Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — konsulenzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-1998 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li mill-1998 sal-lum l-ebda xogħol ta’ konsulenza ma ngħata lill-kumpanija li d-dettalji dwarha ngħataw separatament.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — konsulenzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-1998 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta u l-entitajiet ta’ qabilha (ADT, MMA, DCA), ix-xogħol ta’ konsulenza li ngħata lill-kumpanija li d-dettalji dwarha ngħataw separatament huwa miġbur fl-istess kont taħt l-isem ta’ kumpanija li l-isem tagħha ukoll ngħata separatament f’ mistoqsija parlamentari numru 2076.
Għaldaqstant nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 2076.
Ministeru għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma — konsulenzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-2004 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Enemalta u l-MRA ma taw l-ebda xogħol lill-kumpanija Aequitas legal. Il-WSC tat xogħol ta' konsulenza legali lil Aquitas Legal u ħallset is-somma ta' (€1,374.33) elf, tlett mija erbgha u sebghin ewro u tlieta u tletin ċenteżmu kull xahar minn Marzu 2007 sa Diċembru 2007. Dan ix-xogħol ingħata b'direct order. L-ARMS Ltd tat xogħol ta' endorsement ta' ittri legali u kwestjonijiet oħra ta' natura legali lil Aequitas Legal fuq bażi ta' tender. Il-Valur li tħallsu mill-bidu tat-tender (minn Gunju 2012) s'issa huwa ta' (€ 9,827) disat elef, tmien mija u sebgħa u għoxrin ewro (eskluza l-VAT).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-2004 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — konsulenzi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tagħhajew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tagħha lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-2004 sal-lum? Tista’ tgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamenatri se tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — konsulenzi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tagħhajew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tagħha lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-2004 sal-lum? Tista’ tgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li ma ngħata ebda xogħol ta' konsulenza mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, agenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi lill-kumpanija msemmija mill-2004 sal-lum.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-2004 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-Ministeru għal Għawdex ma ta l-ebda xogħol ta' konsulenza lill-kumpanija imsemmija mill-2004 sal-lum.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-1998 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kumpanija msemmija ma ngħatat l-ebda xogħol ta’ konsulenza mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu, fil-perijodu msemmi.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — konsulenzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-2004 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li mid-direttorati, dipartimenti u entitajiet li huma fi ħdan il-Ministeru tiegħi ma ingħatax xogħol ta’ konsulenza lill-kumpanija indikata mill-Onorevoli Interpellant fil-perjodu msemmi fil-mistoqsija. Iżda, f’Ġunju tal-2012, il-Kunsill Malti għall-iSport ħallas l-ammont ta’ €3,620.43 lill-kumpanija indikata bħala ħlas għan-nom tal-klijenti tagħha Damian Restall u Jesmond Agius f’isimhom proprju u eżerċitanti l-kummerċ taħt l-isem Turn-Pro Waterproofing & Turnkey Contractors għal kawża mitlufa fit-Tribunal għal Talbiet Żgħar (seduta li saret fis-26 ta’ April 2012).
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — konsulenzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-2004 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-ebda xogħol ta’ konsulenza ma ngħata, lill-kumpanija li d-dettalji dwarha ngħataw separatament, mill-2004 sal-lum.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — konsulenzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-2004 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (MIZZI, JOE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab informat li mill-2004 sal-lum l-kumpanija li d-dettalji dwarha ngħataw separatament ingħatat xogħol ta’ konsulenza għall-valur globali ta’ €333,197.89. Dan ix-xogħol kien maqsum lill-ex ADT sas-sena 2009 u li-Transport Malta mill-2010 sa 2012. Fir-rigward ta’ Transport Malta, ninsab infurmat li l-kumpanija kienet ġiet appuntata mill-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni. Rigward ix-xogħol li ngħata qabel, ninsab infurmat li m’hemmx informazzjoni jekk ix-xogħol ingħatax b’tender jew direct order.
Sena b’sena ix-xogħol u il-Valur kien maqsum kif ġej
Ex-ADT
Sena Valur
2004 Informazzjoni mhux disponibbli
2005 € 12,368.97
2006 € 20,357.72
2007 € 20,614.95
2008 € 13,743.30
2009 € 40,462.20
Transport Malta
Sena Valur
2010 € 131,504.45
2011 € 40,857.50
2012 € 53,288.80
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — konsulenzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-2004 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Inter u s-Sigurtà Nazzjonali — konsulenzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-2004 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta hija kif ġejja:
Departiment/Entità/Aġenzija/Awtorità
Courts of Justice Malta
nil
Courts of Justice Għawdex
nil
Mediation Centre
nil
Broadcasting Authority
nil
Malta Security Service
nil
Notary to Government
nil
Office of the Attorney General
nil
Aviation Security
nil
Defence
nil
Armed Forces of Malta
nil
Schengen Unit
nil
Agency for the Welfare of Asylum Seekers
nil
Probation and Parole
nil
Permanent Commission against Corruption
nil
Ministry for Home Affairs and National Security
nil
Public Broadcasting Services
nil
Civil Protection Department
nil
Land Registry
nil
Public Registry
nil
Passports and Civil Registration
nil
Identity Management Office
nil
Department of Citizenship and Expatriate Affairs
nil
Central Visa Unit
nil
Police Force
nil
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-2004 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta hija fin-negattiv.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti s-servizz ta’ social support workers li għadu kemm ġie introdott dan l-aħħar? Kemm hemm studenti li qed jibbenefikaw minn dan is-servizz illum? X’għandhom jagħmlu dawk il-ġenituri li jixtiequ jagħmlu użu minn dan is-servizz?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-servizz ta’ social support workers ġie introdott ħames snin ilu fl-2008 fil-Kulleġġ ta’ Santa Margerita u tlett snin wara fl-2011 dan is-servizz beda jingħata f’erba’ kulleġġi oħra.
Id-dmirijiet u responsabbiltajiet ta’
Social Support Workers
huma:
a. jagħmlu visti fid-djar u postijiet oħra skont il-ħtieġa, biex jikkomunikaw mal-familji identifikati mis-
social worker
li taħdem fi ħdan il-Kulleġġ rispettiv, biex jipprevjenu, jnaqqsu jew jeliminaw l-assenteiżmu mill-iskola;
b. jgħinu lis-
social worker
timplimenta
care plans
diskussi waqt is-superviżjoni li huma relatati ma’ studenti li l-iżvilupp edukattiv tagħhom huwa effettwat minn diffikultajiet personali, soċjali u familjari. Dawn it-tip ta’ diffikultajiet jinkludu esklużjoni soċjali, imġieba diffiċli u sitwazzjonijiet familjari diffiċli;
c. joffru sapport lill-familji billi jgħinuhom b’mod prattiku jkopru l-ħtiġijiet edukattivi ta’ uliedhom;
d. jgħallmu l-immaniġġjar tad-dar, ħiliet ta’ kf tkun ġenitur u ħiliet interpersonali lill-familji għall-benefiċju ta’ uliedhom fl-edukazzjoni tagħhom;
e. jakkumpanjaw lit-tfal l-iskola fejn ikun hemm ġenituri bi problema ta’ saħħa mentali jew mard ieħor
Mill-bidu tas-sena skolastika 2012/2013 s’issa is-
Social Support Workers
segwew 198 student.
Il-ġenituri għandhom jagħmlu appuntament mas-
Social Worker
tal-Kulleġġ rispettiv.
Is-servizz ta’
Social Support Worker
huwa pprovdut f’dawn il-Kulleġġi: Santa Margerita, Santa Klara, San Injazju, Maria Regina u Santa Tereża. Importanti li jiġi ċċarat li fil-preżent minn dawn il-Kulleġġi qed jiġi provdut is-servizz ta’ Social Worker fil-Kulleġġ ta’ Santa Margerita u San Injazju, għalhekk il-familji jridu jikkuntattjaw lis-
Social Support Worker
direttament fl-assenza tas-
Social Worker
.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kellux kunflitt ta’ interess fil-kariga li kien jokkupa fi ħdan l-Awtorità tal-Komunikazzjoni ta’ Malta (MCA)? Jekk fl-affermattiv x’kien dan il-kunflitt ta’ interess? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx f’din il-kariga fuq bażi full-time jew fuq bażi part-time u kemm kien il-ħlas tiegħu flimkien mal-pakkett finanzjarju sħiħ?
Response (CARDONA, CHRIS)
Fil-waqt li nfakkar li hija r-responsabbiltà u l-onus ta’ kull uffiċjal li jiddikjara kull kunflitt ta’ interess li jista’ jkollu, kemm attwali kif ukoll potenzjali, jien infurmat li l-persuna in kwistjoni qatt ma ddikjara li kellu xi tip ta’ kunflitt ta’ interess. Il-persuna konċernata qatt ma okkupa kariga eżekettiva u allura ma kienx fuq bażi full-time. Il-pakkett finanzjarju sħiħ li kien igawdi għaż-żewg karigi li okkupa, jiġifieri dik ta’ Membru tal-Bord tal-Awtorità u sussegwentement bħala chairman, kien ta’ €3494 fis-sena.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-
chairman
preċedenti li kien fuq bażi
full-time
, kellu salarju ta’ €94,000 fis-sena.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-2004 sal-lum,? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jidhru separatament ingħatat kuntratt mid-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern bejn il-15 ta’ Settembru 2011 sal-4 ta’ Frar 2012. Dan il-kuntratt sar wara lid-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern ħareġ sejħa għall-Espressjoni ta’ Interess f’Ġunju tal-2011, għal provediment ta’ Servizz Legali minn Uffiċjali Legali. Ma kien hemm l-ebda kuntratti oħra ma’ din il-kumpanija kemm qabel jew wara dan il-perjodu.
Ir-rata ta’ ħlas lil din il-kumpanija kienet ta’ €15.70 (mingħajr VAT) is-siegħa għal servizz ta’ 25 siegħa fil-ġimgħa. Jekk jinqabeż dan l-ammont ta’ 25 siegħa, isir ħlas addizzjonali bir- rata ta’ €25 (mingħajr VAT) kull siegħa żejda maħduma.
L-ispiża totali ta’ dan il-kuntratt, matul il-perjodu bejn il-15 ta’ Settembru 2011 sal- 4 ta’ Frar 2012, kienet tammonta għal €10,258.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali — konsulenzi
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-2004 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħol ta’ konsulenza fil-perjodi msemmi lill-kumpanija konċernata.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-2004 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-2004 sal-lum ma ngħata ebda xogħol ta' konsulenza lill-kumpanija msemmija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-2004 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpanija imsemmija fil-perjodu indikat.