Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #8602 Sitting 135 1999-07-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru trasferimenti fil-korp tal-pulizija minn Settembru, 1998 sal-lum, xahar b'xahar, u jgħid f'liema kategorija kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #8603 Sitting 135 1999-07-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Korpi parastatali — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru trasferimenti f'korpi parastatali minn Settembru, 1998 sal-lum, xahar b'xahar, u f'liema kategoriji kienu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #8604 Sitting 135 1999-07-14 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Trasferimenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru transfers fiċ-Ċivil minn Settembru, 1998 sal-lum, xahar b'xahar, u f'liema kategoriji kienu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #8605 Sitting 135 1999-07-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Karozzi misruqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm insterqu karozzi minn Settembru, 1998 sal-lum, xahar b'xahar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #8606 Sitting 135 1999-07-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każi ta' qtil

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' qtil u kemm minnhom ġew solvuti minn Settembru, 1998 sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn Settembru 1998, u Ġunju 1999, kien hemm erba` każi ta' qtil, li minnhom tlieta ġew solvuti. Kien hemm każ ieħor li għadu mhux ċar jekk kienx omiċidju volontarju jew le.
Leg 9 PQ #8607 Sitting 135 1999-07-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fabbriki/negozji

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn Settembru, 1998 sal-lum kemm għalqu fabbriki u kemm għalqu negozji, xahar b'xahar? Jista' jgħid x'kien l-investiment ġdid li sar minn Settembru, 1998 sal-lum, xahar b'xahar, u jgħid kemm minnu hu investiment barrani?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #8596 Sitting 134 1999-07-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Item No. 60

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus taħt l-Item 60 sa l-aħħar ta' Ġunju 1999 u fiex intnefqu? Jista' jagħti din l-informazzjonni xahar b'xahar minn Marzu 1999 sa Ġunju 1999?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant dwar kemm u fiex intefqu flus taħt Item 60 xahar b'xahar minn Jannar 1999 sa Ġunju 1999 ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #8597 Sitting 134 1999-07-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoi — Item No. 4178

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-Item 4178 sa l-aħħar ta' Ġunju 1999 u fiex intnefqu? Jista' jagħti din l-informazzjoni xahar b'xahar minn Marzu 1999 sa Ġunju 1999?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba dwar kemm intefqu flus taħt Item 4178 xahar b'xahar minn Marzu 1999 sa Ġunju 1999 ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-informazzjoni rilevanti għax-xhur ta' Jannar u Frar 1999 ingħatat fit-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 6057 u 6788 f'Seduti 84 u 93 rispettivament.

ETC — Nies illiterati

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7792, jista' l-Ministru jgħid 19% kemm jiġi bħala numru ta' persuni? Jista' jgħid ukoll kemm persuni minn dawn l-illiterati kienu ilhom ifittxu x-xogħol anqas minn sentejn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7792, 19% bħala numru ta' persuni jiġi 1,465 persuna. In-numru ta' persuni lliterati li kienu ilhom ifittxu x-xogħol anqas minn sentejn kien 878. 13.7.99
Leg 9 PQ #8599 Sitting 134 1999-07-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Għoli tal-ħajja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għoliet il-ħajja minn Settembru 1998 sal-lum xahar b'xahar?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #8601 Sitting 134 1999-07-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru trasferimenti fid-diversi sptarijiet minn Settembru 1998 sal-lum, xahar b'xahar, u f'liema kategorija kienu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant dwar trasferimenti fid-diversi sptarijiet mill-5 ta` Settembru 1998 sal-lum hija skond il-lista li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra. Minn total ta` 228 trasferiment li jidhru fuq il-lista, 180 minnhom saru fuq talba taghhom stess.
Leg 9 PQ #8590 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ — Qgħad

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jagħmel il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ dwar il-problema dejjem tikber tal-qgħad fost iż-żgħażagħ?

Response (GALEA, LOUIS)

I l-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ jista'biss iħeġġeġ edukazzjoni aktar inklussiva u taħriġ. Eżempju ċar ta' dan huma l-korsijiet ta' taħriġ li l-KNZ qed jorganizza flimkien ma' l-Aġenzija Sedqa.

ETC — Għajnuna lil żgħażagħ bla xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi tagħmel l-ETC sabiex tgħin żgħażagħ li huma bla xogħol? Jista' l-Ministru jgħid ukoll x'inhu jsir sabiex b'mod partikolari, żgħażagħ li huma illiterati u bla snajja',jġu ntegrati fid-dinja tax-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'Seduta oħra. 12.7.99

Kunsilli Lokali — Segretarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm segretarji tal-Kunsilli Lokali li qabel kienu jaħdmu mal-Gvern? Jikkonferma l-Ministru li jekk xi ħadd min dawn is-segretarji, għal xi raġuni jew oħra, ma jibqax jaqdi l-funzjonijiet tiegħu bħala segretarju tal-kunsilli lokali, jerġa' jidħol lura fix-xogħol li kellu mal-Gvern?

Response (GATT, AUSTIN)

Hemm tlieta u tletin (33) persuna li qabel kienu impjegati tal-Gvern u issa ġew `seconded` bħala Segretarji tal-Kunsilli Lokali. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija it-tweġiba hija fl-affermattiv.
Leg 9 PQ #8593 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Item 4185

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus taħt l-Item 4185 sa l-aħħar ta' Ġunju 1999 u fiex intnefqu? Jista' jagħti din l-informazzjoni xahar b'xahar minn Marzu 1999 sa Ġunju 1999?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru dwar kemm intefqu flus taħt Item 4185 xahar b'xahar minn Marzu 1999 sa Ġunju 1999 ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-informazzjoni relevanti għax-xhur ta' Jannar u Frar 1999 ingħatat fit-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 6053 u 6794 f'Seduti 84 u 94 rispettivament.
Leg 9 PQ #8594 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Vot Kapital Nru. 13

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus sa l-aħħar ta' Ġunju 1999 mill-Vot Kapitali Nru. 13 u fiex intnefqu? Jista' jagħti din l-informazzjoni xahar b'xahar minn Marzu 1999 sa Ġuju 1999?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-unika ħlas li sar s'issa mill-Vot Kapitali Numru 13 huwa ta' Lm50,000 għall-manutenzjoni tat-tinda ta' l-iStadium Nazzjonali Ta' Qali. Dan il-ħlas sar f'Marzu 1999.
Leg 9 PQ #8595 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Item No. 4349

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-Item 4349 sa l-aħħar ta' Ġunju 1999 u fiex intnefqu? Jista' jagħti din l-informazzjoni xahar b'xahar minn Marzu 1999 sa Ġunju 1999?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-unika somma li ntefqet minn Item 4349 kienet dik ta' Lm311.50 f'subsistence allowance lil Dr Joseph Mifsud għal żjara uffiċjali f'Bonn fejn attenda għas-'Socrates Erasmus Annual Conference 1999'.
Leg 9 PQ #8459 Sitting 131 1999-07-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kulleġġ fuq l-isport — Twaqqif

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet għat-twaqqif ta' kulleġġ fuq l-isport? Kemm hemm flus ivvotati għal dan?

Response (GALEA, LOUIS)

Naħseb li l-Onor. Membru qed jirreferi għall-proposta ta' skola speċjalizzata għall-formazzjoni ta' sportivi żgħażagħ. Il-proposta għadha qed tiġi konsidrata.
Leg 9 PQ #8453 Sitting 130 1999-07-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ftit accountants biss irċevew invit mis-segretarja privata tas-Segretarju Parlamentari biex nhar il-Ġimgħa 25 ta' Ġunju jissottomettu offerti ta' konsulenza biex tiġi riveduta l-istruttura u l-operazzjoni tal-pixxina nazzjonali? Għaliex ma ħarġux offerti pubbliċi kif isir is-soltu? Kif intgħażlu l-accountants/kumpanniji ta' accountants li ntbagħatilhom dan l-invit? Kemm issottomettew offerti? Kemm kienet kull offerta? Min intgħażel? Meta għandu jiġi sottomess ir-rapport finali ta' min intgħażel? X'kienu t-terms of reference li ngħataw?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma nħarġitx sejħa pubblika għall-offerti biex isir servizz ta' konsulenza biex tiġi riveduta l-istruttura u l-operazzjoni tal-pixxina minħabba li skond ir-Regolamenti Finanzjarji eżistenti n-nefqa nvoluta biex jitwettaq dan is-servizz ma kienetx tirrikjedi li jsir hekk. Ta' min jgħid li din in-nefqa taqa' fil-paramentri stabbiliti fl-istess Regolamenti Finanzjarji li jippermettu lill-Ministru jew lis-Segretarju Parlamentari li jakkwista servizz dirett mis-suq liberu. L-erba' kumpanniji ta' accountants li ntbagħtilhom l-invit biex jissottomettu offerti ġew magħżula mill-Paġni s-Sofor. Is-Segretarjat irċieva tlett offerti li d-dettalji tagħhom huma kif se nsemmi: Messrs G.F.C. Consult Ltd - Lm 490 Messrs Grant Thornton - Lm 950 Messrs Pricewater house Coopers - Lm1800 Dawn il-prezzijiet ma jinkludux it-taxxa fuq il-valur miżjud. L-offerta li ġiet magħżula kienet l-orħos waħda jiġifieri dik ta' Messrs G.F.C. Ltd li huma mistennija li jissottomettu r-rapport finali fi żmien tlett ġimgħat. It-terms of reference huma simili għal dawk li normalment jiġu assoċjati ma' dan it-tip ta' eżerċizzju.