Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma jidhirx li kien hemm xi problemi minn naħa ta' Skola Sport li wasslu biex ikun hemm nuqqas ta' attendenza. In-nuqqas li ġie reġistrat seta' kien aktar dovut għan-numru ta' Ċentri li qed jiftħu f'diversi lokalitajiet minn assoċjazzjonijiet u clubs diversi u allura jista' jagħti l-każ li ġenituri forsi jippreferu li jibgħatu t-tfal fil-lokalita` tagħhom.
Informat li b'kollox sa issa applikaw 2060. Din iċ-ċifra hija waħda proviżorja minħabba li l-applikazzjonijiet għadhom qegħdin jintlaqgħu. Għaldaqstant, huwa previst li din titla' matul is-sena u toqrob in-numru li applikaw is-sena l-oħra.
It-tfal li applikaw ġejjin minn dawn il-lokalitajiet:
Attard 83, Baħar iċ-Ċagħaq 4, Balzan 11, Bidnija 1, B'Kara 76, B'Bugia 76, Blata l-Bajda 1, Buġibba 30, Cospicua 14, Dingli 11, Fgura 86, Floriana 4, Għaxaq 20, G'Mangia 8, Għargħur 14, Gżira 14, Gudja 34, Ħamrun 20, Ibraġġ 9, Iklin 23, Kalkara 5, Kappara 11, Kirkop 2, Lija 10, Luqa 35, Madliena 6, Marsa 8, M'Scala 188, M'Xlokk 40, Mellieħa 13, Mġarr 9, Mosta 168, Mrieħel 2, Mtarfa 5, Mqabba 10, Msida 39, Naxxar 77, Paola 30, Pembroke 33, Pieta` 7, Qawra 9, Qrendi 20, Qormi 103, Rabat 23, Safi 3, San Ġwann 78, Santa Luċia 33, Santa Venera 46, Senglea 23, Siġġiewi 41, Sliema 22, St Andrews 4, St Julians 32, St Paul's Bay 16, Swieqi 28, Tarxien 28, Ta' Xbiex 11, Valletta 11, Vittoriosa 3, Xgħajra 2, Żabbar 113, Żebbuġ 48, Żejtun 96, Żurrieq 30.
Ġie reġistrat nuqqas f'dawn id-dixxiplini: Atletika, Basketball, Football, Ġinnastika u Volleyball.
Kien hemm imbagħad żieda f'dawn id-dixxiplini: Weightlifting, Badminton, Bowling u Għawm.
Id-dixxiplini l-oħra kważi baqgħu l-istess.