Jista' l-Ministru jgħid meta sar ir-reading tal-kont tad-dawl u l-ilma li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li l-qari ta' l-arloġġi tad-dawl u l-ilma fuq il-kont li għalih qed issir riferenza sar f'dawn id-dati:
Fis-6 ta' Diċembru 1997, fis-16 ta' Marzu 1998, fil-25 ta' Mejju 1998, fl-24 ta' Awissu 1998 u fl-4 ta' Diċembru 1998 sar qari uffiċjali.
Fis-7 ta' Mejju 1999 il-qari ġie mogħti mill-konsumatur.
Fil-25 ta' Awissu 1999 il-post instab magħluq mill-meter reader.
Fid-19 ta' Jannar 2000 il-qari ġie mogħti mill-konsumatur, u
Fis-26 ta' Mejju sar qari uffiċjali.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nurmu 18025, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm minn dawn il-ħaddiema spiċċaw jew biż-żmien jew minħabba li rriżenjaw jew minħabba xi raġuni oħra?
Il-ħaddiema li baqgħu impjegati maċ-Ċivil baqgħu fl-istess post jew grad? Ingħata xi taħriġ lil dawn il-ħaddiema sabiex il-Gvern iwieġeb għall-isfidi tal-lum?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li kont tajt għall-mistoqsija numru 7072 illi tirrispondi parzjalment il-mistoqsija.
Biex tingħ
ata tweġ
iba sħ
iħ
a, hemm involut ammont konsiderevoli ta’ xogħ
ol manwali, illi nifhem li mhux vijabbli li jsir.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex jikkonferma jekk hux qed issir tiswija ta' karozzi bla ebda permess f'garage biswit il-Fond 53 Triq Melita, Sliema ma jibqax isir, u jekk fl-affermattiv dan jitwaqqaf?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn stħarriġ li għamlet il-Pulizija ma jirriżultax li qed isir xogħol kif imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-area fil-village core li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament hijiex se tiġi żviluppata jew titwaqqa'? Jekk iva, x'se jsir u x'bini se jitwaqqa? Hemm ħsieb li din id-deċiżjoni tinbidel peress li din hija area antika?
Response (BORG, TONIO)
Il-policy ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar hi li kemm jista` jkun ma jintilifx il-wirt urban ta` l-istreet pattern li għandna fil-qalba ta` l-irħula Maltin. Toroq wiesgħa mhux biss ifissru tkissir u demolizzjoni ta` djar li jistgħu jittranġaw għall-abitazzjoni, imma żieda ta` traffiku u konġestjoni żejda fiċ-ċentru. Dan hu konfermat fil-Pjan ta` Struttura. Għaldaqstant twessiegħ ta` toroq ma jistgħax ikun rakkomandat.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari numru 18025, jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema gradi kienu mpjegati l-ħaddiema li ġew impjegati wara April 1987?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra skeda li turi f’liema gradi kienu impjegati l-ħaddiema li daħlu fiċ-Ċivil bejn Mejju u Diċembru 1987, kif ukoll skeda li turi l-gradi ta’ l-impjegati li ddaħlu bejn Jannar u April 1987.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti breakdown ta' l-etajiet tal-persuni li jattendu fiċ-Ċentri ta' Matul il-Jum?
Jista' jagħti breakdown ta' dawk li jinsabu fil-waiting list?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fiċ-Ċentri ta' Matul il-Jum, wieħed wieħed, u x'taħriġ dawn ingħataw u x'taħriġ hemm maħsub li jingħata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jid x'kienet ir-raġuni li ftit taż-żmien ilu fil-Malta Racing Club xi membri tal-kumitat amlu x-xool li s-soltu jsir mill-bookmakers?
Kienet diskussa fil-kunsill din il-materja?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li meta l-Klabb beda jorganizza t-tiġrijiet tas-sajf li jsiru fuq perjodu ta' 6 jew 7 ġimgħat, tlieta mill-bookmakers iddeċidew li ma jagħmlux xogħol ta' bookmakers waqt dawn it-tiġrijiet u t-tnejn l-oħra offrew figura baxxa ħafna.
Minħabba li kienet meħtieġa azzjoni mmedjata, iċ-Chairman iddiskuta l-każ ma' xi membri tal-Kumitat u ġie deċiż li "odd betting" isir mill-Klabb. Dan ix-xogħol sar minn membri li għandhom esperjenza f'dan ix-xogħol bis-sorveljanza ta' membri oħra tal-Kunsill.
Dan ix-xogħol sar darba biss peress li ftit ġranet wara ntlaħaq ftehim ma' tlieta mill-bookmakers li aċċettaw li jaħmdmu waqt it-tiġrijiet tas-sajf.
B'referenza all-mistoqsija parlamentari numru 16527, jista' l-Ministru jid meta saru l-laqat li qed jinad li saru b'mod regolari? Min attenda al dawn il-laqgħat?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li normalment il-Kumitat tal-Malta Racing Club jiltaqa' darba fil-ġimgħa. Kienet saret laqgħa fil-5 ta' Ġunju u ftit taż-żmien wara, fit-18 ta' Ġunju intemm l-istaġun normali tat-tiġrijiet taż-żwiemel. Il-Kumitat reġa' ltaqa' fit-30 ta' Ġunju biex jiġu diskussi t-tiġrijiet tas-sajf. Ma sarux aktar laqgħat wara din id-data għaliex ma kienx hemm urġenza ta' xogħol. Il-Kumitat jerġa' jibda jiffunzjona regolarment wara li jiġi maħtur il-Kumitat il-ġdid fi ftit ġimgħat oħra.
Jista' l-Ministru jid kemm intefqu flus f'safar mill-Malta Racing Club? Min siefer u x'kienet ir-raġuni li għaliha siefru? Xi gwadann sar permezz ta' dan is-safar all-Malta Racing Club?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bejn l-1 ta' Lulju u t-30 ta' Ġunju intefqet is-somma ta' ftit aktar minn Lm4,000 f'safar.
Is-safar li sar mill-membri tal-Kumitat tal-Malta Racing Club dejjem kien minħabba parteċipazzjoni f'attivitajiet internazzjonali mtella' mill-Union Europenne du Trot li l-Klabb huwa membru tiegħu. L-U.E.T. torganizza kampjonati darba f'sena kemm għall-ġerrejja professjonali kif ukoll għall-apprendisti.
Barra minn hekk ikun hemm xi laqgħat tal-kungressi ta' l-Union Europenne du Trot li għalihom jattendu uffiċjali tal-Klabb. Il-preżenza ta' dawn il-membri f'dawn il-laqgħat hija importanti kemm biex l-istess membri jaġġornaw ruħhom ma' dak li qiegħed isir u wkoll biex Malta jkollha l-opportunita` titfa' l-vot tagħha f'ċertu deċiżjonijiet importanti bħal dik ta' l-aħħar laqgħa li saret il-Ġermanja u li fiha sar tibdil fl-Istatut.
Il-Malta Racing Club jieħu sehem ukoll f'kampjonati li jsiru kull sena f'Ruma u Moska.
Il-membri li siefru kienu Kenneth Vella, Piju Saliba, Lucienne Cassar, Ray Mifsud, Alfred Ciangura, Randolph Camilleri u Simone Zammit Endirch.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rendikont finanzjarju tal-Malta Racing Club? Jista' jgħid ukoll min huma l-awdituri tal-Malta Racing Club?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li peress li s-sena finanzjarja tal-Malta Racing Club tagħlaq fit-30 ta' Ġunju, l-accounts tagħhom għadhom ma ġewx 'audited'. Għalhekk m'huwiex possibbli li jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. L-awdituri tal-Klabb huma R.S. Attard.
Jista' l-Ministru jid kemm tħallsu dawk il-ħaddiema li daħlu għax-xogħol meta kien hemm l-istrajk fl-MIA mill-20/8/99 'il quddiem? Kemm kienu dawn il-ħaddiema li daħlu għax-xogħol?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'Seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17338, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx għaqdiet jew organizzazzjonijiet oħrajn li qed jagħmlu użu minn xi spazju fil-Pixxina Nazzjonali?
Jista' jgħid ukoll fuq liema kritierji s-Sur J. Woods ingħata dan l-ispazju? Kien hemm persuni oħrajn li xtaqu xi spazju u għal xi raġuni jew oħra ma ġewx akkomodati?
X'benefiċċju qed igawdu l-għaqdiet sportivi bis-servizzi mogħtija mis-Sur Woods?
Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li għandu s-Sur J. Woods?
Response (GALEA, LOUIS)
M'għandi xejn x'inżid mat-tweġibiet li diġa' tajt għall-Mistoqsija msemmija u għall-mistoqsijiet supplimentari li weġibt verbalment fuqha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu għar-rapport li għamlu dwar il-PBS Dr. Cannataci u Prof. S. Chircop?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-ħlas sar lid-Dipartiment konċernat ta' l-Universita` u mhux lill-individwi, filwaqt li t-tagħrif mitlub jinsab publikat fir-Rapport li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra "Redefining the Role of Public Broadcasting in Malta".
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 18086?
Response (BORG, JOE)
Is-sena l-oħra l-Gvern alloka somma ta' flus lill-European Union Directorate biex tintuża għal-studji u economic impact assessments fuq materji li huma parti mill-acquis communautaire. L-European Union Directorate fil-Ministeru tiegħi ma' kkommissjona l-ebda consultancy fiż-żmien speċifikat fil-mistoqsija.
Il-European Union Directorate pero' għamel użu minn dawn il-flus biex iffinanzja ċerti consultancies li ġew ikkommissjonati minn Ministeri oħra. L-European Union Directorate ma kienx involut la fil-formazzjoni tal-kriterji tal-għażla għall-dawn il-consultancies u lanqas fl-għażla innifisha tal-Consultants.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-consultancies msemmija li ġew iffinanzjati mill-European Union Directorate minn dawn il-fondi.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 18116?
Response (GALEA, LOUIS)
Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Progress Report No.1 (January-June 2000) ta' l-EUPU u Stqarrija għall-Istampa li fihom it-tagħrif mitlub. Il-fondi ġew votati fl-Estimi 2000.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11156, jista' l-Ministru jgħid il-persuni msemmija x'konsulenza taw s'issa u kemm tħallsu ta' din il-konsulenza?
Response (GALEA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Membru li t-tagħrif mitlub jinsab miġbur fir-risposti għal domandi 17573, 17417 u 10721. Fil-każ ta' r-Rev Prof Peter Serracino Inglott, s'issa, ma jieħu ebda remunerazzjoni.