Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #13078 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Faċilitajiet sportivi — Trasferimenti

Question

Jista'l-Ministru jelenka dawk l-għaqdiet/assoċjazzjonijiet li talbu li jsir trasferiment lilhom ta' faċilitajiet sportivi? Liema huma dawn il-faċilitajiet? Kemm-il talba ġiet rifjutata u għaliex? Jista' jagħti l-figuri għall-1997, 1998 u 1999?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #13079 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Faċilitajiet sportivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx identifikati dawk l-iskejjel li m'għandhomx il-faċilitajiet bażiċi sportivi biex b'hekk l-edukazzjoni fiżika tkun tista' ssir f'ambjent tajjeb? Liema huma dawn l-iskejjel u xi ħsieb hemm biex matul din is-sena finanzjarja jsir xi xogħol fihom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudju li sar jirrigwarda l-iskejjel kollha biex tkun tista' tittieħed stampa sħiħa tal-kundizzjoni tal-faċilitajiet sportivi f'kull skola. Dan l-istudju sar fl-1995-96. Minn dan l-istudju kien irriżulta li hemm skejjel: * fejn il-faċilitajiet huma addatti fid-daqs u fis-sura u huma wkoll miżmumin tajjeb; * oħrajn fejn hemm faċilitajiet biżżejjed iżda jirrikjedu xogħol ta' manutenzjoni, x'uħud konsiderevoli; * oħrajn fejn il-faċilitajiet sportivi għalkemm miżmumin tajjeb huma żgħar għall-popolazzjoni ta' l-iskola; * oħrajn fejn il-faċilitajiet huma nieqsa. F'xi wħud minn dawn l-iskejjel, l-istruttura fiżika u l-ispazju ma jippermettux il-bini ta' faċilitajiet ġodda. Ta' min ifakkar li fil-programm ta' manutenzjoni ta' l-iskejjel li kien sar fis-sajf 1997, il-faċilitajiet sportivi ma kinux meqjusin bħala prijorita`.
Leg 9 PQ #12940 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Żejtun - Kindergarten

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk wara li ġiet irranġata l-Kindergarten taż-Żejtun, reġgħetx twaħħlet l-irħama ta' meta din kienet infetħet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħol għadu ma ġiex finalizzat.

Żabbar — Triq l-10 ta' Settembru, 1797

Question

Jista' l-Ministru jara li Triq l-10 ta' Settembru, 1797 ġewwa Ħaż-Żabbar, li tinsab fejn il-mitħna u l-Mina ta' Hompesch, tiġi rranġata wara l-ħsara li saritilha minħabba l-maltemp? Jista' jikkonsidra li din it-triq tinbena mill-ġdid minħabba li l-ilma jinġabar fit-triq għax m'hemmx mod kif dan ma jibqax hemm?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-tiswija tal-ħofor wara l-maltemp ta' dan l-aħħar qiegħda għaddejja. Din it-triq, 'l quddiem trid terġa tinbena skond kif muri fil-programm li ppreparaw l-esperti Ġermanizi għat-toroq arterjali u distributorji.
Leg 9 PQ #12942 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tat-Turiżmu

Żejtun — Lejla Maltija/kulturali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-lejla Maltija/kulturali li kienet issir fiż-Żejtun lejliet San Girgor, hux se ssir aktar jew le? Jekk le, għaliex?

Response (REFALO, MICHAEL)

Infurmat li qatt ma kien hemm l-ebda Lejla Maltija/Kulturali organizzata mill-'N.T.O.M./M.T.A.' nhar lejliet San Girgor.
Leg 9 PQ #12349 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Dħul

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħal il-gvern matul is-sena finanzjarja li għaddiet mill-VAT mill-għaqdiet sportivi? Jista' l-Ministru jelenka liema kienu dawn l-għaqdiet u kemm kull għaqda ħallst f'VAT?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul is-sena finanzjarja 1999 kien hemm żewġ organizzazzjonijiet marbuta ma` l-isport li ħallsu xi ammont ta` VAT fuq attivita` taxxabbli. It-total miġbur kien ta` Lm191.30.
Leg 9 PQ #12350 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kurrikulu Nazzjonali ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta jidħol il-Kurrikulu Nazzjonali l-ġdid, x'importanza se jingħata lill-isports? Fl-iskejjel ta' l-Istat se jkun hemm żieda fil-ħin għal edukazzjoni fiżika fit-timetable? Kemm? It-tagħlim ta' l-edukazzjoni fiżika bħala suġġett akkademiku qiegħed isir fl-iskejjel ta' l-Istat? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti dettalji?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Kurrikulu Nazzjonali ġdid jipproponi "politika ħolistika" fejn "kull qasam ta'l-iżvilupp uman huwa importanti" u fejn "il-komunita` edukattiva trid tara li ebda aspett ta' dan l-iżvilupp ma jkun ipprivileġġjat jew imwarrab". (Prinċipju 7) Id-dokument jagħti importanza lill-Edukazzjoni Fiżika fil-Kindergarten u lill-Edukazzjoni Fiżika u l-Isport fl-Edukazzjoni Primarja u f'dik Sekondarja. F'dawn it-tnejn l-Edukazzjoni Fiżika u l-Isport huwa fost is-suġġetti bażiċi. Barra minn hekk hemm riferenza għall-elementi ta' dan is-suġġett f'Għan 10 "Edukazzjoni għall-Ħin Ħieles" u f'Għan 11 "Għażliet għaqlin fil-Qasam tas-Saħħa". Qegħdin isiru pjanijiet biex fl-Edukazzjoni Fiżika, barra li tibqa' fost is-suġġetti bażiċi, tkun tista' tittieħed ukoll bħala "option". B'hekk għal min jagħżel l-E.F. il-ħin jiżdied minn lezzjoni waħda għal erba' lezzjonijiet fil-ġimgħa fil-Forms 3,4 u 5 tal-Junior Lyceum u minn lezzjoni waħda għal ħames lezzjonijiet fil-ġimgħa fil-Forms 4 u 5 ta' l-Area Secondary School.
Leg 9 PQ #12351 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Infiq

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena finanzjarja li għaddiet, kemm intnefaq mill-Pixxina Nazzjonali fuq: (a) żejt biex tissaħħan il-Pixxina; (b) VAT fuq id-dħul; (ċ) fl-użu tat-telephone; u (d) fl-użu ta' l-elettriku? Kemm kienet is-somma mogħtija mill-gvern biex tgħin fl-amministrazzjoni tal-Pixxina Nazzjonali?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-nefqa mill-Pixxina Nazzjonali fuq dawn l-items matul is-sena 1999 kienu hekk: Żejt biex tissaħħan il-Pixxina - Lm57,337 Telekommunikazzjoni - Lm 2,593 Dawl u Ilma - Lm24,795 L-Amministrazzjoni tal-Pixxina Nazzjonali ngħatat Lm80,000 matul is-sena finanzjarja li għaddiet (1999) sabiex tkopri l-operat tagħha.
Leg 9 PQ #12352 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Dħul

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu d-dħul li qed jippjana li jdaħħal matul din is-sena finanzjarja mill-VAT impost fuq it-telefonati? Dawk l-anzjani u/jew morda li għandhom it-Telecare se jiġu eżentati mill-ħlas tal-VAT fuq telefonati?

Response (DALLI, JOHN)

F`din l-ewwel sena ta` VAT fuq it-telefonati, il-Gvern qed jistenna li jdaħħal mhux anqas minn miljun lira netti. Għat-tieni parti tal-Mistoqsija, ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Att ta` l-1998 dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud ma jipprovdix għal ħelsien mill-ħlas tal-VAT fuq telefonati magħmula minn dawk l-anzjani u\jew morda li għandhom it-Telecare.
Leg 9 PQ #12353 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Telecare service

Question

Jista' l-Minstru jgħid x'inhu n-numru ta' djar li qed jagħmlu użu mit-Telecare? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti? Meta għal diversi raġunijiet - bħal meta anzjana ma tkunx tista' tgħix waħedha jew id-dar li tkun qed tgħix fiha ma tkunx proprjeta' tagħha biss - u l-kont jkun (anke għal raġunijiet ovvji) fuq dak il-ħaddieħor u mhux fuq l-anzjan/a, għaliex ma jkunx hemm tgawdija ta' xi roħs li ngħata fil-passat jew li jista' jingħata 'l quddiem? Ma jaħsibx li jkun konformi mal-politika tal-gvern biex l-anzjani jinżammu id-dar flok jintbagħtu f'xi djar tal-anzjani?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-prezent in-numru ta` abbonati fit-Telecare joqrob is-7,500 fosthom mat-300 f`Ghawdex. Minn mindu gie ntrodott dan is-servizz socjali fl-1994, in-numru ta` abbonati gieli lahaq l-10,000. Bhalissa hemm 50 applikazzjoni pendenti. Min-naha tal-Maltacom isir dak kollu possibbli biex applikazzjonijiet bhal dawn, ghal ragunijiet ovvji, jigu processati minghajr dewmien u s-servizz jinghata kemm jista` jkun malajr wara li jsiru l-verifiki mehtiega. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, skond it-Tieni Skeda tat-Telephone Service Regulations ta` l-1972, kif emendati u approvati mir-Regolatur tat-Telekomunikazzjonijiet taht l-Att ta` l-1997 li jirregola t-telekomunikazzjonjiet, ma tithallas ebda kera fil-kaz ta` persuna li tapplika ghas-servizz tat-Telecare, bil-kundizzjoni li minjapplika jghix wahdu u li ghandu l-Karta r-Roza mahruga mid-Dipartiment tas-Sigurta` Socjali. Jekk wara xi zmien li jinghata dan is-servizz xi wahda minn dawn iz-zewg kundizzjonijiet jinbidlu, allura tibda tghodd il-kera normali, jigifieri ta` Lm12 fis-sena ghal servizz tat-Telecare b`remote control wiehed li ghandu wkoll l-active cord. Ma nahsibx li rohs ta` lira jew ftit izjed fix-xahar ghandu jkun kriterju li jholl u jorbot jekk il-familjari ta` anzjan jew anzjana ghandhomx jiehduhom jghixu maghhom jew le. Ta` min jigbed l-attenzjoni, li minn stharrig li taghmel il-Maltacom minn zmien ghal zmien, qed jinstab li hemm min qed jabbuza minn dan is-servizz. Il-Maltacom hija mpenjata bi shih biex tara li dan is-servizz socjali jitgawda minn min verament jimmeritah li jaghmel dan.
Leg 9 PQ #12354 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Rati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpannija Maltacom tistax tgħolli r-rati tat-telefonati lokali u/jew dawk għal barra mill-pajjiż mingħajr l-approvazzjoni tal-gvern? Kif jinterpreta d-diskors li sar miċ-chairman ta' din l-entita' li l-kumpannija ma tistax iġġorr parti mill-ispejjeż tal-VAT u b'hekk qed tikkunsidra li tgħolli xi tariffi u li dan id-diskors kien sar ftit wara d-diskors tal-Budget?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kull tariffa (inkluz dik minhabba l-VAT) ghal kwalunkwe servizz tat-telekomunikazzjoni li toffri l-Maltacom irid ikollha l-approvazzjoni minn qabel tar-Regolatur tat-Telekomunikazzjonijiet.
Leg 9 PQ #10978 Sitting 216 2000-01-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Dixxiplini sportivi

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 10105, jista' l-Ministru jgħid jekk intgħażilx xi ħadd biex imexxi u jopera dance studio fil-Pixxina Nazzjonali? X'inhuma l-kondizzjonijiet imposti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kumpannija magħżula biex tmexxi u topera dance studio fil-Pixxina Nazzjonali kienet Dance Workshop Ltd, li l-offerta tagħhom kienet l-aktar waħda vantaġġjuża.
Leg 9 PQ #11973 Sitting 216 2000-01-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Youth Exchanges

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ipparteċipaw persuni f'youth exchanges bejn l-1995 sal-lum? Fejn saru dawn il-youth exchanges u kemm intnefqu flus f'kull exchange?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Youth Exchanges bejn l-1995 u l-1999 huma kif ġej: SENA NUMRU TA' PARTEĊIPANTI 1995 120 1996 134 1997 158 1998 130 1999 153 Informat ukoll li dawn l-exchanges saru ma' dawn il-pajjiżi: 1995 Adenau, Berlin, Hamburg, Lancashire, Paderborn, Slovakia u Waldkraiburg. 1996 Rathenow, Irlanda, Napli, Ruma, Slovakia, Veneto, Verona, Waldkraibug u Wirral. 1997 Wirral, Slovakia, Rathenow, Waldkraiburg, Padova, Ċipru, Aosta, Pozzuoli, Turkija u Salerno. 1998 Rathenow, Slovakia, Lussemburgu, Turkija, Wirral, Pozzuoli, Padova, Valle di Roveto u Ċipru. 1999 Slovakia, Poland, Wirral, Padova, Pozzuoli, Verona, Turin, Tunis, Rathenow, Waldkraiburg u l-Ungerija. Fl-aħħarnett informat li d-dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport ġeneralment ma jagħmel ebda spejjeż biex gruppi Maltin iżur pajjiżi barra minn Malta. L-ispejjeż tal-vjaġġ iħallsuħ il-parteċipanti waqt li l-pajjiż li qiegħed jospita iħallas l-ispejjeż ta' l-akkomodazzjoni. L-ispejjeż involuti fil-programm huma dawk relatati miż-żjarat tal-gruppi barranin f'Malta u dawn ikunu bejn Lm15000 u Lm20000.
Leg 9 PQ #12078 Sitting 215 2000-01-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Żgħażagħ u Sport

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'hemm ippjanat għas-sena 2000 bħala ħidma fl-oqsma taż-Żgħażagħ u Sport?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-qasam ta'l-isport hemm diversi proġetti programmati għas-sena 2000, fosthom il-bidu ta' xogħlijiet fuq l-ewwel mit-tliet Kumplessi Sportivi (fin-naħa tal-Cottonera), l-ippjanar tat-tieni wieħed fil-karwija, (Safi/Kirkop), it-tkomplija ta' Skola Sport u għajnuna lill-għaqdiet u Assoċjazzjonijiet Sportivi. Fil-qasam taż-żgħażagħ ser tissokta l-għajnuna li qed nagħtu lill-għaqdiet taż-żgħażagħ u lil żgħażagħ individwali. Proġetti oħra huma l-Youth Exchanges, Youth Specialization Studies Scheme, Youth for Drama, u proġetti oħra li minn żmien għal żmien ikunu proposti lil dan il-Ministeru.
Leg 9 PQ #12072 Sitting 214 1999-12-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għaqdiet sportivi — Kontribuzzjonijiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11935, jista' l-Ministru jgħid mil-liema vot dawn l-għotjiet jingħataw? Jista' l-Ministru jgħid ukoll min jiddeċiedi u kemm jingħataw flus u xi kriterji jintużaw?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Vot li minnu jingħataw għotjiet lil diversi assoċjazzjonijiet/clubs huwa l-Vot Rikorrenti tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport. Xi għotjiet għal żviluppii kapitali nħarġu mill-Vot Kapitali. It-talbiet varji għall-għajnuna jiġu deċiżi minn bord magħmul minn nies fis-Segretarjat Parlamentari u d-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport flimkien mas-Segretarju tal-Kunsill Malti għall-iSport. Talbiet jiġu pproċessati fuq il-meriti rispettivi tagħhom.
Leg 9 PQ #12073 Sitting 214 1999-12-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Malti ta' l-Isport

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-proposti li għamel il-Kunsill Malti ta' l-Isport dwar il-kompożizzjoni kif ukoll ħwejjeġ oħra ta' l-istess kunsill, waslu għand is-Segretarju Parlamentari? Fiż-żmien li ġej, meta se jkollu jinħatar kunsill ġdid, se jimxi mal-proposti li ġew magħmula?

Response (GALEA, LOUIS)

Iva. Qed jiġu konsidrati.
Leg 9 PQ #12074 Sitting 214 1999-12-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Ambjent

Assoċjazzjoni Sportiva Tigne' — Membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri ta' l-Assoċjazzjoni Sportiva Tigne' li magħhom saru l-laqgħat dwar il-faċilitajiet sportivi u bini li qed jagħmlu użu minnhom id-diversi għaqdiet? Jeżisti statut li jirregola lill-AST? Jekk iva, jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-laqgħat tmexxew mal-Perit Charles Cassar li jirrapreżenta l-Assoċjazzjoni Sportiva Tigne'.
Leg 9 PQ #12075 Sitting 214 1999-12-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żejtun — Bozoz

Question

Jista' l-Ministru jara li żewġ bozoz, waħda lejn nofs Triq Sant'Agata u l-oħra fil-kantuniera bejn Triq Sant'Agata u Triq Dun Mikiel Cassar, iż-Żejtun jinbidlu għax huma maqtugħin?

Response (BONNICI, JOSEF)

l-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #12076 Sitting 214 1999-12-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Squash Courts

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux ħsarat fl-iSquash Courts li jinsabu fil-Pixxina Nazzjonali, minħabba fix-xita li għamlet? Jekk iva, kemm hu stmat li se tiġi l-ispiża sabiex il-ħsara tissewwa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kaġun tax-xita qalila li niżlet, ġie irrapurtat li qattar xi ilma mis-saqaf ta' l-iSquash Courts fil-Pixxina Nazzjonali. Madanakollu, ma rriżultatx xi ħsara kbira jew fit-tul. Informat ukoll li ittieħdu passi korrettivi minnufih u f'intervalli regolari sabiex jiġi assigurat li l-ħsara tkun ikkontrollata, u għaldaqstant l-ispiża tal-ħsara hija waħda żgħira.
Leg 9 PQ #12077 Sitting 214 1999-12-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar — Ikla

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-ikla li kienet saret fl-aħħar logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar bħala parti mill-bid ta' Malta għal-Logħob tas-Sena 2003? Min kienu l-membri li ffurmaw parti mill-kontinġent Malti f'isem il-Gvern? Kemm kienu l-ispejjeż minfuqa u fiex intnefqu?

Response (GALEA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numru 7559, 9347 mogħtija f'Seduti Numri 117, 147. Il-kontinġent Malti f'isem il-Gvern kien magħmul mill-Onor. Jesmond Mugliett, Segretarju Parlamentari, flimkien mas-Sur Victor Battistino, Assistent Personali tas-Segretarju Parlamentari. L-ispiża totali ta' din il-parteċipazzjoni kienet ta' Lm2,530. Din is-somma tinkludi l-ispejjeż ta' l-ikla u reception għad-delegazzjoni barranija, biljetti ta' l-ajru, insurance, akkomodazzjoni u board, u trasport.