Legislature:
Category:
Reset
Active:

Lija — Konġestjonijiet

Question

Peress li qed ikun hemm konġestjonijiet tat-traffiku spissi ħdejn ir-roundabout ta' Ħal Lija (ħdejn il-Bathroom Centre), jista' l-Ministru jgħid meta din se titneħħa u, kif ġie mwiegħed kemm-il darba, jitwaħħlu traffic lights biex tittaffa din il-problema?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq mistenni li joħroġ sejħa għall-offerti biex it-triq minn B`kara Bypass sat-'Technopark' tkun irranġata u x-xogħol ser jinkludi wkoll it-titjieb ta` dan il-`junction`, għalkemm ma nafx li dan ix-xogħol ġie mwiegħed kemm-il darba.

Djar — Sussidju

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk koppji għarajjes li matul iż-żmien ibbenfikaw minn għoti ta' art taħt l-iskema tal-home ownership u li sar bini fuqha u li wara rriżulta li l-għarajjes li bbenifikaw minn din l-iskema qatt ma sar żwieġ bejniethom, skond l-istess skema, x'suppost li jsir mill-art jew proprjeta' li jkunu huma bbenefikaw minnha? Jista' jinfurmani b'xi tibdil seta' sar f'din l-iskema f'dan is-sens matul iż-żmenijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Peress li l-Awtorita' tad-Djar ħarġet diversi skemi ta' 'home ownership', u mhux il-kundizzjonijiet kollha huma simili, l-Onor. Interpellant mitlub jagħti aktar dettalji speċifiċi biex tkun tista' tingħata risposta korretta.
Leg 9 PQ #15497 Sitting 295 2000-05-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartimenti tal-Gvern — Ħaddiema Għawdxin

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema Għawdxin li qegħdin jaħdmu Malta, f'dipartimenti tal-gvern u korpi parastatali? F'liema dipartimenti huma mqassma?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

In-numru ta' ħaddiema Għawdxin li qegħdin jaħdmu Malta f'Dipartimenti tal-Gvern huwa ta' 273. Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra skeda li turi f'liema dipartiment dawn huma mqassma. Ma hemm ebda persuna Għawdxija li taħdem hawn Malta f'xi korp parastatali jew entita pubblika li taqa taħt id-dekasteru tiegħi. Jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq informazzjoni fuq xi korpi parastatali oħrajn, huwa mitlub jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #16050 Sitting 294 2000-05-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Korsa taż-żwiemel

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hux qed isir xi xogħol fil-korsa taż-żwiemel ġewwa Għawdex? Dan ix-xogħol huwa wieħed temporanju jew qed isir b'mod permanenti? Kemm hu stmat li se jqum dan ix-xogħol u kemm intnefaq s'issa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li fil-preżent qed issir manutenzjoni u xi xogħlijiet żgħar oħra fil-Korsa taż-żwiemel f'Għawdex. Jiena nfurmata wkoll li parti minn dan ix-xogħol huwa temporanju u fejn dan huwa l-każ, il-materjal ser jerġa' jintuża fuq xogħlijiet oħrajn. Ix-xogħol li sar minn Ottubru 1998 sa llum huwa stmat li sewa Lm4500 f'materjal u kiri ta' makkinarju. Minn dan l-ammont, Lm2841 ġew mgħoddija għall-ħlas.

Maltapost — Sponsor għat-tiġrijiet taż-żwiemel

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tiġrijiet taż-żwiemel li se jsiru ġewwa Għawdex fit-13 ta' Mejju, ġewx sponsorjati mill-Maltapost jew le? Hemm xi entita' oħra fid-dekasteru tiegħu li wkoll qed tisponsorja dan l-avveniment? Jekk il-Maltapost qed tisponsorja dan l-avveniment, din hija l-ewwel darba li qed jissponsorjaw avveniment simili? Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi membru tal-bord tad-diretturi tal-Maltapost li huwa nvolut anke fil-organizzazzjoni ta' dawn it-tiġrijiet?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-operazzjonijiet ta` natura kummerċjali tal-Maltapost ma jaqgħux taħt ir-responsabbilta` ta` dan il-Ministeru u għalhekk nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat. Jiena nfurmat li ma jirriżultax li hemm xi entita` fid-dekasteru tiegħi li sponsorjaw xi tiġrijiet taż-żwiemel ġewwa Għawdex li kellhom isiru fit-13 ta` Mejju.
Leg 9 PQ #16052 Sitting 294 2000-05-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Racing Club — Kumitat

Question

Jikkonferma l-Ministru li tliet membri tal-kumitat tal-Malta Racing Club mhux qed jattendu għal-laqgħat ta' dan il-kumitat? Jikkonferma li dawn it-tliet membri kienu wkoll dawk il-membri li kienu rriżenjaw xi ftit taż-żmien ilu u li minn dakinhar sal-lum qatt ma daħlu għal-laqgħat? Min huma dawn it-tliet membri?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-tlett membri huma s-sinjuri Charles Borg, Charles Farrugia u Dione Drago.
Leg 9 PQ #16053 Sitting 294 2000-05-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Żwiemel — Tiġrijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jsiru xi tiġrijiet taż-żwiemel fil-korsa taż-żwiemel ġewwa Għawdex fit-13 ta' Mejju, 2000? Min se jorganizza dawn it-tiġrijiet? Min hu responsabbli mill-isports ġewwa Għawdex, kien informat dwar dawn it-tiġrijiet sa mill-bidunett? Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Malta Racing Club oġġezzjonatx għal dawn it-tiġrijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kumitat tal-Malta Racing Club ma sab ebda oġġezzjoni biex isiru tiġrijiet taż-żwiemel fil-korsa taż-żwiemel ġewwa Għawdex. Anzi sellef l-autosart lill-organizzaturi biex ikunu jistgħu jsiru dawn it-tiġrijiet u sar ukoll xi tibdil fil-programm ta' l-istess Kumitat tal-Malta Racing Club. Għal aktar dettalji nissuġġerixxi lill-Onor. Membru jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru għal Għawdex.
Leg 9 PQ #16071 Sitting 294 2000-05-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Klieb fuq il-bejt

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi biex karozzi tal-linja ma jitħallewx għal ħinijiet twal ipparkjati fi Triq Bjaġju Galea minflok jinżammu f'garaxx intiż apposta għal dan il-għan li jinsab fi Triq Dun Karm Sant? Jista' l-Ministru jara wkoll li jittieħdu passi biex ma jinżammux klieb fuq il-bejt tad-djar "Imon E'Risa" u "Romantika" fi Triq Dun Karm Sant f'Ħal Tarxien li mhux qed iħallu r-residenti fl-inħawi jistrieħu bl-inbieħ, u minkejja li jsiru rapporti u jmorru l-pulizija, ma jiftħulhomx u l-affarijiet qed jieqfu hemm?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li minn spezzjonijiet li għamlet il-Pulizija fit-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant, ma nstabx li kien hemm karozzi ipparkjati bi ksur tar-regolamenti tat-traffiku. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, infurmat li ma jirriżultax li kien hemm xi ilment formali mal-pulizija mill-ġirien, kif huwa meħtieġ skond il-liġi, sabiex il-Pulizija tkun tista` tipproċedi. Pero` infurmat ukoll li s-sidien ġew imwissija sabiex jieħdu ħsieb il-klieb tagħhom.
Leg 9 PQ #16007 Sitting 293 2000-05-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Marsalforn — Triq Santa Marija

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se jittieħdu passi biex Triq Santa Marija if'Marsalforn issir one way, biex tinqata' l-konġestjoni kbira li jkun hemm speċjalment fix-xhur tas-sajf li qed joħloq konsegwenzi serji u nkonvenjent lil dawk li jabitaw f'din it-triq?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #16008 Sitting 293 2000-05-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Inspectors

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huma n-numru ta' inspectors li hemm iduru fuq il-ħaddiema f'Għawdex? Kemm saru spezzjonijiet minn dawn l-inspectors bejn Jannar 1999 u April 2000? Kemm instabu ħaddiema mhux f'posthom, u kemm minn dawn dehru quddiem bord tad-dixxiplina?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #16009 Sitting 293 2000-05-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Victoria, Għawdex — Kunsill Lokali

Question

Tista' l-Ministru tikkonferma li wara li biċċa art fil-viċinanzi tal-Kattidral kienet ġiet mogħdija lill-Kunsill Lokali ta' Victoria, dan issa irritornaha lill-Gvern? X'kienet ir-raġuni għal dan? X'sar issa minn din il-biċċa art?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Maritime Law — Masters Degree

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li applikaw għall-Masters Degree fil-Maritime Law (IMLI)? Kemm ġew magħżula u min kienu? Xi kwalifiki kellhom u xi kriterji ntużaw fil-proċess ta' l-għażla? Min kienu dawk li ffurmaw parti mill-bord ta' l-għażla?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #16048 Sitting 293 2000-05-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gozo Channel — Free trips

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gozo Channel hux qed tagħti free trips għal vjaġġi bejn Malta u Għawdex lis-sidien taż-żwiemel u dan b'mod partikolari għal tiġrijiet li se jsiru fit-13 ta' Mejju, 2000?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li l-Kumpanija Gozo Channel ghandha impenn socjali, f`okkazjonijiet specjali, tisponsorizza certi attivitajiet ta` natura edukattiva, kulturali jew sportiva li jsiru f`Ghawdex, partikolarment meta dawn ikunu fuq skala nazzjonali. F`dan il-kuntest il-Gozo Channel sponsorizzat lil Gozo Horse Racing Association fl-okkazjoni tal-`Kampjonat Oracl Casino` li sar nhar is-Sibt 13 ta` Mejju 2000. L-isponsorizzar inghatat taht forma ta` biljetti b`xejn tal-vapur lill-partecipanti kollha.
Leg 9 PQ #16049 Sitting 293 2000-05-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tiġrijiet taż-Żwiemel — Sponsors

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk xi korporazzjoni jew xi entita' oħra fid-dekasteru tiegħu sponsorjawx it-tiġrijiet taż-żwiemel li se jsiru fit-13 ta' Mejju, 2000 ġewwa Għawdex?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat, li minbarra l-isponsorizzar imsemmi fit-twegiba ghall-mistoqsija precedenti, il-Maltapost tat is-somma ta` hames mitt lira bhala sponsorizzar ghall-attivita` li ghaliha qed issir riferenza.
Leg 9 PQ #15995 Sitting 292 2000-05-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Spiżeriji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn spiżeriji f'Malta u Għawdex u fejn jinsabu f'kull lokalita'? Jista' l-Ministru jgħid ukoll x'inhi l-proċedura sabiex jinfetħu aktar spiżeriji?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li f'Malta u Għawdex jeżistu total ta' mitejn u seba' spiżerija. Il-lokalitajiet fejn jinsabu dawn l-ispiżeriji qegħdin indikati fil-lista (Dok. A) annessa. Peress li diskussjonijiet dwar proċedura sabiex jinfetħu aktar spiżeriji għadhom għaddejjin, risposta ma tistax tingħata f'dan l-istadju.
Leg 9 PQ #16002 Sitting 292 2000-05-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skolasport — Gymnastics - Attivitajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif jiġu magħżula t-tfal li jieħdu sehem fil-gymnastics fl-Iskola Sports sabiex jipparteċipaw f'attivitajiet u programmi televiżivi? X'inhi r-raġuni li dejjem jintgħażlu l-istess nies u mhux it-tfal kollha jingħataw ċans?

Response (GALEA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Membru jgħid għal liema attivitajiet u programmi televiżivi qiegħed jirreferi biex l-uffiċċjali konċernati jagħtuni t-tagħrif meħtieġ.
Leg 9 PQ #16003 Sitting 292 2000-05-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Livell Avanzat - Taljan

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex reġa' kien hemm żbalji fil-karta ta' l-eżami tat-Taljan fil-Livell Avanzat li sar il-Ġimgħa li għaddiet, kemm fl-ewwel kif ukoll fit-tieni karta? Għaliex l-istudenti ma ġewx informati bl-iżbalji? Japprezza l-Ministru li xi studenti jistgħu jiġu penalizzati minħabba dawn l-iżbalji?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Bord tal-Matsec eżamina bir-reqqa l-karti ta' l-eżami msemmija, u ma sab ebda żball li jista' jtellef marki lill-kandidati. Għaldaqstant ser ngħaddi kopja ta' karta ta' l-eżami msemmija u nitlob l-Onor. Membru jindika dawn l-iżbalji li qed jirreferi għalihom. Informat ukoll li fl-eżami ndikat qatt ma rriżulta li kien hemm żbalji simili u għalhekk il-frażi "reġa' kien hemm" ma' tirriżultax li hi korretta.
Leg 9 PQ #16004 Sitting 292 2000-05-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Swimming Gala

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li s-swimming gala għat-tfal ta' l-iskejjel li kellu jsir fil-pixxina nazzjonali f'Tal-Qroqq, is-Sibt 6 ta' Mejju, tħassar? Huwa minnu li dan sar l-aktar biex ma jfixkilx timijiet barranin li qed jitħarrġu fil-pixxina? Meta hemm il-ħsieb li dan il-gala jinżamm?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li qatt ma kien hemm swimming gala riservata għas-6 ta' Mejju.
Leg 9 PQ #16005 Sitting 292 2000-05-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — European studies

Question

Issa li ġie mħabbar li wieħed mis-suġġetti għas-sena skolastika bħala option se jkun il-European Studies, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ktieb u/jew gwidi fuq kif għandu jiġi mgħallem? Kemm-il għalliem mill-iskejjel ta' l-Istat, tal-Knisja u dawk indipendenti qed jattendu kors msejjaħ mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni dwar dan is-suġġett? Fil-każ ta' skejjel tal-Knisja u indipendenti liema huma dawk l-iskejjel li bagħtu għalliema? Kemm-il għalliem?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li issa li tlesta l-kurrikulu, ser ikunu l-għalliema, waqt it-taħriġ tagħhom, li jibnu l-gwidi tal-lezzjonijiet, u li l-għażla ta' l-għalliema biex jattendu l-kors li qed jirreferi għalih l-Onor. Membru għadha qed tiġi proċessata.
Leg 9 PQ #16006 Sitting 292 2000-05-15 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tal-Knisja - Suġġetti obbligatorji

Question

Peress li jidher li xi kapijiet ta' l-iskejjel tal-Knisja u dawk indipendenti għad m'għandhomx stuzzjonijiet eżatti dwar liema huma s-suġġetti li jridu jidħlu bħala obbligatorji fis-sena skolastika li tibda f'Settembru 2000, jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk is-suġġetti obbligatorji u optional li jridu jiġu mgħallma fil-primarji u/jew sekondarji? Jekk ikun hemm suġġett fil-lista ta' l-optional bħalma ġie mħabbar il-European Studies, allura tista' skola ma toffrihx lill-istudent tagħha?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.