Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa maħsub li se jispiċċaw żgħażagħ mill-iskejjel fl-aħħar ta' din is-sena skolastika għaliex laħqu l-eta' ta' 16-il sena?
Jista' jagħti l-figuri għall-iskejjel ta' l-Istat, privat u tal-Knisja separatament?
Kemm minnhom huma bniet?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li sa l-aħħar tas-sena skolastika 1998-1999, ser jispiċċaw l-iskola dawn l-istudenti:
Skejjel ta' l-Istat - 1985 (irġiel) 2141 (nisa)
Skejjel tal-Knisja - 770 (irġiel) 563 (nisa)
Skejjel Indipendenti - 927 (irġiel) 689 (nisa)
Jista' l-Ministru jgħid x'konsultazzjoni kien hemm bejn il-Ministeru tiegħek u dak tal-finanzi dwar l-impożizzjoni tat-taxxa tal-VAT fuq id-dħul għal attivitajiet sportivi?
Kif tista' tirrikonċilja l-fatt li l-Ministeru tiegħek qed jgħid li jrid jkompli jkabbar u jiżviluppa d-diversi dixxiplini sportivi u issa ttieħdet din id-deċiżjoni?
Kien hemm xi għaqdiet li talbu xi laqgħa miegħek jew mas-Segretarju Parlamentari jew li kitbu dwar l-effett li deċiżjoni bħal din se jkollha fuq l-iżvilupp fl-isports?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li s-Segretarju Palramentari kellu laqgħat mal-Ministru tal-Finanzi fejn ġie stabbilit li t-taxxa tal-VAT fuq il-biljetti tad-dħul għal attivitajiet sportivi għandha tiġi meqjusa l-istess bħal dik għal attivitajiet oħra rikrejattivi. Naturalment dan jagħti lok għal rifuzjoni ta' VAT fuq spejjeż kif applikabbli fil-liġi.
Kien hemm xi għaqdiet li fil-laqgħat tagħhom mas-Segretarju Parlamentari tkellmu dwar it-taxxi u l-isport.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li se jdaħħal mill-VAT li se titħallas minn għaqdiet sportivi fuq il-biljetti tad-dħul għal din is-sena finanzjarja?
Kemm se jkun id-dħul jekk tinġabar il-VAT b'lura?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta` taxxa li tinġabar minn persuna reġistrata mad-Dipartiment tal-VAT u li tipprovdi servizz jew prodott taxxabbli bi ħlas ikun magħruf hekk kif il-persuna reġistrata ikkonċernata tibgħat id-denunzja tat-taxxa tagħha lid-Dipartiment. Irrid ngħid li wara taħdidiet li kelli mal-Ministeru tal-Isports u anke ma rappreżentanti ta` għaqdiet sportivi, se jittieħdu dawk il-provedimenti meħtieġa biex il-VAT li suppost tħallset fl-1995, 1996 u 1997 tiġi maħfura.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħareġ flus il-gvern fuq il-Pixxina Nazzjonali, sena b'sena, mill-1993 sal-lum? Għaliex inħarġu dawn il-flus?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li mir-records li jinstabu fid-Dipartiment il-Gvern ħareġ dawn il-flus fuq il-Pixxina Nazzjonali:
1994 Spejjeż rikorrenti tal-Pixxina Lm 91,134*
Salarji Lm 18,211
Total Lm109,345
1995 Spejjeż rikorrenti tal-Pixxina Lm 32,091*
Salarji Lm 19,515
Total Lm 51,606
1996 Spejjeż rikorrenti tal-Pixxina Lm 70,682*
Salarji u Overtime Lm 21,315
Total Lm 91,997
1997 Spejjeż rikorrenti tal-Pixxina Lm128,779*
Għajnuna għal spejjeż oħra Lm 67,484
Salarji u overtime Lm 2,831
Total Lm219,094
1998 Spejjeż rikorrenti tal-Pixxina Lm 73,121*
Salarji Lm 9,569
Total Lm 82,690
* Din il-figura tinkludi n-nefqa biex inxtara fuel, chlorine, acids u spejjeż oħra għall-plant room.
1999 Salarji Lm 4,928
Din is-sena ġiet ivvutata s-somma ta' Lm80,000 taħt il-Contributions to Government Entities. Minn din is-somma s'issa tħallas l-ammont ta' Lm40,001 lill-Pixxina Nazzjonali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħatat flus f'għajnuna x-shooting federation mill-1990 sal-lum? Jista' l-Ministru jagħti dawn il-figuri sena b'sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li mill-1990 ix-Shooting Federation ingħatat din l-għajnuna:
* 1994 - Lm90,706.66 biex tħallsu l-ispejjeż konnessi max-
xogħol li sar biex titlesta x-shooting range għal-Logħob
tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-1993
* 1996 - Lm24,990.84 biex tlesta x-shooting range ta' l-air
guns u l-air pistols.
Jista' l-Ministru jgħid x'għamlet id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni matul is-sena skolastika li dalwaqt tintemm biex tkabbar l-awareness fost l-istudenti kontra t-tipjip u alkoħol fi skejjel primarji, sekondarji, eċċ?
Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx sar studju mill-awtoritajiet tal-pulizija dwar ir-relazzjoni bejn id-droga u l-kriminalita' speċjalment fost iż-żgħażagħ? X'inhu n-numru ta' persuni li ġew arrestati matul l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena fuq: 1) pussess; u 2) traffikar ta' droga? Kemm minn dawn kienu taħt il-21 sena? Dawk kollha tressqu l-Qorti?
Response (BORG, TONIO)
Teżisti fil-Korp tal-Pulizija u fl-N.D.I.U. sistema ta' ġbir ta' informazzjoni li tgħin fl-investigazzjoni dwar id-droga u l-konnessjoni li din għandha ma' reati oħra.
Rigward il-kumplament tal-Mistoqsija ninsab infurmat li matul l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena ġew arrestati mill-Pulizija 252 persuna fuq suspett ta' pussess ta' droga u 87 persuna fuq suspett ta' traffikar ta' droga. Minn dawk li ġew arrestati, 114 kienu taħt il-21 sena, filwaqt li 137 minnhom tressqu l-Qorti.
Jista' l-Minsitru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-diskors tas-Segretarju Parlamentari fl-okkażjoni tal-ftuħ ta' l-iSports and Leisure Fair?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-okkażjoni tal-ftuħ ta' l-Isports and Leisure Fair is-Segretarju Parlamentari għamel diskors improviżat. Ma nżamm ebda recording ta' dan id-diskors u allura l-aħjar mezz ta' kif wieħed jista' jkun jaf il-kontenut tiegħu huwa minn dak li ġie rapurtat fil-gazzetti.
B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7323, jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ħaddiema reġgħu ngħataw kuntratt part-time għal sitt xhur?
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar kemm kull wieħed mill-ħaddiema part-time fil-Pixxina Nazzjonali ħadmu sigħat matul April, Mejju u fl-ewwel ġimgħa ta' dan ix-xahar?
Jikkonsidra l-Ministru li dawn il-ħaddiema part-time fil-fatt qed jaħdmu sigħat li skond il-liġi tikkwalifikahom bħala full timers?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' siegħat li ħadmu matul April, Mejju u l-ewwel ġimgħa ta' Ġunju huma:
IMPJEGAT/A NUMRU TA' SIEGĦAT
April Mejju Ġunju (sa 6.6.99)
Alan Falzon 157 139.5 35.5
Franklin Axisa 175.5 152.75 44
William Galea 171 133 36
Elisabeth Valentine 166.25 120 30
David Grech 162 151.5 47
Keith Zahra 201 200 60
Emanuel Reitano 179 178.5 41.5
Is-siegħat li dawn il-ħaddiema jaħdmu iżjed minn dak stipulat fil-kuntratt tagħhom jitħallsu tagħhom bl-istess kundizzjonijiet tal-kuntratt. Dwar il-mistoqsija dwar il-kuntratt definit għal dawn il-ħaddiema ingħatat tweġiba f'mistoqsija preċedenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm skejjel ta' l-Istat f'Għawdex? Kif inhuma kklassifikati bħala primarji, sekondarji eċċ?
X'inhu n-numru ta' studenti f'kull grad ta' skola?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema tal-edukazzjon fiżika assenjati f'kull grad ta' skola f'Għawdex?
Jista' l-Minstru jgħid kemm hemm għalliema li huma normalment residenti f'Għawdex li qed jaħdmu fi skejjel Malta?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba hi kif se nsemmi:
(1) SKEJJEL TA' L-ISTAT F'GĦAWDEX
Skejjel Primarji 11
Skejjel Sekondarji 2
Post-Sekondarji 1
Trade Schools 3
School of Music 1
School of Art 1
School of Drama 1
ESN Special School 1 li tagħmel parti minn Skola Primarja
(2) NUMRU TA' STUDENTI
Primarji 2049
Sekondarji (Agius de Soldanis)
Junior Lyceum 819
Sekondarja 294
(Ninu Cremona)
Junior Lyceum 401
Sekondarja 474
Mary Meilak (Girls' Trade) 43
Carmelo Refalo (Boys' Trade) 31
School of Agric. & Bldg. 93
Sir M'Angelo Refalo Centre for
Further Studies (1st year) 331
(2nd year) 196
(3) GĦALLIEMA TA' L-EDUKAZZJONI (FIŻIKA)
Ninu Cremona Lyceum Complex 8
Agius de Soldanis J.L. & Sec. 4
Peripatetic Teachers (Primary) 3
(4) GĦALLIEMA RESIDENT F'GĦAWDEX LI JGĦALLMU MALTA
Teachers 7
Instructors 2
Part-Time Instructors 10
Supply Teachers 3
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' studenti bniet li matul din is-sena skolastika saru ommijiet? Jista' jgħid x'għajnuna tingħata mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni lil dawn l-ommijiet żgħażagħ biex ikunu jistgħu jkomplu bl-istudji tagħhom wara li jwelldu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li matul is-sena skolastika 1998 - 1999 l-iSchoolgirl Mothers' Unit attendew studenti bniet mil-livell Sekondarju u Post-Sekondarju. Attendew ukoll il-Unit bniet li nqabdu tqal kif spiċċaw l-iskola Sekondarja qabel ma bdew xi kors ieħor post-sekondarju.
Dawn iċ-ċifri, (li lista tagħhom ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra), jistgħu ma jirriflettux is-sitwazzjoni vera. Din l-istatistika turi biss iċ-ċifri ta' bniet tqal li attendew il-Unit.
Dawn il-bniet tqal huma ta' etajiet differenti u ta' abilitajiet akkademiċi differenti.
L-iSchoolgirl Mothers' Unit joffri:
* Programm għat-tfajliet tqal taħt it-18-il sena. Dawn
jattendu l-Unit tlitt darbiet fil-ġimgħa. Huma jingħataw
tagħlim, taħriġ, informazzjoni relevanti għas-sitwazzjoni
tagħhom.
* Jingħataw "Counselling" kontinwu.
* "Counselling" jingħata wkoll lill-missirijiet tat-trabi,
lill-ġenituri tat-tfajla u tal-ġuvni kull meta jiġi mitlub.
* Jinżammu kuntatt regolari mal-iskola fejn tattendi t-tfajla,
u mas-Social Worker skond il-ħtiġijiet tal-każ individwali.
* Wara li titwieled it-tarbija, t-tfajliet jattendu "Support
Group", darba fil-ġimgħa fejn ikomplu jingħataw
(a) tagħlim relevanti għalihom
(b) counselling skond il-ħtieġa.
Jista' l-Ministru u/jew is-Segretarju Parlamentari jgħid x'inizjattivi ġodda ttieħdu fil-qasam taż-żgħażagħ u sports minn Settembru tas-sena l-oħra sal-lum?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal l-istudju u d-d-diskussjonijiet dwar it-twaqqif tas-swimming promotions unit?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 3493 u nżid li għadhom qegħdin jiġu studjati l-aħjar arranġamenti biex dan il-Unit, meta jitwaqqaf, ikun jista' jaħdem mhux għal sena waħda kif ġara fil-passat, iżda fuq bażi aktar fit-tul.
Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri minn dawk id-diversi federazzjonijiet sportivi li għad m'għandhomx il-headquarters tagħhom? Jista' l-Ministru jgħid min huma dawn il-federations?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li s-Segretarjat Parlamentari flimkien mal-Kunsill Malti għall-Isport għaddej b'ħidma kontinwa biex il-federazzjoni sportivi nazzjonali jkollhom il-headquarters tagħhom. Fil-fatt diġa` hemm xi għaqdiet nazzjonali li ġew mgħotijia l-headquarters tagħhom b'titolu legali u oħrajn li ġew mgħotija spazju ta' kmamar fil-kumpless tal-Pixxina Nazzjonali biex iservi ta' headquarters.
Mill-kwestjonarju li nieda d-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport f'Marzu jirriżulta li hemm dawn il-federazzjonijiet nazzjonali li għadhom mingħajr headquarters.
Malta Taekwando Federation
Malta Tenpin Bowling Association
Malta Gymanastics Federation
Malta Amateur Bodybuilders Association
Malta Handball Association
Malta Tennis Federation
Malta Amateur Weightlifting Association
Archery Association of Malta
Malta Squash Association
Assoċjazzjoni Sport Muturi
Malta Judo Association
Għaqda Regatta Nazzjonali
National Fencing Federation
Malta Pool Association
Malta Darts Association
Malta Netball Association
Malta Bridge Federation
Malta Triathlon Association
Malta Table Tennis Association
Malta Badminton Association
Malta Baseball/Softball Association
Qiegħda tiġi kkunsidrata l-possibilita` li fejn hu possibbli xi wħud mill-federazzjonijiet jiġu allokati spazju ta' uffiċini fit-tlett ċentri sportivi li hemm ippjanat li jinbnew skond il-wegħda elettorali tal-Gvern. F'każijiet oħra qegħdin jiġu kkunsidrati talbiet li saru mill-istess federazzjonijiet għall-akkwist ta' art b'titolu legali biex ikunu jistgħu jinbnew il-faċilitajiet sportivi tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema li bħalissa huma sekondati fil-ministeri, dipartimenti governattivi, korpi parastatali u għaqdiet oħra? Kemm minn dawn huma għalliema ta' l-edukazzjoni fiżika? Dawn ta' l-aħħar fejn huma sekondati bħalissa? Meta ġew sekondati fl-impjieg li għandhom? Għal kemm żmien? Hemm xi ħsieb li dawn jerġgħu lura għad-doveri tagħhom mad-Diviżjoni ta l-Edukazzjoni qabel is-sena skolastika li jmiss?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bħalissa n-numru ta' għalliema li huma fil-ministeri, dipartimenti governattivi, korpi parastatali u għaqdiet oħra hu kif se nsemmi:
Ministeru għall-Politika Soċjali - 1
Ministeru ta' l-Edukazzjoni - 1
Ministeru ta' l-Intern - 1
Ministeru tas-Saħħa - 2 (1 Assistent Kap ta'Skola)
Ministeru tat-Trasport - 1 (Assistent Kap ta'Skola)
Librerija Pubblika - 2 (1 Assistent Kap ta'Skola)
Dipartiment ta' l-Agrikoltura - 2
Dipartiment tal-Mużewijiet - 1
Dipartiment tax-Xogħlijiet
Pubbliċi - 2
Dipartiment tas-Servizz Korettivi - 2
St Patricks Salesian School - 2
Institute of Tourism - Gozo - 1
Malta University Services Ltd - 1 (Kap ta' Skola)
Malta Society of Arts,
Manufactures & Commerce - 2
General Workers Union - 1
Confederation of Malta Trade
Unions - 1
Malta Council for Science and
Technology - 1
Ma hemmx għalliema ta' l-Edukazzjoni Fiżika li ġew sekondati f'postijiet oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk tlestiex ir-rapport li sar minn kumitat imwaqqaf apposta dwar faċilitajiet sportivi u biex jirrakomanda fejn għandhom jitwaqqfu tlett ċentri sportivi li beħsiebu jibni l-gvern f'diversi lokalitajiet sportivi? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan ir-rapport tal-kumitat li kien immexxi mill-persuna, li ismu qed jintbagħat separatament? Saru laqgħat bejn uffiċjali tal-gvern u membri ta' dan il-kumitat biex jiġi mistħarreġ aktar dan ir-rapport u jittieħdu passi konkreti dwaru? Ittieħdet xi deċiżjoni dwar fejn se jsiru dawn l-impjanti sportivi? Saru xi pjanti relattivi għal dawn iċ-ċentri? Jekk iva, jista' jpoġġi kopji fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li r-rapport dwar it-tlett ċentri sportivi tlesta. It-talba biex kopja ta' dan ir-rapport titpoġġa ruq il-Mejda tal-Kamra tiġi kkunsidrata wara li tkun saret l-evalwazzjoni tiegħu. Sakemm kien qiegħed jiġi ppreparat ir-rapport, il-membri ta' dan il-Kumitat kellhom laqgħat ma' uffiċjali mid-Dipartiment tal-Kuntratti, ta' l-Artijiet u tax-Xogħlijiet kif ukoll ma' uffiċjali mill-Awtorita` ta' l-Ippjanar. S'issa għad ma hemm ebda deċiżjoni dwar fejn se jsiru dawn l-impjanti sportivi. Ir-rapport jinkludi rakkomandazzjonijiet dwar is-siti għal dawn l-impjanti kif ukoll studju mfassal mill-Kumitat li ġie bbażat fuq impjanti eżistenti fl-Ewropa.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-gvern ma kompliex bis-swimming promotion unit li kien waqqaf Gvern Laburista u li kenet topera mill-Pixxina Nazzjonali? Japprezza l-bżonn ta' unit bħal dan biex irawwem subien u bniet fl-għawm speċjalment wara l-wirja fqira ta' l-għawwiema tagħna fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar? Japprezza li kemm-il darba s-Segretarju Parlamentari tiegħek wiegħed li kien se jerġa' jwaqqaf u jsaħħaħ din il-unit iżda għaddew aktar minn tmien xhur u għadu ma sar xejn? Japprezza li matul is-sena skolastika li għaddiet l-iskejjel ta' l-Istat ma ħadux lit-tfal tagħhom jgħumu għaliex ma kellhomx nies imħarrġa biex jieħdu ħsieb it-tfal?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nri 3493 u 7578. Nixtieq nippreċiża li s-Swimming Promotion Unit imwaqqfa mill-Gvern preċedenti spiċċat f'Ġunju 1998 u ma kien tlesta ebda pjan biex din terġa' tibda topera. Naċċerta lill-Onor. Interpellant li dan il-Gvern japprezza l-bżonn ta' dan il-unit, irrispettivament mill-prestazzjoni ta' l-atleti fil-kompetizzjonijiet nazzjonali u internazzjonali.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet f'din l-aħħar sena sabiex isir xogħol f'housing estates fiż-Żejtun? Minn min saru dawn it-talbiet u għal liema post? Kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa u saru? Dwar it-talbiet l-oħra, meta hemm il-ħsieb li jsir ix-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn l-1 ta' Ġunju 1998 u t-30 ta' Mejju 1999 fid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar waslu tmienja u sebgħin talba għal xogħolijiet fiż-Żejtun.
Minn dawn, 4 talbiet ġew rifjutati u 74 ġew milqugħa. Minn dawn l-74 talba approvati, 14 kienu jeħtieġu attenzjoni mmedjata u x-xogħolijiet fuqhom ingħataw prijorita'. Is-sittin talba l-oħra li għadhom pendenti m'humiex ta' natura daqshekk urġenti u x-xogħol fuqhom maħsub li jitwettaq fix-xhur li ġejjin flimkien ma' ħafna xogħolijiet oħra f'diversi lokalitajiet f'Malta u Għawdex.
15.6.99
Jista' l-Ministru jgħid meta r-ring road li tgħaqqad Triq il-Falkunier għal ma' Triq E. Alfred Bezzina fiż-Żejtun se titkompla? Meta hemm il-ħsieb li tkun lesta?
Response (GALEA, ĊENSU)
M`għandi xejn x`inżid għar-risposta mgħotija għad-domanda parlamentari Nru 3340.