Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #10880 Sitting 170 1999-11-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Management Report

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk f'din l-aħħar sena ntalabx li jsir management report? Jekk iva, min għamlu, u kemm tħallas? Jista' l-Ministru jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma ġie kkommissjonat ebda management report f'din l-aħħar sena.
Leg 9 PQ #10881 Sitting 170 1999-11-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Floriana F.C. — Titlu legali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Floriana F.C. għamlux xi talba sabiex ikollhom titlu legali ta' l-art, bħalma ngħataw u se jingħataw clubs u assoċjazzjonijiet sportivi oħra?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata meta t-tagħrif mitlub jiġi verifikat.
Leg 9 PQ #10882 Sitting 170 1999-11-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Furjana — Ċelebrazzjonijiet tal-millennju

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'attivitajiet hemm marbuta maċ-ċelebrazzjonijiet tal-millennju se jsiru fuq ix-Xagħra tal-Furjana? Meta se jsiru dawn l-attivitajiet?

Response (GALEA, LOUIS)

L-attivitajiet marbuta maċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Millennju li hu maħsub li jsiru fl-Arena ta' l-Indipendenza fl-aħħar jiem tas-sena huma: Il-Ħadd, 26 ta' Diċembru: Spettaklu ta' Kant Korali It-Tnejn, 27 ta' Diċembru: "2000 Rythms" - spettaklu ta' mużika, ritmi u danza It-Tlieta, 28 ta' Diċembru: Kunċert Orkestrali - mill- Klassiku għall-Kontemporanju L-Erbgħa, 29 ta' Diċembru: "Passi" - spettaklu ta' Danza fid-diversi forom tagħha Il-Ħamis, 30 ta' Diċembru: "Ma Jintesew Qatt" - Mitt sena ta' Mużika Il-Ġimgħa, 31 ta' Diċembru: Żewġ Spettakli bit-titlu - "Millennium Live" - kollegamenti internazzjonali bis-satellita biex il-Maltin isegwu t-twelid tat- Tielet Millennju f'diversi nħawi tad-dinja; u "Saħħa u Merħba" - il-poplu Malti jsellem lill- Millennju l-Qadim u jagħti Merħba lill-Millennju l-Ġdid.
Leg 9 PQ #10883 Sitting 170 1999-11-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Floriana F.C. — Ċelebrazzjonijiet tal-Millennju

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'alternattivi u/jew proposti ngħataw lill-Floriana F.C. minħabba l-użu tax-Xagħra tal-Furjana għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-millennju?

Response (GALEA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra stqarrija pubblika li tittratta s-suġġett.

Żejtun — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol hemm marbut mat-toroq hemm ippjanat li jsir fiż-Żejtun, f'Ħaż-Żabbar u f'Wied il-Għajn? Jista' jgħid fejn u meta hu maħsub li jsiru?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qed jaħdem mall-Kunsilli Lokali biex jifformola kriterji li jiddefinixxu l-prijoritajiet nazzjonali ta' dan ix-xogħol, u għalhekk ix-xogħol imsemmi mill-Onor. Interpellant isir skond il-prijoritajiet li ser joħorġu minn dawn id-diskussjonijiet.

Wied il-Għajn — Triq il-Ħamrija/Triq il-Lampuka

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru Triq tal-Ħamrija u Triq il-Lampuka f'Wied il-Għajn minħabba l-istat li jinsabu fih?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Intepellant jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 10884.
Leg 9 PQ #10819 Sitting 169 1999-11-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Tenders — Żgħażagħ u Sports

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tender ġew approvati matul l-ewwel sena ta' Gvern Nazzjonalista f'dawk l-oqsma li jaqgħu taħt l-oqsma taż-żgħażagħ u sport? Kemm kien il-valur ta' kull tender u lil min ġie awarded?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #10820 Sitting 169 1999-11-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Żejtun — Triq id-Dulliegħ - Spezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet minn membri tal-korp tal-pulizija f'dawn l-aħħar sitt xhur fi Triq id-Dulliegħ, Żejtun? X'irriżulta u x'passi ttieħdu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-lokalita` li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant saru diversi spezzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett. Ma jirriżultax li kienu osservati xi ksur ta` liġi.
Leg 9 PQ #10821 Sitting 169 1999-11-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjiegi — Ħaddiema on light duties

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10378 (Seduta Nru. 157) jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-Gvern preżenti f'dan ir-rigward u x'għamel bejn Settembru 1998 u llum?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-Gvern żamm il-policy li ma jiġux aċċettati ċertifikati mediċi ġodda biex ħaddiema jitpoġġew fuq light duties ħlief f'dawk il-każijiet ġenwini meta ħaddiem ikun weġġa fuq il-post tax-xogħol.
Leg 9 PQ #10822 Sitting 169 1999-11-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC/Enemalta — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jsir fil-Water Services Corporation u l-Enemalta sabiex tiżdid l-effiċjenza? X'taħriġ qed jingħataw il-ħaddiema? Tista' tgħid ukoll jekk sarx xi studju dwar jekk hemmx nies żejda jew nieqsa f'dawn iż-żewġ korporazzjonijiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Bil-għan li titjieb l-effiċjenza, il-Korporazzjoni Enemalta qegħda toffri lill-impjegati tagħha taħriġ kemm fuq ix-xogħol ta' kuljum kif ukoll f'livell istituzzjonali. Qed jittieħdu passi biex il-livell kemm tekniku kif ukoll klerikali jogħla. Għalhekk qed jingħataw 'refresher courses' lill-ħaddiema fis-sengħa ewlenija tagħhom. Barra minn dan il-Korporazzjoni qed tassisti lill-impjegati sabiex iżidu l-abbilta tagħhom biex ikunu aktar 'multi-skilled'. Aspett ieħor dwar it-taħriġ li l-Korporazzjoni qed tagħti huwa li tgħin billi tisponsorja u/jew tagħti 'study leave' lill-impjegati sabiex jiksbu l-kwalifiki meħtieġa fil-qasam tekniku u f'livell terzjarju. Rigward il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #10823 Sitting 169 1999-11-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC/Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma jagħmlu l-Water Services Corporation u l-Enemalta sabiex tiżdied l-effiċjenza fil-produzzjoni, kemm ta'l-ilma kif ukoll ta'l-elettriku?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-Taqsima tal-Ġenerazzjoni fil-Korporazzjoni Enemalta kontinwament taħdem sabiex tara li l-elettriku jiġi ġġenerat bl-aktar mod effiċjenti. Għalhekk isir monitoring kontinwu ta' l-effiċjenza ta' l-impjant u fejn jidher li hemm xi nuqqas tittieħed azzjoni korrettiva. Fost ix-xogħol li tagħmel il-Korporazzjoni hemm overhaul ta' boilers, steam u gas turbines, tindif ta' boilers u culverts, kif ukoll manutenzjoni ta' auxiliary plant. Fejn jidħol it-tħaddim ta' l-impjant, isir programm ta' kuljum kif ukoll programmi 'long term' sabiex jitħaddmu l-magni skond kif l-elettriku jiġi ġġenerat bl-aktar mod effiċjenti. Tajjeb jingħad li meta jiġi ordnat impjant ġdid, fattur importanti li jiġi kkunsidrat huwa l-effiċjenza li dan l-impjant jipprovdi fil-ġenerazzjoni ta' l-enerġija elettrika. Eżempju ta' dan huwa l-Combined Gas Cycle Plant li dan l-aħħar ġiet installata f'Delimara. L-effiċjenza tagħha hi kważi ħamsin fil-mija aktar mill-impjant ta' qabel. Rigward il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #10878 Sitting 169 1999-11-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Bank Ċentrali — Gvernatur

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10576, jista' l-Ministru jikkonferma li s-safra tal-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ma kenitx konnessa mal-aġenzija internazzjonali li kien impjegat magħha u li għadu fuq il-kotba tagħha?

Response (DALLI, JOHN)

M`għandi xejn x`inżid mar-risposta li tajt għal mistoqsija numru 10576.
Leg 9 PQ #10717 Sitting 168 1999-11-01 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Tobba

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-kuntratt tat-tobba li jivverifikaw il-mard fil-każ ta'l-impjegati ta' l-Air Malta, skada f'nofs dan ix-xahar? Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx sejħa pubblika għal applikazzjonijiet sabiex jagħmlu dan ix-xogħol?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-kuntratt li għalih qed jagħmel riferenza l-Onorevoli Interpellant ġie estiż għal perjodu ta' tlitt snin wara li dan kien skada fl-aħħar tax-xahar li għadda.
Leg 9 PQ #10814 Sitting 168 1999-11-01 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gozo Channel — Automatic ticketing

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-preparamenti sabiex il-kumpannija Gozo Channel tintroduċi l-automatic ticketing? Meta hemm il-ħsieb li din is-sistema tibda tiġi mħaddma?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.

ETC — Reġistrazzjoni - Gradwati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn gradwati li qed jirreġistraw u x'inhi l-professjoni tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fl-aħħar ta' Settembru 1999, in-numru ta' gradwati li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ kien ta' 82. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi x'tip ta' degree għandhom.
Leg 9 PQ #10816 Sitting 168 1999-11-01 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Racing Club — Kumitat

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-kumitat il-ġdid tal-Malta Racing Club? X'responsabbiltajiet għandhom fi ħdan il-kumitat? Kemm qed jitħallsu kull wieħed u x'ħidma jwettqu fil-Malta Racing Club? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk hemmx min qed jagħmel xogħol ieħor marbut mal-Malta Racing Club u qed jitħallas? Jekk iva, min u kemm qed jitħallas jew jitħallsu? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-istatut tal-Malta Racing Club?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #10817 Sitting 168 1999-11-01 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Festi ta' l-Indipendenza — Tiġrijiet taż-żwiemel

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-qligħ li sar mit-tiġrijiet taż-żwiemel fil-meeting tal-Ħadd, 12 ta' Settembru, 1999 ġewwa l-Marsa fejn saru diversi tiġrijiet marbuta mal-festa ta' l-Indipendenza organizzati mill-Għaqda Dilettanti tal-Ponijiet, ingħatax lill-Partit Nazzjonalista? Kemm kien dan il-qligħ li sar f'dan il-meeting imsemmi hawn fuq?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-programm ta' tiġrijiet taż-żwiemel fl-imsemmi Meeting la ġie organizzat mis-Segretarjat Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u lanqas mill-Malta Racing Club, imma mill-Għaqda Dilettanti tal-Ponijiet. Tajjeb li l-Onor. Interpellant ikun informat li l-Għaqda Dilettanti tal-Ponijiet hija għaqda indipendenti. Għaldaqstant, m'hiniex f'pożizzjoni li nagħti aktar tagħrif dwar xi arranġamenti li setgħu saru bejn din l-Għaqda u xi entita` oħra li ma taqax taħt il-kompetenza tas-Segretarjat.
Leg 9 PQ #10818 Sitting 168 1999-11-01 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Offerti għal dome

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru offerti minn għaqdiet/individwi/kumpanniji għat-twaqqif ta' dome jew struttura oħra biex titgħatta l-pixxina nazzjonali? Kemm kienet l-offerta f'kull każ? Kif se tintgħażel l-offerta? Għaliex inħasset il-ħtieġa li jinbidlu l-proposti għal sottomissjonijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-data ta' l-għeluq għas-sottomissjonijiet tal-proposti ġiet estiża għall-Ġimgħa 12 ta' Novembru. Ġejt informat li dawn is-sottomissjonijiet huma magħmula minn żewġ proposti separati, viz. dik ta' natura teknika (ġabra ta' specifications) u dik ta' natura finanzjarja. Il-proposti tekniċi wara jiġu kunsidrati mill-Bord ta' Tmexxija tal-Pixxina b'konsultazzjoni ma' nies tekniċi, bil-ħsieb li jiġi deterninat x'tip ta' cover hija adattata. Sussegwentement, id-Dipartiment tal-Kuntratti jevalwa mil-lat finanzjarju l-offerti relatati mat-tip ta' cover rakkomandat mill-Bord, kemm-il darba jiġi deċiż li din l-istruttura ssir. Informat ukoll li l-proċeduri kollha fil-proċess ġew mibdula sabiex jiġi assigurat proċess aktar ġust u trasparenti. Dawn il-proċeduri ġodda ġew approvati mid-Dipartiment tal-Kuntratti.
Leg 9 PQ #10671 Sitting 164 1999-10-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Arretrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas f'arretrati l-persuna li ismu qed jintbagħat separatament u minn meta sa meta huma dawn l-arretrati?

Response (REFALO, MICHAEL)

Kif diġa' weġibt fit-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru 8612, il-kuntratt mal-persuna konċernata ġie ffirmat fid-9 ta' Lulju 1999 b'effett mill-5 ta' Frar 1999 meta fil-fatt beda jaħdem fil-Ministeru. Jien infurmat li b'kollox fix-xahar ta' Lulju tħallas b'kollox Lm3,672.08, li minnhom Lm3,029.26 f'arretrati skond it-termini tal-kuntratt li jsir ma' persuni li jaħdmu f'Segretarjati Ministerjali kif approvati mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u li kopja tagħhom tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.