Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #8454 Sitting 130 1999-07-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Skejjel - Tuck shops

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena skolastika kemm saru spezzjonijiet minn uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa biex jiġi żgurat li fit-tuck shops ta' l-iskejjel jinbiegħu ikel u minerali li huma tajbin għas-saħħa tat-tfal? F'liema skejjel saru? Kien hemm xi każi fejn instab li kien hemm xi irregolarita' f'bejgħ ta' prodotti li jinbiegħu? Saru xi spezzjonijiet fl-iskejjel tal-Knisja u dawk privati? Jista' jagħti l-figuri term b'term?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #8455 Sitting 130 1999-07-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Sport — Coaches

Question

Peress li meta ħa sehem f'diskussjoni fuq Net TV nhar il-Ġimgħa 25 ta' Ġunju, is-Segretarju Parlamentari tiegħek lissen il-fatt li mhux kuntent bil-livell ta' ċerti coaches li qed jagħtu servizz fid-dixxiplina ta' Skola Sport, jista' l-Ministru jgħid x'qed jaħseb li jagħmel il-gvern qabel ma jerġgħu jibdew l-attivitajiet tax-Xitwa f'Settembru/Ottubru li ġej biex jgħolli dan il-livell? Il-coaches li jieħdu sehem f'dawn l-attivitajiet huma kwalifikati fid-dixxiplina tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li qabel ma jiġu ngaġġati coaches biex jagħtu servizz fid-dixxiplini ta' Skolasport dawn jiġu mitluba jipproduċu ċertifikati u dettalji dwar l-esperjenza tagħhom. Sabiex il-Gvern ikompli jgħolli l-livell ta' Skolasport u jiġi provdut servizz aħjar, se jiġu organizzati diversi laqgħat speċjali u seminars dwar it-taħriġ bażiku tat-tfal ta' kull eta`. Dawn il-laqgħat se jsiru għall-coaches u coordinators fid-dixxiplini kollha li tħaddan Skolasport.
Leg 9 PQ #8456 Sitting 130 1999-07-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Coaches barranin

Question

Peress li hawn numru ta' coaches barranin ta' esperjenza li qegħdin ingaġġati ma' għaqdiet diversi, ħafna minnhom bl-għajnuna tal-Kumitat Olimpiku, jista' jiġi indagat jekk dawn il-coaches jistgħux jintużaw biex jgħinu lil coaches tagħna jakkwista esperjenza? Jistgħu jintużaw ukoll fl-iskejjel biex flimkien ma' għalliema tal-PE jgħinu fit-taħriġ mat-tfal?

Response (GALEA, LOUIS)

Tlabt li l-kwestjoni tiġi konsidrata.
Leg 9 PQ #8457 Sitting 130 1999-07-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Suġġetti obbligatorji

Question

Peress li l-Ministru żgura lil din il-Kamra kemm-il darba li huwa sodisfatt li kull skola qed timxi skond il-gwidi mogħtija mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni dwar is-suġġetti obbligatorji, u jien irċevejt ilmenti li dan mhux qed isir kullimkien, jista' jgħid jekk l-iskejjel privati kollha għandhomx dawn is-suġġetti: (1) it-tagħlim ta' l-istudji soċjali li jwassal għal eżami tal-SEC u li dan qed jiġi mgħallem mill-primarji sal-ħames klassi tas-sekondarji; (2) it-tagħlim tal-PSE fuq bażi regolari ta' mill-inqas sagħtejn fil-ġimgħa; u (3) it-tagħlim tar-Reliġjon fuq bażi regolari li jrid iwassal li studenti jkunu jistgħu joqogħdu għall-eżami tal-SEC? Jista' jagħti lista ta' dawn l-iskejjel fejn dan qed isir u fejn mhux? Jista' jgħid kemm-il siegħa ta' tagħlim fil-ġimgħa qed isir?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub jinħtieġ żmien biex jinġabar u jiġi verifikat, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Kulleġġ ta' St. Edward's — Tkeċċija ta' ħaddiema

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex tliet ħaddiema fulltime u oħrajn part-time tkeċċew mill-Kulleġġ ta' St. Edwards's fil-Birgu ftit jiem ilu? Japprezza li bejniethom taw mal-50 sena servizz lil kulleġġ u li ta' l-eta' tagħhom se jkun diffiċli għalihom li jsibu xogħol ieħor? Peress li wieħed mill-ħaddiema kien ukoll Manager fuq il-ħaddiema tal-manutenzjoni, dawk tat-tindif u jieħu ħsieb il-First Aid, jista' jiżgura li ħadd ma jiġi mpjegat fl-istess xogħol u grad? Jista' l-kulleġġ jinforma d-Dipartment tax-Xogħol dwar min se jagħmel dan ix-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Minn investigazzjoni li għamel id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' Impieg ma jirriżultax li tlett ħaddiema tkeċċew mill-Kulleġġ ta' St Edwards, iżda jirriżulta li hemm il-ħsieb li xi xogħol jingħata b'kuntratt lil terzi persuni. Id-Dipartiment infurmani li qed isegwi din is-sitwazzjoni biex ikun żgurat li ma jkunx hemm xi ksur fil-liġi tax-xogħol. 5.7.99
Leg 9 PQ #8169 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji sabiex persuna li tkun qiegħda fl-Isptar Monte Carmeli titħalla toħroġ? Lil min jiġi fdat? Min hu responsabbli li jiddeċiedi li persuna hija tajba sabiex titħalla toħroġ? X'azzjoni ttieħdet sabiex dawn il-persuni jintegraw lura fis-soċjeta' mingħajr ħafna problemi? X'tip ta' follow-up isir sabiex jiġi żgurat li dawn il-persuni qed jgħixu ħajja diċenti? F'din l-aħħar sena kemm kien in-numru ta' persuni li ħarġu mill-Isptar Monte Carmeli u f'liema postijiet marru joqogħdu (bliet u rħula f'Malta jew Għawdex)?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Persuna tista titħalla toħroġ mill-isptar Monte Carmeli jew bil-leave jew billi tiġi illiċenzjata. Il-leave jintuża kemm bħala parti mir-rijabilitazzjoni qabel mal-pazjent jiġi illiċenzjat kif ukoll f`pazjenti kroniċi, biex ma jqatgħux il-ħin kollu tagħhom ġewwa l-isptar. Il-kriterji huma li l-pazjent ser jibbenefika mingħajr ma jiġi pperikolat jew hu stess kif ukoll terzi persuni. Normalment jiġu identifikati qraba li wieħed jista` jafda fihom illi jidħlu responsabbli għal pazjent f`dak il-perjodu. Jista` tal-pazjent tant tkun tajba li jista jiġi fdat waħdu. Il-konsulent, bl-għajnuna tat-tobba tiegħu, huwa responsabbli li jiddeċiedi li persuna hija tajba sabiex titħalla toħroġ. Skond il-livel ta` esperjenza tat-tabib kif ukoll il-kumplessita` tal-każ, deciżjonijiet ta` din in-natura jistgħu jiġu delegati mill-konsulent lit-tabib tiegħu. It-tobba huma mgħejjuna minn team li jinkludi nurses, social workers, occupational therapists u psikoloġi. Dawn il-persuni jgħinu fil-program ta kemm bi preparament minn ġewwa l-isptar kif ukoll billi jsegwu lil pazjent wara illi joħroġ mill-isptar. Bħala follow up dawn il-pazjenti jattendu jew l-Out Patients ta` St. Luke`s inkella Health Centres fil-lokalita tagħhom. Skond il-każ ikunu involuti wkoll social workers, occcupational therapists jew psikoloġi. Il-kumplament ta` il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #8273 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Telefonati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija nterċettawx telefonati oriġinati minn jew għal membru parlamentari Laburista?

Response (BORG, TONIO)

L-interċettazzjonijiet telefoniċi huma regolati mis-Security Service Act, 1996. Kull interċettazzjoni trid tiġi sanzjonata b' warrant maħruġ fuq il-firma tal-Prim Ministru / Ministru tal-Intern. Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 2040 fl-aħħar leġislatura fejn il-Prim Ministru ta' dak iż-żmien kien anki rrifjuta li jwieġeb kemm -il darba inħarġu warrants aħseb u ara lil min u kontra min. Wieħed għalhekk japprezza li tweġibiet bħal dawn ma jistgħux jingħataw għax jinħoloq preċedent ikrah u mhux fl-interess pubbliku li tingħata din l-informazzjoni. Jekk l-Onor. Interpellant għandu xi indizju speċifiku ta' xi abbuż, jinformani u jittieħdu passi mmedjati.
Leg 9 PQ #8274 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Telephone tapping

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk minn Settembru, 1998 sal-lum approvax l-ittapjar ta' telephone personali tad-dar jew ta' l-uffiċċju ta' membru parlamentari Laburista?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 8273 f'din l-istess Seduta.
Leg 9 PQ #8386 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Rave parties

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu r-regolamenti dwar ir-rave parties? Jekk dawn huma lesti, jista' jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BORG, TONIO)

Ir-regolamenti li qed jiġu ibbażati fuq diskussjonijiet li saru bejn il-Ministeru ta' l-Intern, tal-Politika Soċjali, il-Pulizija, u Sedqa, kif ukoll fuq id-diskussjonijiet u rakkomandazzjonijiet li saru fuq is-suġġett fil-Kumitat Parlamentari dwar l-Affarijiet Soċjali, issa tlestew bħala abbozz mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Dawn ġew approvati mill-Kabinett u se jiġu pubblikati dalwaqt.
Leg 9 PQ #8029 Sitting 128 1999-06-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Lottu Pubbliku — Introduzzjoni tal-pools

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku għamilx xi studji oħra dwar l-introduzzjoni tal-pools qabel l-elezzjoni ta' l-1996? Jekk iva, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dawn/dan ir-rapport/i?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma sar ebda studju mid-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku dwar l-introduzzjoni tal-pools qabel dak li ġa għalih irreferejt fit-tweġiba għall-mistoqsija Numru 7576.
Leg 9 PQ #8124 Sitting 128 1999-06-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Grounds tal-football — Dħul

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dħul mill-ġbir tal-15% VAT fuq id-dħul fil-grounds tal-football hux se jiġu vvotati għall-isports?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul tal-Gvern mill-ġbir tat-taxxi huwa maħsub biex jagħmel tajjeb għall-infieq ġenerali tal-Gvern skond l-esiġenzi u l-ħtiġijiet tal-pajjiż kif ippjanat fl-estimi finanzjari ta` kull sena. L-għaqdiet ta` l-isports diġa qed igawdu minn għotijiet li jingħataw kull sena mill-Isports Fund tad-Dipartment tal-Lottu Pubbliku.
Leg 9 PQ #7870 Sitting 127 1999-06-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Dħul

Question

Jikkonferma l-Ministru li l-gvern se jimponi t-taxxa tal-VAT fuq id-dħul miġbur mill-għaqdiet ta' l-isports? Jista' l-Ministru jgħid jekk l-isport kollu huwiex se jiġi milqut? Għaliex qiegħed jintalab li jitħallsu l-flus ta' lura meta kienet ingħatat l-impressjoni minn ministri tal-gvern li l-isport mhux se jkun milqut minn din it-taxxa? Japprezza l-Ministru li la l-għaqdiet sportivi se jħallsu l-VAT dawn se jgħollu l-ħlas tal-biljett tad-dħul?

Response (DALLI, JOHN)

M`għandi xejn x`inżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija numru 7869.
Leg 9 PQ #7871 Sitting 127 1999-06-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Ministru tal-Finanzi — Karozza

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-karozza li fiha attwalment qed jinstaq x'marka u x'mudell hi? Meta nxtrat u b'kemm inxtrat u min fejn inxtrat? Jekk inkriet, meta nkriet u minn fejn u b'kemm qed tinkera kuljum?

Response (DALLI, JOHN)

Mat-tagħrif mogħti għall-Mistoqsija Numru 6760, inżid illi l-karozza nkriet mill-1 ta` Marzu 1999.
Leg 9 PQ #7891 Sitting 127 1999-06-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Qlugħ ta' madum

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 7479?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li r-rapport preparat mill-konsulenti Ranioli & Bencini ma jattribwixxix responsabbilta` tal-ħsara li saret. Il-każ qiegħed ikun riferit lis-Segretarju Permanenti biex jiġi deċiż x'inhi l-aħjar linja ta' azzjoni xierqa li għandha tittieħed.
Leg 9 PQ #7892 Sitting 127 1999-06-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Edukazzjoni fiżika

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 7325?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' għalliema tal-P.E., fl-iskejjel ta' l-Istat huwa 102. Dawn jgħallmu l-PE bħala suġġett prinċipali tagħhom. (Minbarra dawn hemm tlettax (13)-il għalliem ieħor li għandhom biss ftit lezzjonijiet tal-PE fil-ġimgħa - bejn 2 u 8). Ħamsa u erbgħin (45) mill-għalliema li jgħallmu PE bħala suġġett prinċipali tagħhom huma nisa. L-għalliema li għandhom PE bħala suġġett ewlieni tagħhom huma imqassmin hekk : Skejjel Primarji 20 (peripatetiċi) Skejjel Sekondarji 37 Junior Lyceums 22 Skejjel tas-Snajja 6 Skejjel Speċjali 2 Higher Secondary & Upper Lyceum 7 Skola taż l-Agrikultura u Skola tal-Bini 1 Skejjel Sekondarji u Junior Lyceums 7 (Gozo) Ħamsa u għoxrin (25) għalliem tal-PE jieħdu ħsieb iktar minn skola waħda. Dawn ma jingħatawx allowance speċjali.
Leg 9 PQ #7893 Sitting 127 1999-06-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Faċilitajiet sportivi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 7328?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hi policy tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, regolata permezz ta' Avviż Legali Nru 135/93, li llum il-Kunsill Skolastiku li jiddeċiedi jekk jilqax it-talbiet li rrefera għalihom fil-mistoqsija parlamentari.
Leg 9 PQ #8028 Sitting 127 1999-06-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA — Chairman/Chief Executive

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk iċ-chairman u ċ-chief executive tal-MIA humiex l-istess persuna? Min hi jew huma dawn il-persuni?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-MIA ma għandhiex Chief Executive, kif diġa' spjegajt fil-passat meta weġibt mistoqsijiet dwar dan is-suġġett. Sakemm jinħatar Chief Executive,iċ-Chairman qed jaqdi ukoll id-doveri ta' Chief Executive.

Impjiegi — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Nirriferi l-Ministru għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 7480, jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar kemm mis-7402 persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta' April ilhom jagħmlu hekk: (a) għal aktar minn sena; (b) aktar minn ħames snin; u (ċ) aktar minn għaxar snin? Kemm mit-total ta' żgħażagħ ta' 1,067 taħt l-24 sena ilhom: (a) aktar minn sena; u (b) aktar minn ħames snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Mis-7,402 persuna li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta' April 1999 kien hemm:- * 2,891 ilhom jirreġistraw minn 1 sa 5 snin. * 631 ilhom jirreġistraw minn 5 snin 'il fuq. Żgħażagħ jirreġistraw minn 20 sa 24 sena (li l-figura kienet ta' 1,067), kien hemm 337 ilhom jirreġistraw minn 1 sa 5 snin u 13 li kienu ilhom jirreġistraw minn 5 snin 'il fuq. 21.06.99
Leg 9 PQ #7865 Sitting 126 1999-06-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Postijiet ta' divertiment

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7477, jista' l-Ministru jgħid f'liema lokalitajiet inqabdu l-40 persuna li ma kenux għadhom għalqu s-16-il sena u li nstabu f'postijiet ta' divertiment fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena? Jista' jgħid ukoll f'liema lokalitajiet saru l-1,340 spezzjoni mill-pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija ma żżommx statistika hekk kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant, iżda skond id-Distrett jew Sezzjoni. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bit-tagħrif disponibbli.
Leg 9 PQ #7866 Sitting 126 1999-06-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7327, jista' l-Ministru jgħid kemm saru talbiet biex fil-vaganzi tas-sajf jintużaw l-faċilitajiet sportivi ta' l-iskejjel? F'liema lokalitajiet? Minn min saru? It-talbiet ġew aċċettati? Meta għaqda tingħata permess biex tuża l-faċilitajiet sportivi waqt il-vaganzi jew wara l-ħin normali ta' l-iskola min jkun responsabbli biex jiġi żgurat ma ssirx ħsara?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kull talba biex tintuża skola sew waqt is-sena skolastika kif ukoll fis-sajf tiġi magħmula direttament lill-kunsill ta' l-iskola. Il-Kunsill jiddeċiedi jekk jgħatix permess u l-kundizzjonijiet kollha. Kien hemm talba waħda biex jintużaw il-faċilitajiet sportivi ta' l-Iskejjel Speċjali. Din saret mill-Imsida St Joseph F.C. biex jiġġeddilhom il-permess biex jużaw il-'football pitch' li hemm f'Mater Dei' School, Msida. Inzerta li f'din l-Iskola hemm għassies pero` l-Club għandu ftehim mal-Kap ta' l-Iskola li huma jridu jżommu l-faċilitajiet f'kundizzjoni tajba kif isibuhom. It-talbiet li saru għall-użu ta' faċilitajiet sportivi ta' l-Istituzzjonijiet Post Sekondarji matul il-vaganzi tas-Sajf huma dawn: Skola Nawtika 1. Viking Sailing Club 2. Malta Canoe Club It-talbiet ta' dawn iż-żewġ clubs hi għall-użu tal-moll ta' l-iskola. F'dawn il-każi r-responsabilita` qiegħda f'idejn il-'Commodore'. Skola Sekondarja Ogħla Giovanni Curmi 1. Skola Sport (ġinnastika) 2. Keep fit għall-ġenituri 3. Malta Volleyball Association 4. Kerygma (Volleyball) 5. Malta Karate Association Dawn it-talbiet intlaqgħu kollha. Saret talba oħra mill-MFA, iżda din l-assoċjazzjoni ma aċċettatx il-kundizzjonijiet. F'dawn il-każi, hemm leaders li jieħdu ħsieb li ma ssirx ħsara. L-iskola minn naħa tagħha, tinkariga uffiċċjal li jkun responsabbli biex jiftaħ, jagħlaq u jnaddaf il-lokal wara l-attivita`.