Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #18414 Sitting 355 2000-07-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Ambjent

Żejtun — Ġnien tal-Kmandant

Question

Jista' l-Ministru jgħin f'xogħol ta' restawr li hemm bżonn li jsir fil-Ġnien tal-Kmandant fiż-Żejtun u dan wra li l-Kunsill Lokali diġa' kiseb il-permessi meħtieġa mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar wara li kien tlesta rapport fuq il-ħtiġijiet ta' l-istess ġnien?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-policy tat-Taqsima tar-Restawr fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent hi li ma tidħolx għal xogħol li jkun diġa' ġie ppreparat minn perit privat, u dan minħabba raġunijiet t'etika professjonali. Mill-banda l-oħra, l-istess Taqsima, li għandha fi ħdanha periti speċjalizzati fir-Restawr, dejjem għamlet l-aħjar biex tirrispondi għall-esiġenzi ta' restawr ta' diversi Kunsilli bi proċess sħiħ ta' preparazzjoni ta' rapporti u pjanti kif ukoll eżekuzzjoni ta' xogħol li jkun riċerkat mill-istess taqsima.
Leg 9 PQ #17338 Sitting 353 2000-07-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Premises

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-għaqdiet, clubs, jew organizzazzjonijiet li għandhom premises fil-kumpless tal-pixxina nazzjonali? Fuq liema kriterji ngħataw u kemm hu l-ħlas dovut f'kull każ?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għaqdiet li qed jagħmlu użu minn premise fil-kumpless tal-pixxina nazzjonali huma: Għaqda Ħlas fis-sena (1) Amateur Swimming Association Lm 600 (1) Malta Volleyball Association Lm 600 (1) Malta Squash Rackets Association Lm 300 (1) Malta Waterpolo Referees Association Lm 150 (1) Kunsill Malti għall-Isport Lm 500 (1) Kumitat Olimpiku Malti Lm 900 (1) Tigne Judo Club Xejn (1) Swimming Promotion Unit Xejn (1) Sports & Human Performance Centre MOC Xejn (1) Mr J. Woods - Information Technology Lm 500 (2) Mrs B. Peterson - Chiropractor Lm 500 (2) Mrs P Bonello - Psychologist Lm 300 (2) Edwards Sports Ltd Lm 600 (3) Dance Workshop Ltd Lm3,000 (1) Dawn l-għaqdiet/individwi ġew allokati l-premises wara li saret talba individwali u ġie kkunsidrat il-każ. (2) Il-premises ġew allokati wara li ħareġ avviż għal persuni/ għaqdiet li huma nteressati li jikru spazju fil-Kumpless tal-Pixxina. (3) Il-premises ġie allokat fuq proposal li rċieva l-Management Board tal-Pixxina wara li dehru avviżi fil-gazzetti. Hemm ukoll 'catering concession', Gallop Dragon Ltd li ngħatat wara sejħa għall-offerti. Il-ħlas huwa ta' Lm25 kuljum.
Leg 9 PQ #18086 Sitting 349 2000-07-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

EU Directorate

Question

Jista' l-Ministru jgħid l-EU Directorate kemm ħarġu consultancies minn Settembru 1998 sal-lum? Fuq liema suġġetti u kif saret is-sejħa, jekk saret? Min ingħata dawn il-consultancies u kemm huwa l-ħlas? Fuq liema kriterji dawn ġew magħżula?

Response (BORG, JOE)

Peress li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar risposta għall-mistoqsija magħmula mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #18087 Sitting 349 2000-07-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UE — Għotjiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħadna flus bħala pajjiż, bħala għotjiet u mhux self, mill-Unjoni Ewropea mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum?

Response (BORG, JOE)

Wara t-tibdil tal-Gvern fl-1996 u minħabba li l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropeja ġiet iffriżata, il-programm indikattiv tar-Raba' Protokoll finanzjarju, li kien diġa sar, kellu jiġi rivedut. Matul l-1999 ġie iffinaliżżat il-programm indikattiv il-ġdid u l-flus ġew committed fil-budget tal-Unjoni Ewropeja. Dawn kienu jikkonsistu f'7 MEURO bħala għotjiet, li jinkludu 2 MEURO risk capital. Il-Financing Agreements tal-proġetti kollha li jaqgħu taħt dan il-Protokoll ġew iffirmati fl-1999 u fil-bidu ta' din is-sena. Dan ifisser li l-proġetti issa kollha qegħdin fil-fażi ta' implimentazzjoni. Din is-sena il-Kummissjoni ħarġet ir-regolament dwar il-fondi pre-accession għal Malta. Għas-sena 2000 hemm allokati 6 MEURO. Il-programm ta' proġetti għal din is-sena ġie iffinaliżżat u qiegħed jiġi diskuss fil-Kummissjoni.
Leg 9 PQ #18116 Sitting 349 2000-07-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

EU — Programmi - Fondi

Question

Jista' l-Ministru jgħid min ħareġ il-fondi sabiex pajjiżna jipparteċipa fil-programmi ta' l-Unjoni Ewropea? Liema huma dawn il-programmi u kemm hemm flus għal programmi? Meta nħarġu dawn il-fondi għal dawn il-programmi?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed minn meta waslitli l-mistoqsija biex jinġabar it-tagħrif mitlub, kostrett nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #18002 Sitting 348 2000-07-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kumitat tal-Karnival

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi maħtur il-kumitat tal-karnival? Jista' jgħid jekk hux se jkun hemm xi tibdil fil-mod kif jinħatar dan il-kumitat?

Response (GALEA, LOUIS)

Qed tiġi studjata talba biex isir xi tibdil fl-istruttura organizzattiva. Dettalji jingħataw meta jkun il-waqt.
Leg 9 PQ #17933 Sitting 347 2000-07-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għaqdiet sportivi — Finanzjament

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17450, min huma l-persuni li jiffurmaw il-bord li jiddeċiedi kemm jagħtu u lil min jagħtu għotjijiet lill-għaqdiet sportivi u oħrajn? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kriterji li jintużaw?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Board li jiddeċiedi l-għajnuna finanzjarja lill-għaqdiet sportivi huwa magħmul minn:- Sur John Demanuele Direttur Żgħażagħ u Sport Sur Anthony Ghio Dipartiment Żgħażagħ u Sport Sur Victor Battistino Assistentt Personali Sinjorina Tanya Zahra Dipartiment Żgħażagħ u Sport (Segretarja) Il-Kriterji li jintużaw sabiex tiġi stabbilita l-għajnuna huma kif muri fid-dokumenti li ser jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #17934 Sitting 347 2000-07-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma wettaq il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ minn mindu reġa' twaqqaf sal-lum? Kemm intnefqu flus u fuq xiex kienu minfuqa, b'mod separat? Jista' jagħti lista tas-safar u min mar?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #17951 Sitting 347 2000-07-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żejtun — Triq il-Bies - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li Triq il-Bies, fiż-Żejtun, tiġi mdawla aħjar minħabba li hemm bozza waħda biss?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant biex jiżdied id-dawl fi Triq il-Bies iż-Zejtun, ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi mistħarrġa u jekk ikun meħtieġ id-dawl jiżdied.

Ċentri ta' Matul il-Jum — Persuni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti breakdown ta' l-etajiet tal-persuni li jattendu fiċ-Ċentri ta' Matul il-Jum? Jista' jagħti breakdown ta' dawk li jinsabu fil-waiting list?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi Seduta oħra.

Ċentri ta' Matul il-Jum — Ħaddiema

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fiċ-Ċentri ta' Matul il-Jum, wieħed wieħed, u x'taħriġ dawn ingħataw u x'taħriġ hemm maħsub li jingħata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi Seduta oħra.

Impjiegi — Persuni li nqatgħu mir-reġistru

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqatgħu nies mir-reġistru tax-xogħol (Part 1) mill-ETC minn Settembru 1998 sal-lum, xahar b'xahar? Jista' jagħti din l-informazzjoni skond l-etajiet tagħhom u skond ir-raġuni li għaliha jew maqtugħa mir-reġistru tar-reġistrar għax-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni ghada qed tingabar u tinghata f'xi Seduta ohra.
Leg 9 PQ #17794 Sitting 341 2000-07-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Foundation for Medical Services — Membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Foundation for Medical Services? Kemm qed jitħallsu kull wieħed u x'għandhom allowances? Fuq liema kriterji qed jingħataw dawn l-allowances u meta ngħatawlhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Dawn huma l-membri tal-Bord tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi u l-ħlas u l-allowances li qed jieħdu. Board Member Honorarium Allowances Date of Per Annum appointment _____________________________________ ____________________________ Dr. J.L. Pace Lm7,000 Car + Mobile + Home Phone 19 February 1999 Mr. Rene' Formosa Lm4,500 Mobile + Home Phone 19 February 1999 Mr. Albert Attard Lm2,500 Nil 19 February 1999 Dr. Ray Busutti Lm2,500 Nil 19 February 1999 Dr. Ray Xerri Lm2,500 Nil 19 February 1999 Mr. D. Spiteri Gingell Lm2,500 Nil 19 February 1999 Dr. N. Azzopardi Muscat Lm2,500 Nil 19 February 1999 Mr. E.C. Micallef Lm2,500 Nil 10th May 2000 Mr. Saviour Sciberras Nil Nil 10th May 2000 ______________________________________________ ___________________ Is-Sur Formosa kien appuntat Vice President fis-17 ta' Marzu u rriżenja mill-kariga u minn membru tal-Bord fit-22 ta' Ġunju 2000. Dwar l-aħħar parti tad-domanda, nirreferi l-Onor. Membru għall-Istatut ta' l-F.M.S.
Leg 9 PQ #17725 Sitting 339 2000-07-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Data Protection — White paper

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-white paper dwar id-Data Protection?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-“White Paper” dwar Qafas Leġislattiv għat-Tħaddim ta’ l-Informazzjoni inkluż id-“Data Protection”
Leg 9 PQ #17654 Sitting 336 2000-07-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Membri tal-Kabinett/Segretarji Parlamentari

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tar-renumerazzjoni għall-kariga tagħhom (inklużi allowances) li jirċievu l-membri tal-Kabinett u s-segretarji parlamentari individwalment?Kemm minn dawn in-renumerazzjoni u allowances huma suġġetti għat-taxxa fuq l-income?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qiegħed nagħti r-remunerazzjoni (inkluż) allowances għall-karigi tal-Ministri u Segretarji Parlamentari. L-Expense Allowance biss mhuwiex taxxabbli. Salarju Expense Bonus Allowance Statutorju Lm Lm Lm Prim Ministru 11,877 2,500 220 Ministri 10,531 1,000 220 Segretarji Parlamentari 10,083 1,000 220
Leg 9 PQ #17585 Sitting 334 2000-07-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Racing Club — Membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jinħatru l-membri tal-Kunsill Malti tal-Malta Racing Club? Jista' jgħid ukoll jekk din id-darba dan il-kunsill hux se jiġi maħtur mill-Prim Ministru?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ser jiġu adottati l-proċeduri normali bħal fi snin oħra fil-ħatra tal-Kumitat tal-Malta Racing Club għas-sena 2000/2001.
Leg 9 PQ #17586 Sitting 334 2000-07-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Racing Club — Kunsill ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji se jinħatar il-kunsill il-ġdid tal-Malta Racing Club?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ħatra tal-Kumitat il-ġdid tal-Malta Racing Club ser issir skond il-kriterji stabbiliti u li ġew imħaddna tul is-snin kemm ilu jiġi maħtur dan il-Kumitat.
Leg 9 PQ #17463 Sitting 332 2000-06-30 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — IT

Question

Fid-dawl tad-diskors li sar li f'pajjiżna m'aħniex insibu ħaddiema fejn għandu x'jaqsam ma' l-IT u li lanqas għalliema mħarrġa biex jgħallmu dan is-suġġett fl-iskejjel ma għandna, jista' l-Ministru jgħid x'inhu jsir min-naħa tal-ministeru/dipartiment ta' l-edukazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed minn meta waslitli l-mistoqsija biex jinġabar it-tagħrif mitlub, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #17464 Sitting 332 2000-06-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żejtun — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi sabiex bozza li tinsab fl-indirizz imsemmi separatament u li qed titfi u tixgħel tiġi rranġata?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta` l-Onorevoli Interpellant giet mghoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni mehtiega u jekk ikun il-kaz tittiehed l-azzjoni necessarja.
Leg 9 PQ #17337 Sitting 325 2000-06-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

EUR 1 Ċertificate — Dazju

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari numru 16998, jista' l-Ministru jgħid jekk hux meħtieġ li jkun hemm xi persentaġġ li jrid ikun magħmul barra l-Unjoni Ewropea sabiex dak jew dawk il-prodotti jeħlu d-dazju, minkejja li jkun hemm EUR 1 certificate?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kif diġa intqal fir-risposta għal P.Q. Numru 16999, kull prodott jew kategorija ta` prodotti għandhom il-kriterji tagħhom biex jieħdu l`oriġini tagħhom u b`hekk jikwalifikaw għal preferenza skond il-provedimenti ta` l-EEC\Malta Agreement. Dawn il-kriterji jinsabu fl-iskeda ta` l-agreement.