Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #9813 Sitting 151 1999-10-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — PRO

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6568 u t-tweġiba mogħtija fl-4 ta' Mejju, 1999, jista' l-Ministru jgħid jekk l-Communications Officer tiegħu għadux jagħti s-servizzi tiegħu mingħajr ħlas? Jekk iva, għandu xi allowance bħal użu ta' mobile phone u vettura? Jekk qed jitħallas kemm hu s-salarju tiegħu u minn meta beda jaħdem?

Response (REFALO, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor Membru għat-tweġiba li tajtu fis-Seduta 136 għall-Mistoqsija tiegħu 8612.
Leg 9 PQ #9897 Sitting 151 1999-10-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Towing ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga u jgħid x'inhi r-raġuni li sar u qiegħed issir ittowjar ta' karozzi fil-lokalitajiet ta' Tas-Sliema u San Ġiljan minn toroq u postijiet li skond il-liġi il-kontravenzjoni mwettqa fihom tillimita biss għal ċitazzjoni lil dawn is-sidien? Jista' l-Ministru jinvestiga x'inhi r-raġuni wara dan kollu? Bħala eżempju wieħed biss, jista' l-Ministru jgħid għaliex dan imsemmi aktar 'il fuq twettaq u qiegħed jitwettaq fi Triq Wilġa, San Ġiljan?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li rmunkar u kklampjar ta' vetturi ma jsirx biss minn żoni indikati bħala tali. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' stqarrija għall-istampa maħruġa mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni f'Lulju 1997, li tispjega f'liema ċirkostanzi vettura tista` tkun irmunkata jew kklampjata. 07.10.99
Leg 9 PQ #10105 Sitting 151 1999-10-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Dixxiplini Sportivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm irċieva proposti l-bord ta' l-amministrazzjoni tal-Pixxina Nazzjonali għat-twaqqif u operazzjoni ta' dance studio u dixxiplini sportivi oħra skond l-avviżi li dehru fil-gazzetti f'dawn il-jiem? Min kienu l-għaqdiet/individwi li issottomettew proposti? X'kienu d-dixxiplini sportivi oħra li ġew proposti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kienu sitta l-kumpanniji jew individwi li ġabru l-proposal forms in kwistjoni, u erbgħa minnhom issottomettew il-proposti tagħhom lill-Bord. Dawn kienu: Caroline Busuttil Dance Workshop Ltd Brigitte Gauci Borda School Ltd Masquerade Company Ltd Apparti mid-danza, waħda mill-kumpannija indikati hawn fuq ipproponiet ukoll proġett għat-twaqqif ta' Skola ta' Drama.
Leg 9 PQ #10106 Sitting 151 1999-10-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ta' Qali Centenary Stadium - Ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru ċitazzjonijiet mill-pulizija fit-triq quddiem is-Centenary Stadium, Ta' Qali fi tmiem il-ġimgħa 18/19 ta' Settembru? Min awtorizza li ma jsirx parking fuq iż-żewġ naħat ta'din it-triq li hija one-way? Jista'l-Ministru jara li almenu ma jsirx parking fuq naħa waħda biss tat-triq?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fi tmiem il-ġimgħa 18/19 ta' Settembru, 1999, fil-post indikat mill-Onor. Interpellant, fejn mhux permess ipparkjar, saru 28 ċitazzjoni fuq ipparkjar ta' vetturi. Il-projbizzjoni ta' pparkjar fil-post indikat ġiet awtorizzata mill-Bord tal-Kontroll tat-Traffiku, għalhekk nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-aħħar parti tal-Mistoqsija lill-Ministru konċernat. 07.10.99
Leg 9 PQ #9604 Sitting 150 1999-10-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Coaches barranin

Question

B'riferenza għat-tweġiba li tani għall-mistoqsija parlamentari numru 8456, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żviluppi dwar it-talba tiegħi li coaches barranin li qegħdin ma' diversi għaqdiet sportivi jintużaw għat-taħriġ fiżiku tat-tfal ta' l-iskejjel?

Response (GALEA, LOUIS)

Wara li kif weġibt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2456 tlabt li din il-kwestjoni tiġi kkunsidrata, issa infurmat li qegħdin isiru tħejjijiet ma' tliet għaqdiet sportivi biex il-coaches barranin impjegati magħhom ikunu jistgħu jagħtu s-servizz tagħhom fl-iskejjel. Hu maħsub li 'il quddiem l-iskema tkun estiża f'oqsma oħra.
Leg 9 PQ #9605 Sitting 150 1999-10-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kulleġġ St. Edwards — Surmast

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9239, jista' l-Ministru jgħid jekk irċevix talba mill-awtoritajiet tal-Kulleġġ ta' St. Edwards dwar żieda fil-miżati u dan bi 3% fuq dak li kienu s-sena li għaddiet? Jaf il-Ministru li għalkemm fis-27 ta' Lulju weġibni li ma kien irċieva l-ebda talba mill-kulleġġ, fil-fatt il-ġenituri kienu nfurmati b'ittra datata 10 ta' Lulju, bit-tibdiliet fil-miżati u dan 17-il jum qabel it-tweġiba tal-Ministru? X'passi beħsiebu jieħu dwar dan? Peress li għalkemm id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ma rċieva l-ebda lment fuq il-ħlas dirett għall-ikel, meta qabel dan kien jifforma parti mill-miżata, nista' nassigura lill-Ministru li ġenituri tkellmu miegħi f'dan is-sens, japprezza li l-fatt li l-perċentaġġ li kien jitħallas għall-ikel issa sar parti mill-miżata, ifisser li kien hemm żieda aktar minn 3%?

Response (GALEA, LOUIS)

Nikkonferma li dan il-Ministeru ġie mgħarraf biż-żieda fil-miżata mill-Awtorita` Skolastika ta' St Edward's College b'ittra li ġġib id-data tad-19 ta' Lulju 1999, u għaldaqstant sa meta tajt ir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9239 l-ittra kienet għadha ma waslitx. Infurmat li d-differenza fil-miżati mis-sena l-oħra għal din is-sena skolastika fl-iskola ta' St Edwards hija kif ġej: LIVELL SENA 1998/99 SENA 1999/2000 Infant School Lm224 per term Lm231 per term Junior School Lm239 Lm246 Middle School Lm258 Lm266 Senior School Lm174 Lm282 Sixth Form Lm286 Lm294 Informat ukoll li s'issa d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ma rċevietx ilmenti mill-ġenituri tat-tfal ta' l-imsemmija skola dwar ħlas dirett fuq l-ikel.
Leg 9 PQ #9606 Sitting 150 1999-10-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Żejtun - Triq il-Fossa tal-Qamh - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se titwaħħal bozza fi triq ġdida wara Triq il-Fossa tal-Qamħ fiż-Żejtun, mal-ħajt ta' l-istitut tas-sorijiet Ġesu Nazzarenu, minħabba li qed ikun hemm xi abbużi wkoll?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fi żmien qasir għandhom jitwaħħlu bozoz ġodda fit-triq imsemmija.
Leg 9 PQ #9607 Sitting 150 1999-10-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Ambjent

Tigne' — Manoel Island - Proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-konsorzju MIDI li għandu f'idejh il-proġett ta' Manoel Island f'Tigne' tax xi somma flus lill-gvern sabiex din tinqasam bejn l-għaqdiet li qed jagħmlu użu minn xi premises fejn hu maħsub li jsir dan il-proġett? Jekk iva, kemm hi din is-somma, kif ġiet imqassma u lil min?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Dettalji bħal dawk li qed jitlob l-Onor. Interpellant, ikunu inklużi fil-kuntratt li ser jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #9608 Sitting 150 1999-10-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-każ tas-Sur Silvio Zammit vis-a-vis il-pixxina nazzjonali f'Tal-Qroqq?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #9810 Sitting 150 1999-10-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Tal-Qroqq — Pixxina Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-għaqdiet/individwi li għandhom xi post b'kera fil-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq? Kemm hi l-kera f'kull każ? Fil-każ tal-għaqdiet sportivi, liema sport jipprattikaw? Fil-każ ta' l-individwi x'inhu x-xogħol li jipprattikaw? Hemm xi wħud minn dawn l-għaqdiet/individwi li b'xi mod jużaw is-servizzi tal-ħaddiema tal-Pixxina Nazzjonali meta dawn ikunu xogħol? Jħallsu ta' dan ix-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 6067 f'Seduta 86. Informat li l-Għaqdiet/individwi li għandhom post b'kera fil-Pixxina Nazzjonali huma dawn: Amateur Swimming - spazju għal Uffiċċju u ieħor għat- Association taħriġ tat-timijiet Nazzjonali. Ħlas ta' Lm600 kera fis-sena. Edwards Sports Ltd - spazju għal sports shop. Ħlas ta' Lm600 kera fis-sena. Malta Volleyball - spazju għal uffiċini. Ħlas ta' Association Lm600 kera fis-sena. Mrs Pat. Bonello - spazju għal Psychotherapy Clinic. Ħlas ta' Lm300 kera fis-sena. Mrs Bodil Petersen - spazju għal Chiropractitioning. Ħlas ta' Lm500 kera fis-sena. Malta Waterpolo - allokazzjoni ta' spazju għal Uffiċċju Referees ta' l-Association għall-ħlas ta' Lm150 Association fis-sena b'effett mill-1 ta' Jannar 2000. Ma jirriżultax li l-imsemmija Għaqdiet/individwi qatt talbu għall-użu tas-servizzi tal-ħaddiema tal-Pixxina Nazzjonali, ħlief għas-servizzi ta' tindif u manutenzjoni normali u ta' l-operator tat-telefon, liema servizzi huma t-tnejn ir-responsabbilta` tal-Kumpless u inkorporati fit-tariffi (concession fees) rispettivi.
Leg 9 PQ #9598 Sitting 149 1999-10-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid: (1) Mill-1 ta' Jannar, 1999 kemm-il membru tal-Korp tal-Pulizija rriżenja? Ta' liema rank kien kull wieħed? Kemm minnhom telqu għaliex: (i) għalqu l-61 sena, iż-żmien tal-pensjoni? (ii) għalqu 25 sena servizz? u (iii) irriżenjaw qabel il-25 sena? Ta' liema rank kienu? (2) Kemm-il membru tal-Korp spiċċa minnħabba passi dixxiplinarji u ta' liema rank? (3) Matul l-istess żmien kemm-il persuna reġgħet iddaħħlet fil-Korp tal-Pulizija? F'liema rank? F'kull każ kemm kienet ilha li telqet kull persuna?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-membri tal-Korp tal-Pulizija li spiċċaw mis-servizz bejn l-1 ta' Jannar u t-23 ta' Settembru, 1999, għar-raġunijiet imsemmija kienu kif ġej : Spettur Surġent Kuntistabbli a. bl-eta` ta' 61 sena xejn 1 1 b. wara 25 sena servizz xejn 3 1 c. qabel 25 sena servizz 1 xejn 8 d. tkeċċew xejn xejn 2 e. oħrajn xejn 2 6 Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda persuna li reġgħet iddaħħlet lura fil-Korp. 05.10.99
Leg 9 PQ #9599 Sitting 149 1999-10-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Tal-Qroqq — Pixxina Nazzjonali

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6607, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tas-Sur Paul Vassallo dwar "The effectiveness of Energy Conservation for a Heated Outdoor Pool" li hemm imsemmi fl-istess tweġiba? Dan ir-rapport issa ġie analizzat u x'kienu r-riżultati? Dan l-aħħar fil-gazzetti ċ-chairman tal-pixxina nazzjonali ġie rrapportat li qal li hemm pjani biex issir "dome" biex tgħatti l-pixxina fix-xitwa, x'riċerka saret dwar dan u ma' min? Kien hemm xi deċiżjoni aħħarija?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li r-rapport tas-Sur Paul Vassallo (The Effecteveness of an Energy Conservation and Renewable Source Scheme for a Heated Outdoor Pool) huwa dissertation li għamel għal MSc Degree in Building Service Engineering. Dan ir-rapport ġie studjat u jsemmi mezzi kif wieħed jista' jikkonserva u jġedded l-enerġija li tintuża biex jissaħħan l-ilma tal-Pixxina. Waħda minn dawn l-alternattivi hija proprju l-idea ta' dome jew ta' xi forma oħra ta' saqaf għax-xhur tax-xitwa. Saru diversi laqgħat ma' esperti barranin f'dan ir-rigward u proprju dan ix-xahar ħarġet sejħa għal proposti għal xi tip ta' cover sabiex il-Gvern ikun jista' jevalwa aħjar il-proġett. Ma jidhirlix li r-rapport tas-Sur Paul Vassallo għandu jitqiegħed fuq il-Mejda.
Leg 9 PQ #9600 Sitting 149 1999-10-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Ħaddiema

Question

B'riferenza għall-informazzjoni mogħtija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7742, jista'l-Ministru jagħti d-dettalji tas-sigħat maħduma mill-istess impjegati matul Ġunju, Lulju, Awissu u Settembru (sat-18 ta' Settembru)? Issa li hemm bord ġdid imexxi l-pixxina nazzjonali, jista'l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-impjegati imsemmija jiġu fuq bażi fulltime?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' siegħat li ħadmu minn Ġunju sa Settembru 1999 huma: IMPJEGAT/A NUMRU TA' SIEGĦAT ĠUNJU LULJU AWISSU SETTEMBRU Falzon Alan 148 145 167 101 Grech Grech 195 160 183 167 Axisa Franklin 170 166 184 101 Zahra Keith 210 150 216 105 Galea William 192 170 164 102 Reitano Emmanuel 163 176 200 123 Valentine Elizabeth 140 146 153 95 Infurmat ukoll li fix-xahar ta' Settembru li għadda l-impjegati kollha ġew offruti kuntratt definit sa' l-14 ta' Lulju 2000 bħala impjegati full-time, b'effett mid-29 ta' Settembru 1999. L-impjegati kollha, ħlief għal wieħed, aċċettaw il-kundizzjonijiet li jirregola dan il-kuntratt.
Leg 9 PQ #9601 Sitting 149 1999-10-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 8453, jista'l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport ta' Messers GFC Ltd dwar il-pixxina nazzjonali? Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-fatt meta twaqqaf il-bord il-ġdid li jmexxi l-pixxina nazzjonali tteħdux in konsiderazzjoni l-proposti ta' dan ir-rapport?

Response (GALEA, LOUIS)

Ma jidhirlix li f'dan l-istadju għandi npoġġi kopja tar-Rapport ta' Messrs GFC Ltd. dwar il-Kumpless tal-Pixxina Nazzjonali kif mitlub. Informat li ingħataw struzzjonijiet lill-Bord il-ġdid ta' l-Amministrazzjoni tal-Pixxina sabiex ir-rakkomandazzjonijiet ta' l-imsemmi rapport jiġu studjati u jinbeda l-proċess għall-implimentazzjoni tagħhom.
Leg 9 PQ #9602 Sitting 149 1999-10-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Għases - manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena finanzjarja liema xogħol ta' manutenzjoni sar fuq għases tal-pulzija f'Malta u f'Għawdex? F'liema għases u kemm kien l-ammont fi flus li ntnefaq fuq kull għassa? Fejn huwa previst li jsir xogħol fis-sena finanzjarja li jmiss? X'somma hija maħsuba li se tintnefaq u fuq liema xogħol? Fejn huwa previst li jinfetħu għases ġodda fix-xhur li ġejjin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul din is-sena tlesta x-xogħol kollu fil-post fejn ġiet trasferita l-Għassa tal-Pulizija tal-Belt. L-Għassa ta' Ħaz Żebbug ġiet refurbished, filwaqt li f'dik ta' Ħal Qormi ġew mibdula t-toilets u nzebgħa l-uffiċċju ta' l-ispettur. Partijiet mill-Għassa ta' San Giljan ukoll ġiet miżbugħa. Fl-Għassa tar-Rabat inbidlet xi għamara u sar xogħol ta' tibjid, bħal ma sar ukoll fl-Għassa ta' Ħal Balzan u l-Għargħur. Fl-Għassa tal-Mosta saret manutenzjoni u għadu għaddej xogħol ieħor liema xogħol qiegħed fi stadju avvanzat. Dik tal-Qawra u taċ-Ċirkewwa saritilhom ukoll manutenzjoni ġenerali. Beda xogħol ta' manutenzjoni ukoll fl-Għassa tal-Mellieħa. Ninsab infurmat ukoll li ma jinżammux dettalji separati dwar flus minfuqa speċifikament fuq manutenzjoni għall-Għases. Il-programm ta' manutenzjoni ta' l-Għases tal-Pulizija huwa proċess kontinwu li fih isir ix-xogħol meħtieġ skond il-prijorita`. Wara Ii jispiċċa l-proċess ta' l-ingaġġ ta' rekluti ġodda hemm il-ħsieb li tinfetaħ Għassa fl-Imtarfa. 05.10.99
Leg 9 PQ #9603 Sitting 149 1999-10-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — MFA - Ground ta' Kordin

Question

Peress li issa beda l-logħob tal-footbal ta' l-Ewwel Diviżjoni ta' l-MFA fuq bażi regolari fil-ground ta' Kordin, jista' l-Ministru jara li l-pulizija ma jħallux krejnijiet u trailers ipparkjati għall-weekend sħiħ madwar il-ground u speċjalment viċin l-entraturi għall-ground għaliex ifixklu u jillimitaw il-post għall-ipparkjar ta' vetturi ta' spettaturi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Pulizija qed tieħu l-passi meħtieġa sabiex jitnaqqas kemm jista`
Leg 9 PQ #9349 Sitting 148 1999-10-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

San Ġiljan — Waterpolo club

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-inkjesta li kienet bdiet issir dwar għoti ta' eluf ta' liri lill-club tal-waterpolo ta' San Ġiljan sabiex jagħmel xi xogħol konness mal-pitch u li eventwalment dan ix-xogħol baqa' ma sarx u l-ammont ta' flus ma dehrux lanqas? Kemm kienet is-somma ta' flus li kienet ġiet mogħtija qabel l-elezzjoni ta' Ottubru 1996?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li dan il-każ għadu quddiem il-Qorti, u għalhekk m'hinix f'pożizzjoni li nagħti t-tagħrif mitlub.
Leg 9 PQ #9350 Sitting 148 1999-10-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Sports — Lotteriji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus mil-lotteriji li marru għall-isport? Liema huma dawn il-lotteriji? Kif ġew użati dawn il-fondi li marru għall-isport? Liema kienu dawk l-għaqdiet jew assoċjazzjonijiet li bbenefikaw minn dawn il-fondi u kemm kien l-ammont li ħadu?

Response (DALLI, JOHN)

Magħtul din is-sena mill-Lotterija Presto ġew mgħoddija lill-Ministeru tal-Isports Lm140,000, filwaqt li mill-Lotterija Super 5 ġew mgħoddija Lm5,000 lill-Malta Racing Club u Lm500 lill-Malta Traditional Karate Federation. Id-Dipartiment tal-Lottu ma jidħolx fil-meritu dwar kif il-fondi mgħoddija jiġu wżat.
Leg 9 PQ #9351 Sitting 148 1999-10-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Ċentru Sportiv

Question

Tista' l-Ministru tgħid kif jitmexxa ċ-ċentru sportiv ġewwa Għawdex u min hu/huma responsabbli għat-tmexxija tiegħu? Kemm hija l-ispiża għat-tmexxija ta' dan iċ-ċentru, sena b'sena mill-ftuh tiegħu sal-lum? Kemm għaqdiet jagħmlu użu minn dan iċ-ċentru u min huma? Kemm individwi jagħmlu użu minnu? Liema huma d-dixxiplini sportivi li jiġu pprattikati? Kemm hemm coaches kwalifikati li jieħdu ħsieb dawn id-dixxiplini? Kemm-il darba jkun miftuh dan iċ-ċentru u x'inhuma l-ħinijiet tal-ftuh u l-għeluq?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kumpless Sportiv Għawdxi jaqa' taħt id-Dipartiment tal-Customer Services fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex. Is-Sur Joseph Grech - Prinċipal - huwa l-uffċċjal l-aktar anzjan f'dan il-Kumpless. Minn April 1990 sa Diċembru 1993, il-Kumpless kien jifforma parti mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni f'Malta. Għalhekk l-ispejjeż kollha matul dan il-perijodu kienu jinqatgħu mill-voti ta' l-Edukazzjoni f'Malta. Il-Kumpless ilu mill-1994 taħt il-Ministeru għal Għawdex. L-ispiża għat-tmexxija tiegħu mill-1994 sa llum hija kif mogħtija hawn taħt: 1994 - Lm 82,685.65,0 1995 - Lm 128,685.66,5 1996 - Lm 171,557.09,0 1997 - Lm 113,390.53,0 1998 - Lm 109,561.13,0 sa Awissu 1999 - Lm 85,179.40,0 L-Għaqdiet li jagħmlu użu mill-Kumpless huma l-Gozo Basketball Association, il-Gozo Karate Association, il-Gozo Spirit Combat Association, il-Gozo Squash Association, il-Gozo Lawn - Tennis Association u l-Gozo Volleyball Association. Id-dixxiplini li jiġu ppratikati fuq bażi regolari fil-Kumpless Sportiv huma: Badminton, Netball, Basketball, Volleyball, Squash, Table-Tennis, Lawn-Tennis, Weight-Lifting, Karate, Spirit-Combat, Kick-Boxing, Handball, 5-a-side Football, Aerobics u Yoga. Jiena nfurmata li medja ta' madwar 100 individwu kuljum jagħmlu użu minn dan il-Kumpless f'attivitajiet sportivi barra minn bosta individwi oħra li jipparteċipaw f'hafna attivitajiet ta' natura non-sportiva li wkoll jiġu miżmuma f'dan l-istess Kumpless fuq bażi regolari matul is-sena kollha. Dan jiddependi minn x'tip ta' attivitajiet ikunu għaddejjin fil-Kumpless. Jekk ikun hemm il-kompetizzjonijiet, in-numru jkun anqas. F'każ ta' taħriġ, in-numru jikber sewwa. Minħabba limitazzjonijiet ta' coaches kwalifikati, ħafna taħriġ isir minn ex-players. Il-Karate u l-Ispirit Combat għandhom coach kull wieħed. Fil-Lawn-Tennis hemma erba' coaches kwalifikati. Il-Kumpless jiftaħ is-sena kollha barra l-Ewwel tas-Sena, il-Ġimgħa l-Kbira, Santa Marija u l-Milied. Il-ħinijiet tal-ftuħ hu kif indikat hawn taħt: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa - mis-7.30am sad-9.30pm Sibtijiet - mid-9.00am sas-6.00pm Ħdud u Vaganzi Pubbliċi - mid-9.00am sal-5.00pm

ETC — Ħaddiema barranin

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kien in-numru ta' barranin li nqabdu jaħdmu Malta kontra l-liġi? Liema xogħol kienu qegħdin jaħdmu? Mil-liema pajjiżi kienu? Dawn kollha ttieħdu passi bil-liġi kontrihom? Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti l-figuri minn Jannar 1999 sa Settembru, maqsuma xahar b'xahar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. 4.10.99