Legislature:
Category:
Reset
Active:

Liġijiet — Youth centres

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-youth centres humiex regolati b'xi liġi? Jekk le, hemm ħsieb li fil-futur jidħlu liġijiet simili? Jekk iva, xi pjanijet qed isiru?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma hemm ebda liġi li speċifikatament tirregola Youth Centres. Rigward it-tieni u t-tielet parti tal-mistoqsija l-Onor. Interpellant hu mitlub jaghmilhom lill-Ministru koncernat.

NGOs — Abbozz ta' liġi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex wasal l-abbozz ta' liġi dwar l-NGOs? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-white paper li kienet ħarġet u xi żviluppi li kien hemm minn dak iż-żmien sal-lum, inkluż kummenti li saru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ix-xogħol fuq l-abbozz ta' liġi dwar l-NGOs wasal lejn it-tmiem tiegħu. Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li qatt ma ħarġet ebda 'white paper' mill-Gvern dwar dan il-qasam u għalhekk ma nistax nirrispondi t-tieni parti tal-Mistoqsija tiegħu.
Leg 9 PQ #14996 Sitting 267 2000-03-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Ambjent

Ġnejna — Xxogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji sabiex ġebla kbira fil-Ġnejna li tinsab fuq l-għerien li hemm fil-blat, u li hija ta' periklu għal min jgħaddi, ma tibqax ta' periklu, u dan minkejja li saru diversi rapporti lill-kunsill lokali ta' l-Imġarr?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jien infurmat li l-Kunsill ta' l-Imġarr qed isegwi din il-kwestjoni u ser jitlob l-għajnuna tas-Sezzjoni ta' l-Isplussivi tat-Taqsima tax-Xogħlijiet biex jitneħħa l-blat imsemmi. Minħabba li l-imsemmija art hi x'aktarx propjeta' privata, il-Kunsill jeħtieġlu jiċċara l-pożizzjoni tiegħu mas-sidien ta' l-għerien in kwestjoni.

Djar — Tiswija ta' gallarija

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-applikazzjoni għal tiswija ta' gallarija (dettalji qed jintbagħtu separatament) ssir kemm jista' jkun malajr minħabba li hija ta' periklu għar-residenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #14768 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ittieħditx xi deċiżjoni mill-amministrazzjoni tal-Pixxina Nazzjonali dwar jekk għandhiex titgħatta l-pixxina fix-xitwa? Saru xi taħdidiet ma' dawk li applikaw biex jagħmlu dan ix-xogħol? Jekk iva, ma' min saru?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Bord identifika l-aħjar ħames applikazzjonijiet fuq bażi teknika. Id-dettalji finanzjarji għal dawn l-applikazzjonijiet ser jiġu miftuħa mid-dipartiment tal-kuntratti meta mbagħad tiġi meħuda deċiżjoni definittiva fuq il-proġett. Sa issa l-ebda diskussjonijiet ma saru ma' dawn il-ħamsa.
Leg 9 PQ #14769 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Manteniment

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq x'użu qiegħed isir mid-diving boards? Meta sar l-aħħar manteniment fuqhom? X'sar? Qed isir reklamar biex għaqdiet barranin u anke lokali jibdew jużaw id-diving area għal taħriġ u/jew kompetizzjonijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li manteniment fuq l-equipment ta' l-ispring boards huma on-going. Fil-fatt waħda minn dawn instabet imxaqqa u ser tiġi mibdula totalment. Fil-futur qarib ser ikun hawn f'Malta kompetizzjoni Internazzjonali. Brochure ġdid qed jiġi propost f'dawn il-jiem. Dan ser jgħin ħafna għal marketing tal-faċilitajiet fil-kumpless.
Leg 9 PQ #14770 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar — Impjanti ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-impjanti ġodda li beħsiebu jibni l-gvern għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li se jsiru Malta?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Membru li l-faċilitajiet li qed jinbnew fit-tlett snin li ġejjin (tlett ċentri sportivi reġjonali) ikunu jistgħu jilqgħu xi dixxiplini fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li ser isiru f'Malta fl-2003
Leg 9 PQ #14771 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Logħob għall-Pajjiżi ż-Żgħar — Impjanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-impjanti eżistenti li l-gvern beħsiebu jirranġa/jkabbar għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li se jsiru f'Malta? X'se jiġi rranġat/mkabbar? Kemm se jiswa f'kull każ?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninforma lill-onor.Membru li għaddejjin diskussjonijiet mal-Kumitat Olimpiku Malti dwar l-impjanti eżistenti li jistgħu jiġu utilizzati għal-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar li ser isiru f'Malta fl-2003. Id-deċiżjoni finali dwar l-impjanti tittieħed wara li jkun finalizzat liema dixxiplini ser jiffurmaw parti mil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar. Sadanittant ninforma lill-onor. Membru li irrispettivament mil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar, dan il-gvern beda ħidma sabiex jinbnew faċilitajiet sportivi ġodda u jiġu upgraded faċilitajiet eżistenti. Dan ix-xogħol jinkludi t-tlestija ta' zewġ Squash Courts, il-bini ta' Fitness Gym u uffiċini ġodda għal- MOC flimkien maż-żebgħa tal-faċċati fil-Pixxina Nazzjonali. Inġieb ukoll apparat ġdid għal dawn l-istess faċilitajiet ġodda. wara ħafna żmien beda` jsir xogħol fuq l-Atlethics Track tal-Marsa. Filwaqt li qed jitħejjew rapporti tekniċi dwar l-upgrading ta' track, qed isir xogħol fuq it-turf ta' l-istess track sabiex din tkun fl-aħjar kundizzjoni għall-atleti li qed jagħmlu it-tħejjijiet għall-logħob li jkollhom qabel il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar, bħall-Commonwealth u l-Mediterranean Games. Dan qed isir għaliex nemmnu li l-faċilitajiet sportivi ma jkunux tajbin għall-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar biss, imma għal matul l-istaġuni kollha.
Leg 9 PQ #14772 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Sports — Ġlieda kontra d-droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna qed jagħti l-gvern biex tiġi miġġielda d-droga fl-isport? Kellu talbiet f'dawn l-aħħar sena u nofs minn għaqdiet sportivi biex il-gvern jgħin f'testijiet fuq atleti, players tal-football minħabba d-droga? Jekk fl-affermattiv, liema kienu u x'għajnuna intalbet?

Response (GALEA, LOUIS)

Hija il-policy tal-gvern li l-għaqdiet sportivi li jitolbu xi forma ta għajnuna mid-dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport, għandhom jaraw li jkollhom provediment fl-istatut dwar il-kontrolli kontra l-użu tad-drogi fl-isport tagħhom. Il-gvern qiegħed ukoll jirrifondi fuq bażi regolari lil dawk l-għaqdiet sportivi għal spejjeż li jirrigwardaw doping tests. Fil-fatt fl-1999 saru żewġ talbiet, waħda mill-MFA ( għall-ammont ta' LM 3768.37 ) u oħra mill-Malta Amateurs BodyBuilders Association ( għall-ammont ta' LM 494.60). Dawn iż-żewġ talbiet ġew milqugħa u fil-fatt, l-ammonti kollha rikjesti ġew rifonduti
Leg 9 PQ #14469 Sitting 256 2000-03-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Wied il-Għajn

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi u xi pjanijiet hemm sabiex l-iskola ta' Wied il-Għajn tkun tista' tilqa' t-tfal kollha li jkunu jridu jattendu f'din l-iskola, minħabba li l-popolazzjoni ta' dan il-lokal dejjem qed tikber?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għandha l-permess għall-bini ta' kindergarten ġewwa l-preċint ta' l-iskola primarja ta' Wied il-Għajn. Għaldaqstant fost il-proġetti sottomessi hemm ukoll din l-estensjoni.
Leg 9 PQ #14470 Sitting 256 2000-03-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

ILS calibration — Ċertifikati

Question

Jista'l-Ministru jgħid min kien u min għadu joħroġ iċ-ċertifikati ta' l-ILS calibration?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li l-informazzjoni mitluba hija ta` natura kummercjali ma nhossx li ghandi naghti l-isem tal-kumpanija. Madanakollu nista` nghid li l-kumpanija li taghmel dan ix-xoghol ilha taghmlu ghal numru ta` snin. L-ahhar kuntratt kien gie ffirmat biex ikopri perjodu ta` hames snin u kien gie ffirmat mill-Gvern qabel ma` r-responsabbilta` ta` l-ILS ghaddiet ghand l-M.I.A. f`Mejju ta` l-1998.
Leg 9 PQ #14137 Sitting 250 2000-02-28 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Deċizjoni

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi biex l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tinforza d-deċiżjoni kif murija f'dokumenti li qiegħed nibgħat separatament ma' din il-mistoqsija, peress li din id-deċiżjoni mhijiex tiġi nforzata?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li minn stħarriġ li sar mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar irriżulta li l-attivita` minn St. Andrews Garage fi Triq l-Uqija, Swieqi, (fil-parti t`isfel tat-triq), li saret referenza għaliha fid-dokumenti li ntbagħtu separatment mall-Mistoqsija, hija koperta minn liċenzji tal-Pulizija u għalhekk l-attivita` minn dan is-sit mhix illegali. Iżda minn garaxx aktar `l fuq fl-istess triq, u ċioe` minn garaxx nru. 39 (li wkoll iġib l-isem ta` St. Andrews), li ġie mniffed illegalment minn naħa ta` ġewwa mill-istess sid mill-garaxx kopert bil-liċenzji tal-Pulizija, kull attivita` simili tkun illegali. L-Awtorita` ta` l-Ippjanar ħarġet Stop and Enforcement Notice skond l-Att I ta` l-1992 dwar l-użu u x-xogħol illegali u saru diversi spezzjonijiet matul il-ħinijiet normali tax-xogħol, iżda ma jirriżultax li mill-garaxx nru. 39, u ċioe` dak li mhux kopert skond il-liġi, qiegħed isir xi xogħol ta` bdil fl-użu.
Leg 9 PQ #14262 Sitting 250 2000-02-28 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Land Registry — Impjegati

Question

Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-każ ta' dawk l-impjegati fil-Land Registry li nqabdu jagħmlu xogħol privat bis-sistema komputerizzata tal-gvern waqt il-ħin tax-xogħol? Meta sar l-aħħar follow up tal-każ? Għaliex l-affarijiet donnhom qegħdin jitħallew jorqdu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12244.
Leg 9 PQ #13960 Sitting 245 2000-02-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Racing Club — Laqgħat

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13718, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza ta' kull membru tal-Malta Racing Club u d-dati ta' meta attendew għal-laqgħat?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #13961 Sitting 245 2000-02-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA — Air Traffic Control Centre

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-air traffic control centre li kien inxtara mingħand id-ditta Taljana Alenia bediex jaħdem jew le? Jekk le, meta hu maħsub li dan jintuża? Kemm qam lil Malta dan l-apparat u meta tħallsu pagamenti u kemm kienu? Kemm nefqet l-MIA fuq dan il-proġett minħabba l-Y2K problem?

Response (BONNICI, JOSEF)

Is-sistema ta` air traffic control li ghaliha qed issir riferenza nxtrat mid-Dipartiment ta` l-Avvjazzjoni Civili. Ghalkemm is-sistema ma kinitx operattiva, il-flus xorta thallsu kollha. Ta` min jghid ukoll li s-sistema ma kinitx konformi mal-bzonnijiet tal-Y2K, avolja meta sar l-ahhar pagament, jigifieri fil-bidu ta` l-1998, kien hemm il-possibilta` li l-problemi jigu evitati. Madanakollu baqa` ma sar xejn. Meta f`Ottubru tal-1998 gie appuntat il-Bord tad-Diretturi ta` l-M.I.A., ittiehdet id-decizjoni li kellu jsir dak li kien mehtieg biex din is-sistema, li giet tiswa aktar minn Lm3 miljuni, tibda tahdem bżmod effettiv. Dan sar u ninsan infurmat li dalwaqt ser jibdew l-operational trials fuq is-sistema.
Leg 9 PQ #13962 Sitting 245 2000-02-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA — Dappler weather radar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qam lill-MIA d-dappler weather radar li ġie mixtri mingħand kumpannija Ġermaniża s-sena l-oħra? Dan ir-radar qiegħed jaħdem u jekk iva, meta beda jaħdem? Jekk le, meta hu maħsub li jkun jista' jintuża u għaliex dam sa issa sabiex jintuża? Kemm ħallset flus l-MIA s'issa għal dan il-proġett u f'liema dati ġew imħallsa? Kemm fadal flus x'jitħallsu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jinghad li l-kuntratt tad-Doppler Weather Radar gie ffinalizzat mid-Dipartiment ta` l-Avjazzjoni Civili f`Mejju ta` l-1998, jigifieri qabel ma` l-M.I.A. hadet ir-responsabbilta` ta` l-operazzjoni ta` l-airfield fl-Ajruport Internazzjonali ta` Malta. Il-prezz tal-kuntratt kien ta` 2,217,462 Marki Germanizi u Lm105,910 ghax-xoghol ta` inginerija civili. Il-flus ghadhom ma thallsux kollha ghax ix-xoghol li kellu jsir skond il-kuntratt ghadu ma sarx kollu. Bhalissa qed isir it-tahrig ta` nies mill-Ufficcju Meteorologiku u mill-Air Traffic Control Centre. Ir-raguni li kien hemm dewmien biex jitlesta ix-xoghol fuq id-Doppler Weather Radar kienet li min issupplixxa dan it-taghmir kellu problemi ta` natura teknika. Ghaldaqstant l-M.I.A. ma riditx tghaggel ix-xoghol biex wara jkollha tiffaccja problemi akbar.
Leg 9 PQ #13963 Sitting 245 2000-02-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Zejtun — Triq Ħal Tarxien - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li bozza li tinsab quddiem "Ninton" fi Triq Ħal Tarxien, Żejtun, u li ilha tiġi rrapportata minn Settembru 1999, għadha ma ġietx mibdula filwaqt li bozza oħra fl-istess triq ġiet mibdula eżatt kif ġiet rapportata?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant gie riferit lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex, jekk huwa l-kaz, tittiehed l-azzjoni mehtiega.
Leg 9 PQ #13964 Sitting 245 2000-02-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA — Instrument landing system

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-instrument landing system tar-runway 14 kellu l-glidepath transmitter mitfi għal kważi sena, peress li dan l-apparat ma nstabx li kien skond in-normi ta' l-ICAO meta ġie ċċekkjat mill-flight calibration, kemm f'Marzu kuf ukoll f'Ottubru tas-sena li għaddiet? Veru jew le li biex dan l-apparat reġa' ġie ċertifikat għall-użu ġew inġiniera barranin? X'inhi r-raġuni li kellhom jiġu dawn il-persuni minn barra? Jista' jgħid jekk fil-passat kienx hemm il-ħtieġa li jiġu inġiniera barranin biex jagħmlu dan ix-xogħol? Jekk le, min kien jagħmel dan ix-xogħol? Kemm kienet l-ispiża sabiex inġieb dan l-inġinier barrani? Jista'l-Ministru jgħid kemm ilu jintuża dan l-apparat?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Instrument Landing System tar-Runway 14 ghandha zewg sistemi li kull wahda tinkorpora zewg transmitters. Ta` min jghid li dawn iz-zewg sistemi t-tnejn ilhom jahdmu minn mindu gew installati, hlief f`xi perjodu meta kien hemm xoghol ta` servicing jew manutenzjoni. Waqt ix-xoghol ta` kalibrar ta` l-apparat li sar f`Ottubru ta` l-1999, giet identifikata problema, li ghalkemm mil-lat operattiv ma kinitx importanti, l-M.I.A. xorta wahda iddecidiet li titfi wiehed mit-transmitters ta` wahda mis-sistemi. Wara investigazzjoni gie stabbilit li l-problema li kienet giet identifikata f`Ottubru tas-sena l-ohra, ilha fis-sistema minn meta nxtara f`Settembru ta` l-1993. Madanakollu min kien jikkalibra dan l-apparat qabel Ottubru ta` l-1999 xorta wahda hareg certifikat li kien juri li kollox kien sew. Issa l-problema fit-transmitter giet irrangata.
Leg 9 PQ #13078 Sitting 243 2000-02-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Faċilitajiet sportivi — Trasferimenti

Question

Jista'l-Ministru jelenka dawk l-għaqdiet/assoċjazzjonijiet li talbu li jsir trasferiment lilhom ta' faċilitajiet sportivi? Liema huma dawn il-faċilitajiet? Kemm-il talba ġiet rifjutata u għaliex? Jista' jagħti l-figuri għall-1997, 1998 u 1999?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-lista ta' l-Għaqdiet/Assoċjazzjonijiet li talbu li jsirilhom trasferiment ta' faċilita` sportiva fil-perjodu bejn l-1997 u d-9 ta' Frar 1999 ġiet mgħotija fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4572 f'Seduta 73. Informat li minn din il-lista hemm talbiet miċħuda fir-rigward tal-faċilita` sportiva ġewwa l-Kalkara (Boċċi), Kordin 'C' Ground (Football) - [sid l-art huwa l-MDC], Pembroke (Tennis), Sta Venera (Boċċi), Ta' Qali (Assoċjazzjoni Sport Muturi). Dawn it-talbiet ġew miċħuda mill-Awtorita` ta' l-Ippjanar matul is-sena 1999. Hemm talbiet oħra li jinsabu pendenti sakemm isir l-assessment meħtieġ mill-awtoritajiet kompetenti. Il-lista ta' l-Għaqdiet/Assoċjazzjonijiet li talbu li jsirilhom trasferiment ta' faċilita` sportiva fil-perjodu bejn l-10 ta' Frar 1999 u l-31 ta' Diċembru 1999, ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #13720 Sitting 241 2000-02-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Bormla — Kumpless sportiv

Question

Jista'l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fil-kumpless sportiv li se jinbena f'Bormla se jkun hemm ground tal-5-aside u mhux full size? Jista' jgħid ukoll fiex waslu l-preparamenti u meta hemm il-ħsieb li dan ix-xogħol jibda?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor Membru għat-tweġiba għall-Mistqsija Parlamentari Numru 13702.