Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #7478 Sitting 116 1999-06-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar — Għawwiema Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-direttur ta' l-Isport tal-Kumitat Olimpiku Malti għandux id-dritt jhedded li ma jingħatawx aktar fondi lill-għawwiema Maltin wara r-riżultati fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar? Meta l-gvern jalloka somma ta' flus konsiderevoli għal dan il-għan? Jista' l-Ministru jassigura li l-għawwiema kollha Maltin fil-fatt laħqu l-livell mitlub qabel ma marru għal dan il-logħob? Il-kwalifikazzjoni intlaħqu waqt xi kompetizzjoni? Mill-atleti fi sport ieħor, dawn kollha laħqu l-kwalifikazzjoni rikjesta? X'kontroll isir mill-Kumitat Olimpiku Malti waqt li jkunu qed isiru l-preparamenti ta' l-għaqdiet sportivi ndividwali?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kumitat Olimpiku Malti jista' jżomm biss dik il-parti tal-fondi fid-dispożizzjoni tiegħu li jiġu minn sorsi oħra barra dawk mogħtija mill-Gvern. Mhuwiex il-ħsieb li l-Gvern jaqta' xi fondi lil xi sport partikolari. Madankollu l-fondi mgħoddija mill-Gvern għandhom ikunu marbuta ma kundizzjonijiet u strateġija li jiżguraw li jintlaħqu l-miri stabbiliti. Il-Kumitat Olimpiku Malti huwa responsabbli li joħroġ l-istandards ta' kwalifiki, li jiżgura livelli tajba u li l-atleti magħżula jkunu laħqu l-istandards li jogħorġu minn dawn il-kriterji.
Leg 9 PQ #7479 Sitting 116 1999-06-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Qlugħ ta' madum

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mir-rapport li kienu għamlu l-periti dwar il-qlugħ ta' madum fil-Pixxina Nazzjonali ftit aktar minn sena ilu? Ittieħdet xi deċiżjoni dwar ta' min kien it-tort li saret il-ħsara?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #7328 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Faċilitajiet sportivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'talbiet pendenti għandu l-Ministeru minn kunsilli lokali/għaqdiet u individwi biex faċilitajiet sportivi li hemm fl-iskejjel ta' l-Istat ikunu jistgħu jintużaw wara l-ħinijiet ta' l-iskola? Bħalissa liema huma dawk il-kunsilli lokali/għaqdiet u individwi li qegħdin jużaw dawn il-faċilitajiet? Dan isir bi ħlas u b'liema xorta ta' ftehim?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #7338 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Zejtun — Triq id-Dulliegħ

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 6612, jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar sabiex ma jibqax jiġi injorat l-enforcement notice li ħarġet l-istess Awtorita'?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, kif diġa` għidt fit-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 6612, wara l-azzjoni ta' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar, iż-żiemel kien tneħħa u s-sid kien ikkommetta ruħu li jneħħi l-magni li fil-fatt tneħħew. L-iscrap li baqa` ser jitneħħa fil-ġranet li ġejjin. Ninsab infurmat ukoll li aktar l-isfel fl-istess triq, l-Awtorita` ta' l-Ippjanar skopriet li fuq sit ieħor qed jinżamm trakk abbandunat b'xi scrap fuq. Inħarġet notice biex, is-sid ta' dan is-sit li għadu mhux magħruf, inaddaf l-istess sit. Fin-nuqqas ta' dan l-Awtorita` tieħu l-passi kif indikat fl-Att I ta' l-1992 dwar l-Ippjanar. 31.05.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #7340 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għaqdiet Sportivi u volontarji — Faċilitajiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6714, jista' l-Ministru jgħid min huma dawk l-għaqdiet volontarji li qed ikollhom laqgħat mas-segretarju parlamentari minħabba li wrew interess li jkollhom titolu legali tal-faċilitajiet li jagħmlu użu minnhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għaqdiet volontarji li wrew interess li jkollhom titolu legali tal-faċilitajiet li jagħmlu użu minnhom u li qed ikollhom laqgħat mas-Segretarjat Parlamentari huma: Scouts Association 1st B'Kara Scout Group 18th M'Scala Unit - Girl Guides 31st Mosta Girl Guides Southern District Boy Scouts Malta Aviation Museum Foundation Motor Museum Malta
Leg 9 PQ #7364 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Imwiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm imwiet fl-Isptar Monte Carmeli u x'kienet il-kawża tagħhom matul din is-sena? Jista' jagħti din l-informazzjoni xahar b'xahar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Matul is-sena 1999 kien hemm 20 imwiet fl-Isptar Monte Carmeli li kienu mqassmin kif ġej:- XAHAR KAWŻA TAL-MEWT _________________________ Jannar Pulmonary oedema & diabetic mellitus " Broncho pneumonia " Vascular collapse & ischaemic heart disease Frar Massive myocardial infart & ischaemic heart disease " Hupertensive heart disease " Hypovolaemic shock, multiple injuries (fall from height) " Cardiac arrest and chest infection. Marzu Severe broncho pneumonia, chest infection " Chest infection & Ca. bladder, congestive cardiac failure. " Cardio respiratory failure, septicaemia. " Cardio respiratory failure, pneumonia. " Chest infection, congestive cardiac failure " Cardio respiratory failure, chest infection " Huntington's chorea. April Huntington's chorea, cardio respiratory failure. " Pneumonia. " Chest infection, pneumatocoele " Cardio respiratory failure. Mejju Heart failure, epilepsy " Cardio respiratory failure, chest infection " Cardiac failure, pulmonary oedima.

Servizzi soċjali — Servizz ta' handyman

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm anzjani mit-Tielet Distrett elettorali f'dawn l-aħħar erba' snin sal-lum għamlu użu mis-servizz tal-handyman?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' anzjani mit-Tielet Distrett elettorali li għamlu użu mis-servizz tal-Handyman f'dawn l-aħħar erba' snin, huwa skond it-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 31.5.99
Leg 9 PQ #7323 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina nazzjonali — Ħaddiema

Question

Nirriferi lill-Ministru għal dak li ġie kkwotat li qal is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħu fil-gazzetta "The Times" ta' ftit ġranet ilu fejn intqal li l-ħaddiema tal-Pixxina Nazzjonali se jingħataw kuntratt ta' xogħol full-time għal sitt xhur, jista' l-Ministru jgħid jekk dan hux se jseħħ minnufih? X'se jkunu l-kondizzjonijiet ta' xogħol għal dawn il-ħaddiema matul dawn is-sitt xhur?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li diġa` bdew il-proċeduri biex il-ħaddiema tal-Pixxina Nazzjonali jingħataw kuntratt ta' xogħol ġdid li jiġi mġedded għal sitt xhur. Il-kundizzjonijiet tax-xogħol se jibqgħu l-istess bħal dawk tal-kuntratti li kienu ġew iffirmati f'April u Mejju 1998.
Leg 9 PQ #7324 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Edukazzjoni Fiżika

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjan biex għas-sena skolastika li jmiss jiżdiedu l-lezzjonijiet ta' l-edukazzjoni fiżika fl-iskejjel ta' l-Istat? Bħalissa kemm hemm lezzjonijiet fil-ġimgħa tal-PE fl-iskejjel primarji u sekondarji? X'qed isir mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni biex għalliema u ġenituri l-aktar ta' l-iskejjel primarji jiġu konvinti mill-importanza ta' l-isports fil-ħajja tat-tfal tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li i-Timetable ta' l-iskola primarja tipprovdi għal sagħtejn u nofs fil-ġimgħa għall-Edukazzjoni Fiżika li jitqassam skond l-esiġenzi u l-faċilitajiet fl-iskola. Il-lezzjonijiet ta' l-Edukazzjoni Fiżika fil-ġimgħa fl-iskola Sekondarja huma, tnejn fil-Forms, I,II,III u waħda fil-Forms IV u V. Il-lezzjonijiet ta' l-Edukazzjoni Fiżika fil-Junior Lyceum huma tnejn fil-Form I u II u waħda fil-Form III, IV u V. In-numru ta' lezzjonijiet ta' l-E.F. fl-iskejjel qiegħed jingħata konsiderazzjoni fil-proposti tal-kurrikulu nazzjonali li qiegħed jitħejja u hu relatat mal-ħin allokat għal suġġetti oħra. Qegħdin jitfassslu pjanijiet biex il-quddiem l-E.F. minbarra li tibqa' bil-ħin ta' "core subject" tkun ukoll offruta bħala suġġett "Option". B'dan il-mod il-lezzjonijiet tal-E.F. jiżdiedu għal erbgħa fil-Forms 3, 4 u 5 tal-Junior Lyceum u għal ħamsa fil-Forms 4 u 5 ta' l-Area Secondary Schools. L-għalliema, fil-maġġoranza kbira tagħhom huma konvinti mill-ħtieġa ta' l-isports fil-ħajja tat-tfal, iżda x'uħud fil-primarji minħabba diversi ċirkostanzi, fosthom ħin u spazju, mhux dejjem jagħtu l-importanza xierqa lill-isport edukattiv. Ħafna skejjel jistiednu lill-ġenituri biex jipparteċipaw fl-organizzazzjoni ta' attivitajiet sportivi ġewwa u barra l-iskola.
Leg 9 PQ #7325 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Edukazzjoni Fiżika

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' għalliema ta' l-Edukazzjoni Fiżika fl-iskejjel ta' l-Istat? Kemm minnhom huma nisa? Kif inhuma mqassma fi skejjel primarji, sekondarji, eċċ? Kemm minnhom huma għalliema li jridu jieħdu ħsieb aktar minn skola waħda? Dawn jingħataw xi allowance speċjali biex imorru minn skola għal oħra?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #7326 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Edukazzjoni Fiżika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li bħalissa qegħdin jagħmlu l-kors ta' l-Edukazzjoni Fiżika fl-Universita'? Jista' jagħti figuri f'liema sena qegħdin? Kemm hemm għalliema li ggradwaw bħala għalliema ta' l-Edukazzjoni Fiżika iżda bħalissa m'humiex qegħdin jagħmlu dan ix-xogħol? Jista' jgħid allura x'inhu x-xogħol tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti li qegħdin jagħmlu l-kors ta' l-Edukazzjoni Fiżika fl-Universita` huwa dan: Bachelor of Education (Hons) Sena tal-Kors Rġiel Nisa Total L-ewwel 16 11 27 It-tieni 13 6 19 It-tielet 12 4 16 Ir-raba' 9 6 15 Informat li t-tagħrif mitlub fl-aħħar żewġ mistoqsijiet ma jinżammx miġbur.
Leg 9 PQ #7327 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif beħsiebu juża l-kunsilli lokali biex ixerred l-idea li l-isport huwa tajjeb għas-saħħa tal-bniedem? X'għajnuna beħsiebu jagħti, permezz tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, biex dan il-għan jintlaħaq?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għan prinċipali tal-Kumitat Sport for All li ġie mwaqqaf dan l-aħħar huwa li jara li l-faċilitajiet eżistenti fil-lokalitajiet kollha jkunu aċċessibbli għal kull settur tas-soċjeta` tagħna u li flimkien mal-Kunsilli Lokali jiġu organizzati attivitajiet sportivi. Qiegħed ikun studjat il-mod kif jingħataw għajnuniet sabiex b'kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Isport jibda jidħol il-kunċett ta' Sport Development fil-komunita`. B'hekk tibda tingħata dik l-ispinta tant meħtieġa biex l-impenn fl-isport jitwassal ukoll f'dawk l-oqsma tas-soċjeta` li l-anqas għandhom opportunitajiet f'dan ir-rigward. Il-faċilitajiet fl-iskejjel jistgħu jintużaw għall-attivitajiet sportivi mill-komunita` filgħaxijiet wara l-ħin normali ta' l-iskola u fil-vaganzi. Dan jista' jsir billi tinħoloq kollaborazzjoni bejn il-Kunsill Lokali u l-Kunsill ta' l-Iskola.
Leg 9 PQ #6792 Sitting 94 1999-05-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Chiropracters

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx chiropracters jaħdmu fil-Pixxina Nazzjonali? Min ta l-permess sabiex tinfetaħ din il-klinika u meta?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-Pixxina Nazzjonali hemm chiropractor li kienet iffirmat kuntratt mal-Board tal-Pixxina fit-30 ta' Marzu 1999. L-ispazju li qed tokkupa ġie allokat lilha kif spjegat fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 6067.
Leg 9 PQ #6793 Sitting 94 1999-05-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Liċenzja ta' chiropracters

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li għandhom liċenzja li jagħmlu xogħol ta' Chiropracters f'Malta? Ta' liema nazzjonalita' huma?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi m'hawnx persuni li għandhom liċenzja tal-Pulizija sabiex jagħmlu xogħol ta' Chiropractors. 11.05.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #6794 Sitting 94 1999-05-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Item 4185

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6053, jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kif intnefqu l-flus imsemmija u lil min ingħataw?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-flus taħt l-Item 4185 tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport intnefqu kif se nsemmi: LM Le Meridien Phoenicia (Ħlas għall-akkomodazzjoni) 1799.70 Uffiċċju Parrokjali Bormla 100 Members in Christion Rights Organisation 200 Third World Group 300 Seminarju Qalb ta' Ġesu` 250 Malta Canoe Club 300 Mosta Youth Theatre 250 Moviment Era Ġdida 150 AIESEC 150 Tonio Bonello 300 Żgħażagħ Azzjoni Kattolika 300 ECO 150 Żgħażagħ għal Dinja Magħquda 250 SACES 250 Antonio Depasquale 100 Youth Centre B'Bugia 200 San Ġwann Scout Group 250 Dingli Parish Drama Circle 150 AEGEE Valletta 300 Malta Girl Guides Association 400 Klabb Letterarju Junior College 200 Don Bosco Youth Centre 250 Helping Hands Group 200 IAESTE 200 Kiri ta' P.A. System 20 Insignia - Tqegħid ta' foamboard 58 Mizzi Design & Graphics Services Ltd-Adverts 691 A Caruana & Sons Ltd - Xorb 35.37 Ristorante de Vilhena - Reception 124.90 Teatru Manoel - Kiri ta' courtyard 176 Design Elements Ltd - Sundry materials 338.50 Għaqda Kulturali San Lawrenz 50 Muscular Dystrophy Youth Group 500 Ċentru Rikreazzjoni Żgħażagħ 150 St John Ambulance Paola Tarxien Division 150 Young Enterprise 50 Youth 4 Life Community Service 50 Rebel Riders Brotherhood 50 Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ 50 Grupp żgħażagħ għal Palermo 50 Kerygma 50 Voices 50 Xgħajra Scouts 50 Mosta Guides 50 Mosta Scouts 50 Għaqda Żgħażagħ Lourdes 50 Photocity - Photoprints 4.11 Spejjeż konnessi mal-Ħarġiet Kulturali 286.40 Mizzi Design and Graphics - Avviżi 273.60 Ristorante de Vilhena - Reception 352.50 Fjuri għal Serata Mużikali 43 Sapienza & Sons Ltd - 2 kotba 9.90 Estates Management Department - Deposit għal National Youth Day 10 Osanna Pia 300 Arthur James Leaver 50 Mdina Experience - Żjara konnessa ma' Youth Exchanges 84 Playcraft - brass marbles boxes - Għarfien Nazzjonali Żgħażagħ 67 Teatru Manoel - Kiri ta' Isouard Hall 155.25 Tarxien Pageant Group 300 Overtime 78.44 Rimessa konnessa ma' Youth Exchanges 965
Leg 9 PQ #6786 Sitting 93 1999-05-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Segretarju Parlamentari — Żjara fiċ-Ċina

Question

B'riferenza għaż-żjara li s-Segretarju Parlamentari kellu dan l-aħħar fiċ-Ċina, jista' l-Ministru jgħid x'diskussjonijiet saru u x'riżultati ġew miksuba?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li waqt iż-żjara tiegħu fiċ-Ċina s-Segretarju Parlamentari kellu diversi laqgħat. F'Beijing, huwa ltaqa' mal-Viċi President ta' l-All China Youth Federation (ACYF) Ms. Huang Danhua, mal-Viċi Ministru ta' l-Edukazzjoni Ahang Tian Bao, mal-Viċi Chairman taċ-Chinese People's Political Consultative Conference (CPPCC) Chen Jum Sheng, mal-Viċi Ministru ta' l-State General Administration of Sports Wu Cao Ju u mal-Manager Director taċ-China National Blue Star Chemical Cleaning Cooperation Ren Jian Xin. Ġie ffirmat ftehim ta' Exchange mal-ACYF filwaqt li fil-laqgħat l-oħra ġew mistħarrġa l-possibilitajiet ta' koperazzjoni fil-qasam taż-żgħażagħ, sport, edukazzjoni u vocational training. Fil-laqgħa mad-direttur taċ-China National Blue Star Chemical Cleaning Cooperation, is-Segretarju Parlamentari tkellem dwar possibiltajiet u faċilitajiet li Mlata toffri fil-qasam finanzjarju u tat-trasbord kif ukoll dwar possibiltajiet ta' aktar kummerċ maċ-Ċina u korporazzjonijiet bħal dik tal-Blue Star Cooperation. Fi Xi'An, is-Segretarju Parlamentari żar l-istitut tal-Youth Leaders fejn iltaqa' ma' għadd ta' żgħażagħ u l-għalliema tagħhom. Huwa għamel diskors waqt assemblea li saret apposta għal din iż-żjara. Żar ukoll iċ-Ċentru tar-restawr fi Xi'An fejn ġew murija xogħlijiet u teknika użati minn esperti Ċiniżi u Taljani fil-qasam tar-restawr. F'Shanghai is-Segretarju Parlamentari ltaqa' mas-Segretarju Ġenerali tax-Shanghai Youth Fedeeration kif ukoll mal-kap ta' l-International Affairs ta' l-istess Federazzjoni. L-aħħar laqgħa tas-Segretarju Parlamentari tkellem dwar Pudong New District. Fiż-żewġ laqgħat is-Segretarju Parlamentari tkellem dwar x'toffri Malta għaż-żgħażagħ Ċiniżi bħalma huma korsijiet tal-lingwa, turiżmu u hotel management courses. Tkellem ukoll dwar il-possibbilita` ta' skambji fil-qasam taż-Żgħażagħ, Sport, Xjenza u Teknoloġija. Huwa mistenni li b'riżultat ta' din iż-żjara r-relazzjonijiet bejn Malta u ċ-Ċina jkomplu jissaħħu u jiżdiedu l-possibiltajiet ta' skambji għaż-żgħażagħ Maltin.
Leg 9 PQ #6787 Sitting 93 1999-05-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Stipendji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6004?

Response (GALEA, LOUIS)

Ir-Rapport Galdes dwar is-suġġett tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra u fih ħafna mit-tagħrif mitlub. Issa l-Gvern qed jikkonsidra l-proposti kollha biex jasal għal deċiżjoni definittiva.
Leg 9 PQ #6788 Sitting 93 1999-05-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Item 4178

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6057, jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' liema għaqdiet sprotivi ġew mogħtija għajnuna u kemm ingħataw?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għaqdiet sportivi li ġew mogħtija għajnuna huma dawn: LM Moviment Kerygma 2000 Għażliet Sportivi Nazzjonali 2000 Inter Amateur Soccer Competition 500 National Campaign 2000 (Solidarity through Sport 1999) Pembroke Atleta Juvenis Sports Club 350 Tour ta' Malta 1500 St Julians Pigeon Club 60 Malta Handball Association 1000 Malta Basketball Association 3000 Stelmar Football Club 200 Fr Charles Cini 800 Tennis Club Kordin 2000 Savio Salesian House 500 Malta Students Sports 1000 Amateur Swimming Association 4000 Paola Clay Pigeon Shooting Team 500 Paddy Stubbs Leisure Centre 750 Mr John Attar (Marathon) 250 Malta Tennis Federation 2500 Archery Association of Malta 800 The Runners Centre 400 Malta Mountain Bike Association 1250 Kunsill Lokali Xagħra 300 Malta Shokotan Karate-Do 300 Malta Tenpin Bowling Assoc. 1000 Vittoriosa Lawn Tennis Club 600 Squash Rackets Assoc. 200 Tarxien Rainbows F.C. 2000 National Fencing Association 1750 University of Malta (Sports Comm) 2000
Leg 9 PQ #6789 Sitting 93 1999-05-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Item 60

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6056, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx sejħa jew inġabrux quotations għax-xogħol imsemmi? Jekk iva, kemm daħlu quotations u lil min ingħata x-xogħol jew mingħand min inxtraw l-affarijiet imsemmija?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħol fuq il-'partitions' u l-istallazzjoni ta' l-elettriku sar min-nies tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport u d-Dipartiment tal-Kultura. Il-materjal meħtieġ biex isir dan ix-xogħol inxtara mingħand L. Filletti (Lm100.11) u E. Calleja & Sons (Lm156.47) Xogħlijiet ta' telephones saru mill-ħaddiema tal-Maltacom. Il-materjal meħtieġ inxtara mingħand Mandarin Ironmongery (Lm5.24) u L. Filletti (Lm25). Id-Dipartiment ħareġ dawn il-quotations: Tapiti: Forestals, J.B. Stores, Beta Centre Ltd u C & H Bartoli. Ix-xogħol ingħata lil Beta Centre Ltd għall-prezz ta' Lm399.11. Skrivaniji: Bezzina Bros, Invicta Ltd u Oxford House. L-affarijiet inxtraw mingħand Oxford House. In-nefqa kienet Lm539.99. Għamara Oħra: Bezzina Bros, Invicta Ltd u Oxford House. L-affarijiet inxtraw mingħand Invicta Ltd. Dawn ammontaw għal Lm490. Spejjeż oħra kienu jinkludu xiri ta' żebgħa, ġarr ta' materjal (bil-period contract) u shifting ta' 'air conditioners'.