Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #11078 Sitting 177 1999-11-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Verdala - Skola G. Despott

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għadux il-ħsieb tal-Gvern li titwaqqa' l-iskola G. Despott (magħrufa bħala Verdala) u tinbena oħra aktar moderna? Meta hemm il-ħsieb li dan isir? Fejn se jintbagħtu l-istudenti waqt li jkun qed isir ix-xogħol? Kemm ġew ivvotati flus biex dan il-proġett isir?

Response (GALEA, LOUIS)

Din l-iskola hi waħda minn dawk li dwarha qed isiru pjanijiet.
Leg 9 PQ #11050 Sitting 176 1999-11-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Tal-Qroqq — Pixxina Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk f'din l-aħħar sena sarx management report fuq il-Pixxina Nazzjonali? Jekk iva, min għamlu u kemm tħallas? Jista' l-Ministru jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba motgħija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8453.
Leg 9 PQ #11068 Sitting 176 1999-11-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Ambjent

Tigne' — Assoċjazzjoni sportiva

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6063 u għal-lista ta' 30 għaqda li għandhom il-kwartieri tagħhom ġewwa Tigne', jista' l-Ministru jagħti garanzija li kull waħda minn dawn l-għaqdiet sejrin jingħataw akkomodazzjoni alternattiva tul iż-żmien kollu li jdum għaddej il-proġett? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid fejn kull waħda minn dawn l-għaqdiet sejra tiġi akkommodata u meta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Gvern dejjem irrikonoxxa biss, u anki issa jirrikonoxxi biss lill-Assoċjazzjoni Sportiva Tigne'. Madankollu l-Gvern fil-kuntratt li qed jinnegozja ma' l-istess Assoċjazzjoni qed jinsisti fuq klawsola li tipprovdi li meta l-Assoċjazzjoni tingħata 'premises' ġodda, din tipprovdi l-faċilitajiet lill-clubs kollha li llum jagħmlu użu mill-'premises' preżenti.
Leg 9 PQ #11074 Sitting 176 1999-11-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Racing Club

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Malta Racing Club ħatarx persuna bħala Technical Director? Jekk iva, min huwa u kemm qed jitħallas? Saret sejħa pubblika, jekk le għaliex u kif saret l-għażla? Xi kriterji ntużaw fl-għażla? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma nħatar ebda Technical Director fil-Marsa Racing Club.
Leg 9 PQ #11075 Sitting 176 1999-11-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Polo Club

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-Polo Club kemm iħallas kera fis-sena lill-Malta Racing Club? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm-il Malta Racing Club għandha ħlas b'lura lill-Gvern ta' l-istess kera?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Malta Polo Club tħallas Lm500 kera fis-sena lill-Marsa Racing Club. Informat ukoll li l-Kera ta' Lm4000 fis-sena (li għandha l-Malta Racing Club mal-Gvern) ilha ma' titħallas mill-1987.
Leg 9 PQ #11076 Sitting 176 1999-11-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Ambjent

Sliema Wanderers Football Club — Taħdidiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux taħdidiet mas-Sliema Wanderers Football Club dwar il-konsegwenzi li sejjer ikollu fuqhom il-Proġett ta' Manoel Island u Tigne'? Jista' l-Ministru jgħid x'forma ta' arranġamenti saru sabiex dan il-klabb jibqa' jiffunzjona bl-anqas tħarbit possibbli? Jista' l-Ministru jgħid jekk intlaħaqx xi xorta ta' ftehim magħhom? Jista' jgħid jekk dan il-ftehim għandux inkluż fih xi forma ta' kumpens finanzjarju? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm ilaħħaq dan il-kumpens finanzjarju? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li ntlaħaq magħhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Id-diskussjonijiet mas-Sliema Wanderers F.C. għadhom għaddejjin, u għalhekk għadu prematur nidħol fid-dettalji mitluba.
Leg 9 PQ #11077 Sitting 176 1999-11-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tal-Handaq Junior Lyceum

Question

Jista' l-Ministru jgħid l-iskola tal-Junior Lyceum f'Tal-Ħandaq (li qabel kienet tas-Servizzi Ingliżi) hux se terġa' tinbena mill-ġdid? Meta hemm il-ħsieb li dan isir? Kemm ġie vvotat biex dan isir?

Response (GALEA, LOUIS)

Iva hemm il-ħsieb li din l-iskola jsirilha dak li għandha bżonn. Il-proġett hu fi stat ta' ippjanar.
Leg 9 PQ #10978 Sitting 175 1999-11-08 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Dixxiplini sportivi

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 10105, jista' l-Ministru jgħid jekk intgħażilx xi ħadd biex imexxi u jopera dance studio fil-Pixxina Nazzjonali? X'inhuma l-kondizzjonijiet imposti?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li l-informazzjoni għadha ma waslitlix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #10979 Sitting 175 1999-11-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-fuel li qed jintuża biex isaħħan il-Pixxina Nazzjonali? Kemm intuża fuel għal dan l-iskop, kull sena, mill-1993 sa Ottubru ta' din is-sena? Kemm intnefqu kull sena għal dan il-fuel?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-'fuel' li qiegħed jintuża biex isaħħan il-pixxina huwa 'Kerosine' u 'Light Heating Oil'. Informat ukoll li sa l-aħħar ta' Ottubru ta' din is-sena inxtraw 355,736 litru ta' pitrolju li swew Lm44,467 biex tissaħħan il-Pixxina. Fis-sena 1998, l-ammont ta' 19,659 litri ta' paraffin u 48,550 litri ta' light heating oil, li swew Lm50,105 għall-istess skop. Fl-1997 in-nefqa għall-fuel kienet ta' Lm78,813. Għas-snin ta' qabel, id-Dipartiment m'għandux records għax il-Pixxina Nazzjonali kienet taħt ir-responsabbilta` tal-Ministeru tal-Ġustizzja u Arti.
Leg 9 PQ #10980 Sitting 175 1999-11-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Tal-Qroqq — Pixxina Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 10491?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-esperti barranin imsemmija fit-twġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 9599 (Seduta 149) kienu fil-fatt diversi kuntratturi f'dan il-qasam b'esperjenza sostanzjali f'kostruzzjonijiet simili barra minn Malta. Il-laqgħat, li kienu primarjament ta' natura ta' tfittix ta' informazzjoni, saru fi tmiem is-sena li għaddiet u kmieni din is-sena bil-parteċipazzjoni ta' membri tal-Board ta' Tmexxija tal-Kumpless tal-Pixxina Nazzjonali. F'ebda stadju ma konna jiena jew is-Segretarju Parlamentari involut f'dawn it-taħditiet.
Leg 9 PQ #10981 Sitting 175 1999-11-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Furjana — Xagħra ta' l-Indipendenza

Question

Issa li l-gvern iddeċieda li juża x-Xagħra ta' l-Indipendenza fil-Furjana għal attivitajiet tal-Millenju, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex dispost li jintrabat biex fi żmien qasir wara dawn l-attivitajiet jerġa' jġib il-post fl-istat li qiegħed illum? Għaliex il-gvern ħalla li jinżera' t-turf u jsir xogħol ieħor mill-klabb tal-Furjana qabel ma ħa d-deċiżjoni finali tiegħu? Għaliex ma nstabx post ċentrali ieħor? X'inhu l-irwol tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni f'dawn l-attivitajiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Kif diġa' għidna pubblikament il-Gvern impenja ruħu bl-aktar mod ċar li jirritorna l-Arena ta' l-Indipendenza fl-istat li qiegħed illum fl-aqsar żmien possibbli wara ċ-ċelebrazzjoni tal-Millennju.
Leg 9 PQ #10982 Sitting 175 1999-11-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Ambjent

Furjana — Xagħra - Attivitajiet tal-millenju

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu s-sehem tal-ministeru/dipartiment tiegħek fl-attivitajiet tal-millenju li se jsiru fix-Xagħra tal-Furjana? X'garanziji qed jagħti li l-ħsarat kollha li se jsiru f'dan il-post se jiġu rranġati fi żmien qasir wara li jintemmu dawn l-attivitajiet? Ġew ippreżentati xi stimi ta' kemm jistgħu jkunu mill-klabb tal-Furjana riċentement fuq il-ground tal-football?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Bħala Ministru għall-Ambjent, jiena nifforma parti mill-kumitat li qed jieħu ħsieb iċ-ċelebrazzjonijiet tal-millenju. Is-sehem ewlieni tal-Ministeru għall-Ambjent f'dawn iċ-ċelebrazzjonijiet hu li jitlestew ix-xogħlijiet mibdija sabiex lejlet it-Tielet Millenju tal-Kristjaneżmu ikun inawgurat St. James Cavalier bħala Ċentru ta' l-Arti. Għar-rigward l-Arena ta' l-Indipendenza, il-Ministeru għall-Ambjent qiegħed jiggarantixxi direttament mal-Floriana Football Club biex wara li jintemmu ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Millenju, fl-aqsar żmien possibbli, l-Arena tkun restitwita fl-istat li hi tkun. Il-Floriana Football Club fil-fatt intalab jagħti stima kif semma' l-Onorevoli Interpellant.

Qormi — Triq id-Deheb Fin

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi rranġata Triq id-Deħeb Fin f'Ħal Qormi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-triq imsemmija hi kważi kollha lesta, u għalhekk taqa` taħt ir-responsabilta` tal-Kunsill Lokali. Il-parti tat-triq li għadha mhix lesta mistennija tidħol fil-programm tax-xogħol għall-lokalitajiet kollha ta` Malta.
Leg 9 PQ #10925 Sitting 174 1999-11-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Ħsara f'dar privata

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'deċiżjoni ħadet l-Enemalta dwar ittra datata 16 ta' Settembru, 1997 mill-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, dwar ħsara li saret mad-dar tagħha?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Enemalta kienet investigat dan il-każ li jikkonċerna lment dwar ħsara li allegatament saret minħabba lampa li twaħħlet mill-impjegati tagħha. Il-korporazzjoni nfurmat lill-persuna kkonċernata bid-deċiżjoni u pproponiet rimedju u staqsietha jekk taqbilx ma` din il-proposta. L-ittra tal-Korporazzjoni ntbagħtet fit-30 ta` Ġunju, 1998, pero` s`issa l-Korporazzjoni għadha ma rċeviet ebda tweġiba.

Ċentri ta' Taħriġ għall-Adulti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn Ċentri tat-Taħriġ għall-Adulti u fejn qegħdin? Kif jitmexxew u min huma l-kapijiet u l-Assistenti Kapijiet ta' dawn iċ-ċentri u meta ħadu din il-kariga? Jista' jgħid ukoll kull wieħed minn dawn xi kwalifiki għandu u x'taħriġ ingħata? Jista' jgħid ukoll f'kull ċentru kemm jattendu persuni u kemm hemm persuni li applikaw sabiex jidħlu f'xi wieħed minn dawn iċ-ċentri? Hemm il-ħsieb ta' ċentri oħra? Jekk iva, fejn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Hawn ħames Ċentri tat-Taħriġ għall-Adulti f'Malta u dawn qiegħdin fl-Imtarfa, Fleur-de-Lys, Santa Venera (ta' l-Għomja), Ħal Far u Wied il-Għajn. F'Għawdex hemm Ċentru tat-Taħriġ u dan qiegħed f'Għajnsielem. Il-Kapijiet u l-Assistenti Kapijiet taċ-Ċentri huma dawn: ĊENTRU KAP/ASSISTANT KAP DATA TAL-ĦATRA Mtarfa Is-Sur Joseph Pace 25.01.99 Ms Jacqueline Tabone 14.08.98 Fleur-de-Lys Is-Sur Emanuel Debono 25.01.99 Is-Sur Paul Scerri 20.08.99 Santa Venera Ms Maria Azzopardi 25.01.99 (ta' l-Għomja) 14.08.98 Ħal Far Is-Sur Anthony Zammit 25.01.99 Is-Sur Godfrey Darmanin 14.08.98 Wied il-Għajn Is-Sur Francis Spiteri 25.01.99 Is-Sur Charles Pace 20.08.98 Is-Sur Ronald Galea - Kap appuntat 25.01.99 li qed jieħu ħsieb li jwaqqaf ċentru residenzjali għall-persuni b'diżabilita' fiċ-Ċentru tat-Taħriġ għall-Adulti ta' Wied il-Għajn. Għajnsielem Is-Sur John Camilleri 25.01.99 (Għawdex) Is-Sur Michael Bajada 12.04.99 Dwar il-kwalifiki u t-taħriġ, ngħid li dawn il-Kapijiet u Assistenti Kapijiet ilhom jaħdmu fil-qasam tal-persuni b'diżabilita' għal snin twal, kemm fiċ-Ċentri tat-Taħriġ għall-Adulti kif ukoll f'oqsma oħra bħal 'social work' ma' persuni b'diżabilita'. Biex huma saru Kapijiet u Assistenti Kapijiet, huma ssodisfaw il-kundizzjonijiet tal-kwalifika għall-postijiet imsemmija li hemm fil-ftehim milħuq bejn il-Gvern u l-Unions ewlenin imsejjaħ - Classification, Regrading and Assimilation of the Social Work Class - Social Work Support Service. In-numru ta' persuni b'diżabilita li jattendu f'kull Ċentru tat-Taħriġ huwa kif jidher hawn taħt: Mtarfa - 95 Fleur-de-Lys - 90 Santa Venera (tal-għomja) - 28 Ħal-Far - 65 Wied il-Għajn - 69 Għajnsielem (Għawdex) - 33 Hemm 21 persuna b'diżabilita' li qed jistennew biex jidħlu f'xi wieħed minn dawn iċ-ċentri. Hemm il-ħsieb li jinfetaħ ċentru ieħor iżda s-sit għadu ma ġiex identifikat.
Leg 9 PQ #10974 Sitting 174 1999-11-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Swimming Unit - Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm għalliema li applikaw għal post ta' kordinatur ta' l-iSwimming Unit li se titwaqqaf fil-Pixxina Nazzjonali u li l-intervisti għalih saru f'dawn l-aħħar ġranet? Min kien fuq il-bord li mexxa dawn l-intervisti?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasalli tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #10975 Sitting 174 1999-11-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Swimming Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif se titmexxa s-Swimming Unit li se titwaqqaf fil-Pixxina Nazzjonali? Il-unit se jaqa' taħt it-tmexxija tal-Bord tal-Pixxina jew taħt id-Direttur ta' l-Edukazzjoni? Kemm hu maħsub li se jkun fih għalliema dan il-unit?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-Swimming Promotions Unit ser ikun kompost minn koordinatur, il-kowċ nazzjonali ta' l-Għawm, żewġ part-time instructors u nurse. Il-ħsieb hu li dan il-Unit ikollu Bord li jagħtih il-pariri. Informat ukoll li dan il-Unit se jkun prinċipalment jirrispondi lis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni. Fl-aħħarnett informat li dan il-unit se jkollu għalliem wieħed li se jkun il-koordinatur.
Leg 9 PQ #10976 Sitting 174 1999-11-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Golf courses

Question

Bħalissa kemm hemm applikazzjonijiet għall-golf courses quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar? Jista' l-Ministru jgħid minn min saret kull applikazzjoni? F'liema post huwa propost li jsiru? Meta saret kull applikazzjoni? F'liema stadju hija kull applikazzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Wied il-Għajn — Triq is-Sibbien

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla x-xogħol fi Triq is-Sibbien f'Wied il-Għajn, wara li x-xogħol kien twaqqaf?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 10884.
Leg 9 PQ #10887 Sitting 171 1999-11-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Gan Franġisk Abela — Għalliem

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jkun hemm għalliem fl-ewwel sena tas-6th Form fl-iSkola Gan Franġisk Abela fis-suġġett ta' l-intermediate English?

Response (GALEA, LOUIS)

Minkejja l-isforzi kollha li saru mill-awtoritajiet tal-Junior College, s'issa għadha ma nstabitx persuna kwalifikata li sservi fuq bażi part-time. Sadanittant qed jittieħdu miżuri temporanji biex tittaffa l-problema tant li fadal biss tmien (8) siegħat ta' tagħlim fil-ġimgħa f'dan is-suġġett li baqgħu skoperti.