Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħdi x'inhi r-raġuni li ċ-children's allowance ta' din il-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw under separate cover tnaqqsu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 18010, jista' l-Ministru jgħid kemm mill-flus imsemmija għaddew għall-isport jew lil xi għaqdiet sportivi?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall-din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 18010, jista' l-Ministru jgħid kemm mill-flus imsemmija għaddew għall-isport jew lil xi għaqdiet sportivi?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont mgħoddi għall-isports u għaqdiet sportivi hu ta' Lm215,000.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 18414, jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu sabiex Ġnien tal-Kmandant fiż-Zejtun jiġi restawrat?
Jista' jgħid ukoll jekk sarux diskussjonijiet jew kuntatti mal-kunsill lokali taż-Zejtun dwar x'jista' jsir?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Waqt li nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għal-mistoqsija Parlamentari nru.18414, jiena ninsab infurmat li ma saru l-ebda diskussjonijiet jew kuntatti bejn il-Kunsill Lokali taż-Żejtun u l-Unit tar-Restawr, Taqsima tax-Xoghlijiet dwar ir-restawr ta' Ġnien tal-Kmandant fi]-Żejtun.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 18410, jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-ħlas li għadda lid-dipartiment konċernat ta' l-universita' u kemm minn dawn il-flus għaddew għand Dr. Cannataci u Prof. Chircop?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ċ-Ċentru ta' l-Istudji għall-Kommunikazzjoni u Teknoloġija ta' l-Universita` li għamel ir-Rapport fuq ix-xandir pubbliku tħallas Lm2400 li minnhom ma tħallsu xejn la lil Dr Joseph Cannataci u lanqas li Prof. Saviour Chircop.
B'riferenza għall-mistoqsija numru 17730 jista' l-Ministru jagħti l-gradi f'kull suġġett ta' l-2,446 student/a li għaddew? Jista' l-Ministru jagħti wkoll il-gradi ta' dawk li għaddew minn xi suġġett jew aktar iżda mhux mill-ħamsa li huma?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-2,446 student/a li għaddew mis-suġġetti kollha fl-eżami għad-dħul fl-ewwel klassi tal-Junior Lyceum 2000 ġabu l-gradi kif ġej:
GRAD MALTI INGLIŻ MATEMATIKA RELIĠJON STUDJI SOĊJALI
A 305 279 267 429 264
B 897 923 887 847 1029
C 1235 1244 1292 1149 1146
Eżenti 9 0 0 21 7
TOTAL 2446 2446 2446 2446 2446
Il-gradi ta' dawk li għaddew minn xi suġġett jew aktar iżda mhux mill-ħames suġġetti huma kif ġej:
GRAD MALTI INGLIŻ MATEMATIKA RELIĠJON STUDJI SOĊJALI
A 1 1 2 4 0
B 55 42 37 67 54
C 1050 234 334 1856 1333
D 867 1175 958 224 636
E 236 770 889 49 197
Eżenti 8 0 0 21 8
Assenti 59 63 65 64 57
TOTAL 2285 2285 2285 2285 2285
B'riferenza għall-mistoqsija numru 17961, tista' l-Ministru tgħid jekk sarx xi rapport dwar il-bżonn li jiġu impjegati aktar ħaddiema mal-Gozo Channel? Jekk iva, tista' tpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk le, tista' tgħid min ħa din id-deċiżjoni li jiġu impjegati dawn il-ħaddiema? Tista' tgħid ukoll qabel ġew impjeagti dawn il-ħaddiema, min kien qed jagħmel dan ix-xogħol? Ġew impjegati ħaddiema oħra mill-mistoqsija msemmija hawn fuq sal-lum?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jçna nfurmata li saru diversi rapporti jew talbçt dwar il-bżonn li jiġu mpjegati aktar ħaddçma mall-Gozo Channel fi gradi differenti. Dawn jinkludu:
(i) Ittra mibgħuta mill-Malta Maritime Authority datata 28 ta’ Jannar 1998 dwar “Safe Manning” fuq il-vapuri tal-Gozo Channel.
(ii) Ittra mibgħuta mill-Gozo Channel lic-Chairman tal-MIMCOL datata 9 ta’ Diċembru 1998.
(iii) Ittra mibgħuta mill-Fleet Management Executive tal-Gozo Channel lic-Chairman ta’ l-istess Kumpanija, datata 15 ta’ Frar 1999 fuq “Staff Requirements”.
(iv) Ittra mibgħuta mill-Gozo Channel lic-Chairman tal-MIMCOL datata 5 ta’ Marzu 1999 fuq “Staff Manning Concept - Requirement of Additional Personnel”.
(v) Ittra mibgħuta mill-Gozo Channel lic-Chairman tal-MIMCOL datata 17 ta’ Mejju 1999 fuq l-istess suġġett.
(vi) Rapport tal-MISCO datat Lulju 1999.
Jçna nfurmata li r-Rapport tal-MISCO huwa ta’ natura kummerċjali u għaldaqstant ma nħossx li għandu jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Id-deċiżjoni li jiġu mpjegati dawn il-ħaddçma ttçħdet mill-Kumpanija Gozo Channel wara li ġabet il-permessi meħtçġa u applikabbli għall-Kumpaniji parastatali.
Qabel ġew impjegati dawn il-ħaddçma ix-xogħol tagħhom kçn isir kif ġej:
General Manager
-
Mic-Chairman tal-Kumpanija
Financial Controller
Accounts Manager
Accounts/Payroll Clerk
Customer Service Operators
Terminal Assistants
Handymen
-
Minn ħaddçħor li jew rriżenja jew ġç trasferit għal xogħol çħor fil-Kumpanija.
Business Development Manager
Engineering Manager
Catering Executive
Customer Service Officers
Cabin Attendants
-
Dawn huma gradi ġodda fil-Kumpanija u ġew impjegati bçx jittejjeb is-servizz
Masters
First/Deck Officers
Chief Engineers
Electronic Engineers
-
Dawn huma gradi ġodda fil-kompitenza minħabba is-“
Safe Manning
” fuq il-vapuri l-ġodda u l-apparat.
Seamen
-
Minn l-istess grad jew bis-sahra jew mil-leave mhux mehud.
Qed impoġġi l-lista tal-ħaddçma li ġew impjegati mill-1 ta’ Jannar 1999 sa l-20 ta’ Settembru 2000, inklużi dawk li ġew impjegati mill-1 ta’ Lulju sal-ġurnata tal-lum, fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ċ-child care allowance bħal dik mogħtija liċ-chairperson ta' l-Awtorita' tad-Djar, tinfirex fuq ħaddiema oħra fiċ-ċivil u fil-korporazzjonijiet u l-awtoritajiet oħra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Dan il-Gvern huwa favur miżuri li jgħinu lin-nisa jintegraw fid-dinja tax-xogħol mingħajr ma jxellfu r-responsabilita' tagħhom lejn il-familja. Hemm lista ġmielha ta' miżuri li l-Gvern wettaq, fosthom il-"maternity leave" u l-"parental leave" sa massimu ta' erba' snin. Dan il-Ministeru għandhu politika li tħeġġeġ iż-żieda tas-servizzi għal "child care" u jfaħħar dawk l-ażjendi li juru bil-fatti li huma jaċċettaw ukoll dan il-prinċipju.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal l-istadjum ta' kif il-gvern jista' jgħin fit-tkomplija ta' Victor Tedesco Stadium fil-Hamrun? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm ħareġ flus il-gvern għal dan l-istess ground?
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' l-impjegati li jirċievu s-salarji tagħhom mid-dipartiment ta' l-isport u jgħid x'salarji, benefiċċji u allowances oħra għandhom fix-xahar u f'liema grad qegħdin u x'tip ta' xogħol jagħmlu? Jista' jgħid ukoll liema huma dawk il-ħaddiema li huma on loan, on secondment, jew inkella t-trasferiment tagħhom għadu mhux uffiċjali?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor. Membru għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 18991.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' l-impjegati li jirċievu s-salarji tagħhom mid-dipartiment taż-Żgħażagħ u jgħid x'salarji, benefiċċji u allowances oħra għandhom fix-xahar u f'liema grad qegħdin u x'tip ta' xogħol jagħmlu?
Jista' jgħid ukoll liema huma dawk il-ħaddiema li huma on loan, on secondment jew inkella t-trasferiment tagħhom għadu mhux uffiċjali?
Response (GALEA, LOUIS)
Ma jidhirlix li hi l-prassi u lanqas jidhirli li amministrattivament jagħmel sens li d-Dipartimenti tal-Gvern jippubblikaw it-tagħrif mitlub mill-Onor. Membru. Filwaqt li l-Kumitat Parlamentari tal-Kontijiet Pubbliċi dejjem jista' jindaga materji fil-kompetenza tiegħu, l-Onor. Membru jista' wkoll jagħmilli mistoqsijiet fuq punti li huma speċifiċi.
Jista' l-Ministru jgħdi f'dawn l-aħħar erba' snin sal-lum, sena b'sena, kemm kien l-ammont fi' flus ta' l-iScratch & Win u kemm minnhom ġew mgħoddija għall-isport? Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kif ġew utilizzati l-flus fl-iScratch & Win?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall-din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hu jew is-Segretarju Parlamentari kenux jafu jew kenux informati minn min hu konċernat dwar xogħol li kien qed isir mingħajr il-permessi meħtieġa mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, fiċ-Ċentru Nazzjonali għar-Restawr ġewwa Bighi?
Kumitat Konsekuttiv dwar l-Ippjanar — Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali
Question
Jista' l- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament irriżenjat minn membru fuq il-Kumitat Konsekuttiv dwar l-Ippjanar bħala rappreżentant l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-persuna msemmija rriżenjat minn membru fuq il-Kumitat Konsultattiv dwar l-Ippjanar bħala rappreżentant tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali għaliex inħatret biex tirrapreżenta lill-istess Assoċjazzjoni fuq il-Kumitat tal-Utenti ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar.
Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma wettqet it-Tax Compliance Unit sa mit-twaqqif tagħha sal-lum? Huwa parti mix-xogħol ta' dan il-unit li jidħlu fis-servizzi soċjali ukoll?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall-din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li Triq l-Għadiba ġewwa Ħaż-Żabbar tiġi mdawwla aħjar?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Jista' l-Ministru jara li Triq il-Kaħwiela ġewwa Ħaż-Żabbar tiġi mdawwla?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 16537, jista' l-Ministru jgħid meta bdew id-diskussjonijiet, fiex waslu u x'kienet ir-raġuni prinċipali sabiex bdew dawn id-diskussjonijiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li din il-materja hi fl-inkarigu tal-Ministeru tal-Politika Soċjali u, allura, mhinix informat preċiżament dwar id-diskussjonijiet.
Fid-dawl tad-diskors li sar li f'pajjiżna m'aħniex insibu ħaddiema fejn għandu x'jaqsam ma' l-IT u li lanqas għalliema mħarrġa biex jgħallmu dan is-suġġett fl-iskejjel ma għandna, jista' l-Ministru jgħid x'inhu jsir min-naħa tal-ministeru/dipartiment ta' l-edukazzjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni matul dawn l-aħħar snin għamlet diversi korsijiet għall-għalliema biex ikunu mħarrġa aħjar f'dan il-qasam. Dawn il-korsijiet isiru fl-ICT Learning Centre, kif ukoll fis-CITEDUC is-Swatar.
Mis-sena l-oħra, bħala parti mill-iskola sajf bdew isiru korsijiet għall-għalliema kollha fit-taħriġ tal-kompjuters.
Barra minn hekk għal dawn l-aħħar tlett snin, id-diviżjoni qed jisponsorja għalliema biex jattendu korsijiet li jwasslu għal diploma fl-edukazzjoni ta' l-IT fl-Universita` ta' Malta.