni m'hiex qed iżżomm elenku dettaljat tal-kategoriji ta' apparat li jkun inxtara (apparat hux sportiv jew natura oħra.) Għalhekk, mhux possibli li din l-informazzjoni tingħata.
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema bażi ġew magħżula l-membri tal-bord Sport for All? X'esperjenza għandhom f'dan is-suġġett is-sinjuri maħtura f'dan il-bord?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-membri tal-bord Sport for All ġew magħżula minħabba l-esperjenza jew il-kwalifiki li għandhom f'dan il-qasam. Il-membri huma dawn:
Dr H. Messina Ferrante (Chairman) -
Kien fuq Kumitat Sport for All qabel l-1996
Ex membru ta' l-Eżekuttiv MFA fejn beda football għan-nisa
Is-Sur Tony Debono (Viċi Chairman) -
Kien fuq Kumitat Sport for All qabel l-1996
Jorganizza attivitajiet sportivi in konnessjoni mal-President's Cup
Membru - Malta Football Team Supporters Club
Is-Sur Daniel Buhagiar -
Ġurnalista Sportiv u għalliem tal-PE
Is-Sur Joseph Urpani -
Ex footballer - Valletta Football Club
Is-Sur Mark Farrugia -
Għalliem tal-PE u diriġent f'diversi għaqdiet ta' l-Atletika
Is-Sur Envic Glea -
President tal-Malta Judo Federation
Viċi President tal-European Judo Union u Chairman tal-Medical Commission u Youth Commission ta' l-istess Union
President tal-Malta Association for the Promotion of Popular Sports
Ms Mariella Piscopo -
Tieħu ħsieb nursery tal-basketball
Ms G van Vuuren Cassar -
Esperta akkademika fl-isport (Ph D minn Victoria University, Manchester)
Fil-passat kienet membru fuq diversi bordijiet ta' l-isport
Ms Tanya Zahra -
Għandha diploma fil-Public Administration - it-teżi finali tagħha hija dwar promozzjoni ta' kultura sportiva fl-iskejjel.
Impjegata fid-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport
Is-Sur John Farruga (Segretarju) -
Membru fil-Kumitat tar-Rabat de Piro Sports Club.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-linji ta' gwida li l-Bord ta' Sport for All se jimxi fuqhom, kif ukoll l-abbozz li ħejja l-istess bord?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li għadu ma tħejja ebda abbozz mill-Bord Sport for All imma żewġ membri tiegħu għamlu rapporti preliminari sabiex iservu ta' bażi għall-abbozz finali. Hekk kif dan l-abbozz jitlesta għandu jingħata l-pubbliċita` xierqa sabiex issir diskussjoni wiesgħa fuqu.
Il-linji ta' gwida li se jimxi fuqhom il-Bord ser jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Politika Soċjali — Customer care section
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min kuma n-nies li jaħdmu fil-customer care section tal-Ministeru u xi gradi għandhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Membru għall-informazzjoni li kont tajt fit-Tweġibiet għall-Mistoqsijiet Nru. 3451 u 5840.
Bl-eċċezzjoni ta' xi mpjegati li xogħolhom huwa biss ta' natura klerikali jew amministrattiva jew ta' sewqan, il-membri l-oħra tas-Segretarjat Privat tiegħi jkollhom kuntatt mal-pubbliku kif meħtieġ u għalhekk tista' tgħid li, fil-maġġoranza tagħhom, jipprovdu servizz ta' 'customer care'.
5.5.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm bdiewa full-time u part-time reġistrati li joqogħdu fit-Tielet Distrett Elettorali? Jista' jagħti din l-informazzjoni post post?
Response (ZAMMIT, NINU)
In-numru ta' bdiewa full-time u part-time reġistrati mal-Korporazzjoni tax-xogħol u taħriġ u li joqgħodu fit-Tielet Distrett Elettorali huwa kif ġej:
Lokalita' Full-Time Part-Time
Żabbar 72 749
Żejtun 85 895
Marsascala 15 100
L-informazzjoni tal-full-time farmers ġiet miġbura mill-E.T.C., filwaqt l-informazzjoni tal-part-time farmers ġiet mogħtija skond iċ-ċensiment tal-Agrikoltura - 1990 - 1991.
Jista' l-Ministru jgħid kemm irċevew rapporti jew ilmenti l-pulizija jew l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar Triq id-Dulliegħ fiż-Żejtun? X'tip ta' ilmenti kienu u x'passi ttieħdu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-uniku lment li kellha l-Pulizija dwar it-triq li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant kien jirrigwarda żewġ vetturi mitluqin f'din l-istess triq. Il-Pulizija ħadet il-passi meħtieġa u dawn il-vetturi tneħħew.
Għar-rigward ta' ilmenti li saru lill-Awtorita` ta' l-Ippjanar, ninsab infurmat li l-Awtorita` irċeviet żewġ rapporti.
Fl-1994, l-Awtorita` ħadet azzjoni dwar biċċa art li kienet inbidlet f'sit biex jinżamm żiemel. Wara din l-azzjoni, iż-żiemel tneħħa. Hemm Enforcement Notice li għadu pendenti fir-rigward taċ-ċint u r-ramel li tqiegħed fuq is-sit.
Riċentament wasal rapport mill-Kunsill Lokali tal-lokal dwar l-istess sit, liema rapport kien jinplika u fil-fatt irriżulta` li s-sit in kwistjoni qiegħed jintuża biex jinżammu xi magni wżati fuqha. Is-sid ġie ordnat li jnaddaf is-sit billi nħareġ Enforcement Notice. L-Awtorita` qed issegwi dan l-avviż u tittieħed azzjoni skond il-liġi jekk is-sid jonqos li jesegwixxi l-ordni maħruġa mill-Awtorita`.
05.05.99 (p.m.)
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw postijiet tal-housing minn Settembru s'issa? Taħt liema kategorija u minn liema lokalita' huma l-applikanti li ngħataw post?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
5.5.99
Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' — Hearing aids
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' jbiegħux batteries għall-hearing aids? Jekk iva, il-prezz huwa sussidjat mill-gvern? Is-sussidju fuqhom għadu kif kien jew naqas? Hemm-il ħsieb li l-gvern ma jibqax jissussidjahom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
a) Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' ma tbiegħx batteriji tal-'hearing aids' imma l-Kummissjoni għandha aranġament mal-Gozo Association for the Deaf biex dawn ibiegħu batteriji tal-hearing aids bi prezz irħis.
b) Il-prezz mhux issussidjat mill-Gvern, biss dawn il-batteriji huma eżentati mid-dazju.
c) Peress li m'hemmx sussidju t-tielet u r-raba' mistoqsijiet m'humiex applikabbli.
d) Fil-preżent għaddejjin diskussjonijiet bejn din l-Għaqda u l-Kummissjoni kif dan is-servizz jista' jitkompla bl-aħjar mod possibbli.
5.5.99
Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma qed iwettaq il-gvern fir-rigward taż-żewġ tarznari tagħna sabiex flimkien mal-ħidma li qed iwettqu l-management rispettivi jinstab aktar xogħol għall-futur?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-amministrazzjoni preżenti hija mpenjata bi sħiħ biex it-tarznari tagħna jiksbu ordnijiet ta' xogħol. FIl-laqgħat li jkollhom ma' uffiċjali ta' gvernijiet u azjendi barranin, diversi uffiċjali tal-Gvern Malti, jieħdu l-opportunita' biex iħajjru lil dawn il-barranin jinqdew bis-servizzi li joffru t-tarznari tagħna.
Jista' l-Ministru jgħid min qiegħed jagħmel ix-xogħol ta' PRO fil-Ministeru tiegħu? Meta ġie appuntat? X'inhu s-salarju tiegħu? Din il-persuna ddaħħlet b'kuntratt u għal kemm żmien?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-istruttura tas-segretarjati tal-Ministeri ma teżistix kariga ta' 'Public Relations Officer'. Għalhekk qed nippreżumi li l-Onor Membru qed jirreferi għal post ta' 'Communications Co-ordinator' fis-Segretarjat tiegħi.
Is-Sur Silvio Zammit ġie magħżul biex jaqdi d-dmirijiet ta' din il-kariga. Ilu jippresta s-servizzi tiegħu sa mill-5 ta' Frar 1999 u dan għalkemm il-kuntratt tiegħu għadu ma ġiex iffirmat. Meta u jekk dan jiġi ffirmat, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u r-remunerazzjoni jkunu bħal dawk ta' 'Communications Co-ordinators' f'Ministeri oħra skond l-iskeda stabbilita.
S'issa s-Sur Zammit ma rċeva l-ebda ħlas għas-servizz li ta.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx sottomessi xi pjanijiet lill-gvern minn Settembru, 1998 'il hawn biex il-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq ma tibqax tuża kwantita' kbira ta' pitrolju u xorta tibqa' msaħħna? Jista' jagħti informazzjoni dwar dawn il-pjani, bħal ngħidu aħna, x'kienu, min għamel is-sottomissjonijiet u kemm jiġu ffrankati flus? Jekk saru sottomissjonijiet, il-gvern aċċetta xi waħda mill-proposti li saru?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li kien hemm dieversi diskussjonijiet bil-għan li jinstab l-aħjar mod kif il-Bord Amministrattiv tal-Pixxina Nazzjonali jkun jista' jekonomizza fuq il-ħlasijiet tal-fuel mingħajr ma jiġi mnaqqas is-servizz li dejjem ġie provdut speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mat-temperatura kostanti ta' l-ilma. Possibilita' li ġiet mistħarrġa hija dik li tiġi nstallata sistema ta' solar heating. Madankollu, n-nefqa biex dan il-proġett jitwettaq hija kbira u għalissa ma jistax jiġi kkunsidrat. Sadanittant ġie ppreparat rapport intitolat The Effectiveness of an Energy Conservation for a Heated Outdoor Pool mis-Sur Paul Vassallo. Dan ir-rapport għadu qed jiġi analizzat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat ta' l-għawm taħt l-iskema Skola Sport minn Jannar li għadda sa dan ix-xahar fil-Pixxina Nazzjonali u fir-Razzett tal-Ħbiberija? Kemm attendew tfal f'kull Sibt li sar it-taħriġ? Kemm kienu l-għalliema preżenti f'kull laqgħa? Jista' jgħid ukoll minn meta bdiet l-Iskola Sport ta' l-għawm, kemm saru ħlasijiet lill-Pixxina Nazzjonali u lir-Razzett tal-Ħbiberija f'kull każ? Jista' jagħti l-figuri xahar b'xahar?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-bord li jmexxu l-Programm Sport for All? Jista' l-Ministru jgħid ukoll xi pjanijiet għandu l-gvern biex dan il-programm jitħaddem?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Bord ta' Sport for All tlaqqa' għall-ewwel darba nhar il-Ħamis 15 ta' April 1999. Il-membri huma:
Chairman - Dr H. Messina Ferrante
Viċi-Chairman - Is-Sur Tony Debono
Membri - Is-Sur Daniel Buagiar
Is-Sur Joseph Urpani
Is-Sur Mark Farrugia
Is-Sur Envic Galea
Ms Mariella Piscopo
Ms G. van Vuuren Cassar
Ms Tanya Zahra
Segretarju - Is-Sur John Farrugia
S'issa tlesta abbozz ta' politika li fuqha jista' jimxi dan il-Bord. L-ewwel xogħol tal-Bord huwa li jlesti policy document fuq Sport for All u jniedi diskussjoni wiesgħa fuqu. Wara jgħaddi biex ifassal programm ta' attivitajiet sabiex jimplementa din il-politika fuq il-livelli differenti.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-ħin allokat għall-edukazzjoni fiżika u għall-isport in ġenerali, kif ukoll it-tagħmir u l-faċilitajiet sportivi, jiżdiedu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li hemm il-ħsieb li 'l quddiem l-Edukazzjoni Fiżika minbarra li tibqa' bil-ħin ta' "core subject" tkun ukoll offruta lill-istudenti bħala suġġett "option". B'dan il-mod il-lezzjonijiet ta' l-Edukazzjoni Fiżika jiżdied għal erbgħa fil-Forms 3, 4 u 5 tal-Junior Lyceum u għal ħamsa fil-Forms 4 u 5 ta' l-Area Secondary School.
Iż-żieda fit-tagħmir sportiv fl-iskejjel hija parti mill-amministrazzjoni normali ta' l-iskola.
Dwar iż-żieda tal-faċilitajiet sportivi l-programm elettorali tal-gvern iwiegħed il-bini ta' tliet Kumplessi Sportivi u dwar dan ġa qegħdin isiru studji u stħarriġ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti universitarji ntitolati u attwalment jieħdu l-istipendju? Jista' jgħid, xahar b'xahar minn Ottubru, 1998, sal-lum, kemm tħallsu flus fi stipendji?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-preżent, hemm 4026 student li qed jirċievu stipendju mill-Universita' ta' Malta.
L-ammonti li tħallsu fi stipendji minn Ottubru 1998 'l hawn huma kif ġej:
Ottubru 1998: Lm325060.24
Novembru 1998: Lm435740.98
Diċembru 1998: Lm481862.45
Jannar 1999: Lm383937.36
Frar 1999: Lm384770.99
Marzu 1999: Lm385228.17