Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #15423 Sitting 278 2000-04-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet li qed isiru fil-Pixxina Nazzjonali humiex isiru bil-permessi meħtieġa jew le? Jista' jgħid x'xogħlijiet qed isiru? Liema huma dawk ix-xogħlijiet li għandhom bżonn permess?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħlijiet li qed isiru fil-Pixxina Nazzjonali huma: * Manutenzjoni ta' bini/faċilitajiet eżistenti * Tlestija ta' struttri eżistenti fi Blokk 'A' biex jiġu provduti uffiċċji għall-Kumitat Olimpiku Malti * Tlestija ta' sular intermedju * Stallazzjoni ta' servizzi fl-East Block * Tlestija ta' fitness centre fil-post fejn kien hemm uffiċini ta' l-A.S.A. Informat ukoll li l-applikazzjonijiet għall-permessi meħtieġa ġew sottomessi lill-Awtoritajiet kompetenti.
Leg 9 PQ #15252 Sitting 277 2000-04-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdxin — Trasport

Question

Tista' l-Ministru tintervjeni mal-Ministru tat-Trasport biex ikun hemm karozzi tal-linja li mill-Belt jaħdmu direttament għaċ-Ċirkewwa biex jinqata' l-inkonvenjent li qed isofru l-Għawdxin, speċjalment studenti li jattendu l-Universita', li qed jitħallew ħin twil jistennew fuq li stage ta' l-Imsida minħabba li l-karozzi kollha jgħaddu mimlija?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li minn madwar 4 snin 'l hawn, l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku fasslet skeda ta' trasport dirett mill-Belt Valletta għaċ-Ċirkewwa. Dan is-servizz isir kull 10 minuti bejn is-1.50pm u l-4.30pm.
Leg 9 PQ #15253 Sitting 277 2000-04-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Ċelebrazzjonijiet tal-millennju

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm swew iċ-ċelebrazzjonijiet tal-millennju f'Għawdex? Kif inhija mqassma din li spiża?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-ispejjeż għall-festi tal-millennju f'Għawdex huma: Lm Ġgantija Festival of Dance (Lulju '99) 4,220 Dwejra Festival of Folklor (Awissu '99) 3,780 Inawgurazzjoni taċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Millennju (Settembru '99) 4,165 Ċelebrazzjonijiet ta' Jum l-Indipendenza (Settembru '99) 2,103 Festa Kappelli (Ottubru '99) 5,460 Festa Korijiet (Novembru '99) 1,835 25 Anniversarju ta' Malta Repubblika 4,837 Milied '99 9,800 Festi ta' l-aħħar ġimgħa tal-Millennju u l-ewwel jiem tal-Millennju l-ġdid (Diċembru '99 - Jannar 2000) 33,673 Attivitajiet oħra varji (Lulju - Novembru '99) 2,437 Armar (illum propjeta' tat-taqsima tal-kultura fil- Ministeru għal Għawdex) 5,491
Leg 9 PQ #15254 Sitting 277 2000-04-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Kattidral - Parkeġġ

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'qed iżomm milli jinbeda x-xogħol fuq parkeġġ għall-karozzi fl-inħawi tal-Kattidral, kif kien imwiegħed li jsir qabel l-elezzjoni?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li qegħdin isiru diskussjonijiet bejn il-partijiet ikkonċernati sabiex possibilment il-problemi f'dan il-każ jiġu riżolti.
Leg 9 PQ #15255 Sitting 277 2000-04-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kottonera — Padiljun ta' l-isports

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal ix-xogħol biex jinbena il-padiljun ta' l-isports fil-Kottonera? Jista' l-Ministru jikkonferma li dan il-padiljun se jkun komplut u jiffunzjona sa meta jsir il-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar ta' l-Ewropa fl-2003? Liema huma dawk l-għaqdiet sportivi li d-dixxiplini sportivi tagħhom ġew inklużi fl-użu ta' dan il-padiljun? Xi pjanijiet għandu l-gvern biex jitmexxa dan il-padiljun?

Response (GALEA, LOUIS)

Għall-ewwel u t-tieni parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 13702 u 14770 rispettivament. Informat li bħalissa ma hemm ebda commitment ma' xi għaqda sportiva li ser tkun assikurata xi użu esklussiv ta' xi parti mill-kumpless sportiv. Madanakollu l-kumpless kif diżinjat jista' jilqa' fih l-isports kollu indoor (volleyball, basketball, badminton, gymnastics, table tennis, handball, etc.) kif ukoll xi faċilitajiet ta' outdoor sport.
Leg 9 PQ #15256 Sitting 277 2000-04-04 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport — Għajnuna finanzjarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-għaqdiet sportivi li ngħataw xi għajnuna finanzjarja mis-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport fi snin 1998 u 1999? Kemm kienet din l-għajnuna lil kull għaqda u għal-liema skop ingħatat?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #15257 Sitting 277 2000-04-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MOC — Għotja ta' flus

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija s-somma ta' flus li l-Ministeru għadda lill-Kumitat Olimpiku Malti fis-snin 1996 - 2000, sena b'sena? X'kienu l-kondizzjonijiet marbuta ma' din l-għotja? Jekk minbarra għajnuna biex tkopri avvenimenti internazzjonali fir-responsabbilta' tal-MOC, din kenitx tinkludi wkoll għajnuna li kellha tingħata lill-għaqdiet sportivi fi ħdan il-Kumitat Olimpiku? F'każ affermattiv, min kienu dawk l-Għaqdiet Sportivi li bbenefikaw, u kemm ingħataw kull waħda minnhom, sena b'sena bejn 1996 - 2000?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għotjiet li ngħataw lill-Kumitat Olimpiku Malti mis-Segretarjat Parlamentari matul is-snin 1996-2000 kienu: 1996 Lm 50,000 1997 Lm135,000 1998 Lm 96,500 1999 Lm140,000 2000 Lm 25,000 (sa Marzu) Dawn il-flus jingħataw lill-Kumitat Olimpiku Malti biex jiġu mgħejjuna diversi għaqdiet sportivi. Fis-snin partikolari l-għajnuna tkun marbuta mill-parteċipazzjoni ta' atleti f'kompetizzjonijiet bħal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar jew l-Olimpjadi. Il-Kumitat Olimpiku Malti jqassam l-għotjiet tiegħu lill-għaqdiet sportivi skond id-diskrezzjoni tiegħu. Madanakollu s-Segretarjat Parlamentari qiegħed jingħata tagħrif ta' dawn l-għotjiet sabiex issir koordinazzjoni ta' l-għajnuniet li jirċievu dawn l-għaqdiet.
Leg 9 PQ #15246 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Ħaddiema Għawdxin

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema Għawdxin li qegħdin jaħdmu Malta, f'dipartimenti tal-Gvern u korpi parastatali? F'liema dipartimenti huma mqassma?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant ipoġġi l-Mistoqsija lill-Ministru/Ministri konċernat/i.

ETC — Għawdxin jirreġistraw

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' Għawdxin li kienu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol f'Għawdex bejn Jannar 1999 u Marzu 2000? Għal-liema tip ta' xogħol qegħdin jirreġistraw u kif jinqasmu l-etajiet tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta' Għawdxin li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol bejn Jannar 1999 u Frar 2000 u għal-liema tip ta' xogħol kienu qegħdin jirreġistraw u l-etajiet rispettivi tagħhom.

ETC — Għawdxin jirreġistraw

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' Għawdxin li qegħdin jirreġistraw f'Għawdex għal xogħol konness mat-tbaħħir? Kemm ilhom jirreġistraw għal dan ix-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fi Frar 2000 kien hemm 28 Għawdxi li kienu qed jirreġistraw għal xogħol konness mat-tbaħħir (Ship's Deck Crew and Related Workers). Hawn taħt issib tabella fejn turi kemm ilhom jirreġistraw: SHIP'S DECK CREW AND RELATED WORKERS ------------------------------------ Taħ t 4 ġimgħat 1 4 - 7 ġimgħat 2 8 - 11 il-ġimgħa 2 16 - 19 il-ġimgħa 1 20 - 23 il-ġimgħa 3 24 - 47 ġimgħa 8 Sena sa sentejn 3 2 - 3 snin 1 3 - 4 snin 2 4 - 5 snin 1 5 - 10 snin 3 Fuq l-10 snin 1 TOTAL 28

Health Care — Servizz lill-Għawdxin

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm Għawdxin li qegħdin jingħataw is-servizz ta' l-għajnuna fid-djar mill-impjegati tal-health care? Kemm huwa n-numru ta' dawn li jwettqu din ix-xorta ta' ħidma f'Għawdex? Hemm xi applikazzjonijiet pendenti biex jingħataw din l-għajnuna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għal din il-Mistoqsija tista' tinġabar mis-Sezzjoni tal-Ħarsien ta' l-Anzjani fil-Ministeru għal Għawdex.
Leg 9 PQ #15250 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Victoria - Triq ir-Repubblika - Traffic lights

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex m'humiex jaħdmu t-traffic lights li tpoġġew fi Triq ir-Repubblika f'Victoria? Meta hemm il-ħsieb li dawn jibdew jinxtegħlu biex tnaqqas il-konġestjoni li qed ikun hemm f'dan il-post, speċjalment meta jaslu l-vapuri minn Malta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li saru diversi laqgħat bejn rappreżentanti tal-Ministeru għal Għawdex, kunsilli lokali konċernati, rappreżentanti tal-Ministeru tat-Trasport u Kommunikazzjoni sabiex jiflu r-rapporti li diġa' saru u jagħmlu r-rakkomandazzjonijiet neċessarji.
Leg 9 PQ #15251 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Catamaran — Ġarr ta' nies bejn Malta u Għawdex

Question

Matul is-sena 1999 kemm-il trip għamel il-Catamaran? Kemm ġarr nies bejn Malta u Għawdex? Tista' tgħid jekk finanzjarjament dan huwiex qiegħed iħalli telf kbir lill-Kumpannija Gozo Channel ta' kuljum?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-katamaran għamlet 724 vjaġġ bejn Malta u Għawdex minn meta bdiet topera fil-5 ta' Lulju sat-18 ta' Diċembru 1999 u ġarret 24,227 passiġġier. Naħseb li l-onor interpellant jaqbel miegħi li s-servizzi tal-kumpanija Gozo Channel huwa wieħed soċjali u infrastrutturali u għaldaqstant m'għandux jitqies biss fuq konsiderazzjonijiet dojoq ta' profittabilita' wisq inqas fuq profittabilita' ta' xi servizz partikolari li toffri l-kumpanija. Għaldaqstant ir-riżultati tas-servizz tal-katamaran iridu jiġu analizzati fil-kuntest sħiħ ta' l-operat tal-kumpanija Gozo Channel u s-servizzi kollha li din toffri. Barra minn hekk, il-kumpanija għamlet qliegħ għas-sena finanzjarja li għalqet fit-30 ta' Settembru 1999 u mistennija li tagħmel l-istess għas-sena kurrenti.
Leg 9 PQ #15044 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Għassa mal-football grounds

Question

Minbarra l-istadju prinċipali, jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija flimkien ma' l-awtoritajiet tal-football, qattx studjaw il-pożizzjoni mil-lat ta' sigurta' f'ċerti grounds bħal ta' Marsaxlokk, Mosta, Dingli u s-Siġġiewi fejn f'uħud minnhom dan l-aħħar kien hemm għadd kbir ta' players u anke supporters anke f'logħob ta' under 18 u under 16? F'dawn il-grounds dejjem ikun hemm pulizija għassa f'logħob kompetittiv?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-organizzaturi tal-logħbiet tal-kategoriji li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant jinfurmaw lill-Pulizija fejn u meta jkun ser isir il-logħob. Normalment jintbagħat pulizija wieħed, iżda meta l-Pulizija tiġi nfurmata li ċertu partiti jkollhom importanza aktar minn oħrajn, jintbagħtu aktar pulizija.
Leg 9 PQ #15045 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Furjana/Pieta' - Logħba

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu kontra numru ta' spettaturi li ġġieldu bil-kbir fil-logħba tal-football tal-U/21 bejn il-Furjana u l-Pieta', it-Tnejn, 13 ta' Marzu, u fis-Centenary Stadium f'Ta' Qali fejn anke weġġgħu xi nies? Kemm se jitressqu nies il-qorti? Fuq liema akkużi? Jikkonferma l-Ministru li fost dawk involuti fil-ġlied kien hemm pulizija pajzan li kien hemm bħala spettatur? Kemm kien hemm pulizija għassa għal din il-logħba?

Response (BORG, TONIO)

Dwar il-każ li rrefera għalih mill-Onor. Interpellant, ninsab infurmat li l-Pulizija ser tressaq 11-il persuna l-Qorti fuq ksur tal-paċi pubblika u mġieba abbużiva. Ħamsa (5) minn dawn il-persuni ser jiġu akkużati ukoll li kkaġunaw feriti ta` natura ħafifa fuq terzi persuni. Dwar Pulizija pajżan li kien spettatur waqt din il-logħba, ninsab infurmat li dan ma kienx involut fi ġlied, iżda għen lill-Pulizija li kienu xogħol waqt din il-logħba sabiex iferrqu lil dawk involuti fil-ġlied. Ninsab infurmat ukoll li kien hemm Surġent u tlett Kuntistabbli dettaljati xogħol għal waqt il-logħba msemmija.
Leg 9 PQ #15046 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Logħbijiet - Ġlied

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-pulizija minħabba ġlied kbir, kliema ħażin eċċ, f'dawn l-aħħar ġimgħat f'dawn il-logħbijiet fejn ħadu sehem żgħażagħ kollha taħt it-tmintax (18) il-sena? Il-logħbijiet huma: U/16 Sliema - Floriana li saret fil-ground ta' Marsaxlokk il-Ħadd 11 ta' Marzu. U/18 Fgura - Vittoriosa li ntlagħbet fil-ground tas-Siġġiewi, is-Sibt, 18 ta' Marzu. Kemm kien hemm pulziija għassa f'kull każ? Japprezza l-Ministru li rridu jittieħdu passi mill-pulizija biex dawn l-affarijiet li mhumiex denji mill-isportivi jispiċċaw? L-MFA u/jew il-YFA jinformaw lill-pulizija meta logħba tal-leagues iż-żgħar tkun ta' ċerta importanza?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li normalment l-organizzaturi tal-logħob tal-kategoriji li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant jinfurmaw lill-Pulizija meta partita tkun ta` ċerta importanza. Fil-fatt il-logħba bejn Sliema u Floriana kienet waħda minnhom. Għal din il-logħba kien hemm erba` pulizija ddettaljati. Skond ma jien infurmat kien għall-aħħar tal-logħba meta nqalgħu xi inċidenti fejn players ta` wieħed mit-teams bdew jipprotestaw ma` l-uffiċjali tal-logħba. Il-Pulizija preżenti taw il-protezzjoni lil dawn l-uffiċjali u s-sitwazzjoni ġiet ikkontrollata mingħajr aktar inċidenti. Pero` wieħed mill-uffiċjali tal-logħba allega li spettatur li ma jafx min hu, kien insulentah diversi drabi matul il-partita. Ninsab infurmat ukoll li għall-partita bejn Fgura u Vittioriosa ma kienx hemm pulizija preżenti. Fl-aħħar tal-partita, inqagħlu inċidenti bejn il-players, li matulhom kien hemm persuna li ġarrbet feriti u anke saret ħsara fuq vettura pparkjata barra l-ground. Il-Pulizija qed tinvestiga.
Leg 9 PQ #15047 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kapijiet ta' skejjel indipendenti/tal-Knisja għandhomx dritt li jkeċċu u/jew jissospendu studenti minħabba ksur ta' dixxiplina? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid: (a) hemmx xi terminu ta' żmien tas-sospensjoni fis-sens li jekk hemmx massimu ta' kemm il-jum jista' jiġi sospiż student; u (b) meta jitkeċċa/jiġi sospiż student minn waħda minn dawn l-iskejjel, id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għandha tiġi nformata? Japprezza l-Ministru li jekk jkun hemm sospensjoni fit-tul din tista' taffettwa l-istudji ta' l-istudenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħala regola d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ma tindaħalx f'dak li hu normalment "day to day management" iżda kapijiet ta' skejjel tal-Knisja u Indipendenti għandhom id-dritt, bħal ma' għandhom dawk ta' l-Istat, li għal raġunijiet li huma jqisuhom serji, ikeċċu jew jissospendu, studenti. Meta skola tal-Knisja jew Indipendenti tkeċċi lil xi student li jkun għadu fl-eta` li jkun obbligat jattendi l-iskola, il-kap ta' l-iskola hu fid-dmir li jinforma lit-taqsima tal-Welfare tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.
Leg 9 PQ #15201 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni inklussiva — Kumitat

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-kumitat ministerjali għall-edukazzjoni inklussiva ilu ma jiltaqa' minn Ottubru? X'inhuma t-terms of reference ta' dan il-kumitat? Min huma l-membri ta' dan il-kumitat u minn min jiddependi li dan il-kumitat jitlaqqa'?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Kumitat jitlaqqa minni bħala l-President tiegħu u dan l-aħħar ma sejjaħtlux minħabba rikonsiderazzjoni ta' kwestjonijiet li kienu qed jinqalgħu. Darba dawn ġew iċċarati l-kumitat ser jiġi msejjaħ għal laqgħa f'data viċina. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kompożizzjoni u t-terms of reference tal-kumitat.

Għoli tal-Ħajja

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ż-żieda għal għoli tal-ħajja mogħtija fl-aħħar budget ma ġietx miżjuda mas-ceiling għall-fini taċ-children's allowance, li fil-fatt baqa' Lm10,270 bħas-sena ta' qabel?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Artikoli 90A u 90B ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali jirregolaw dwar liema pensjonijiet, benefiċċji, għajnuniet u allowances għandhom jiżdiedu meta tingħata żieda għall-għoli tal-ħajja. Ir-rati taċ-Children's Allowances kif ukoll id-dħul massimu annwali li hemm stipulat fit-test tal-mezzi mhumiex regolati mill-artikoli msemmija. Din is-sena nħass li d-dħul annwali massimu ta' Lm10,270 hu adegwat u għalhekk m'għandux jiżdied.
Leg 9 PQ #14993 Sitting 267 2000-03-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Youth centres

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-youth centres humiex regolati b'xi liġi? Jekk le, hemm ħsieb li fil-futur jidħlu liġijiet simili? Jekk iva, xi pjanijiet qed isiru?

Response (GALEA, LOUIS)

Sakemm Youth Centre ma jkunx ukoll każin allura mhu regolat bl-ebda liġi speċjali u jgħoddu għalih il-liġijiet normali.