Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #19620 Sitting 379 2000-10-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsa Sports Ground — Track

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li t-track tal-Marsa Sports Ground mhux qed tkun mixgħula filgħaxija, minkejja li jkun hemm diversi atleti għat-training?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-track tal-Marsa Sports Complex qed tkun mixgħula kuljum filgħaxija sabiex l-atleti jkunu jistgħu jittrenjaw fiha. Informat ukoll li mill-bidu ta' din is-sena bdew jinxtegħlu wkoll il-pitches tal-football sabiex ikun jista' jsir training fuqhom ukoll. F'dawn l-aħħar ġimgħat beda jinxtegħel ukoll Ground 5. dan kollu juri l-impenn tal-gvern li bil-fatti, jipprovdi aktar faċilitajiet għat-taħriġ sportiv.
Leg 9 PQ #19624 Sitting 379 2000-10-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Segretarju Parlamentari — Żjara f'Sydney, Awstralia

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew minfuqa flus sabiex is-Segretarju Parlamentari mar Sydney l-Awstralja għall-olimpijadi?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 19137 u 19140
Leg 9 PQ #18980 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Scratch & Win

Question

Jista' l-Ministru jgħdi f'dawn l-aħħar erba' snin sal-lum, sena b'sena, kemm kien l-ammont fi' flus ta' l-iScratch & Win u kemm minnhom ġew mgħoddija għall-isport? Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kif ġew utilizzati l-flus fl-iScratch & Win?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba dwar l-ammont fi flus ta’ l-iScratch and Win hija kif ġej: Sena Bejgħ Sports Soċjetajiet Filantropiċi Lm Lm Lm 1996 1,680,000 Nil Nil 1997 1,212,000 Nil Nil 1998 1,240,000 Nil 185,500 1999 1,094,000 140,000 423,600 2000 561,000 200,000 290,000 Wara li ġew imnaqqsa l-ispejjeż kollha konnessi ma’ din il-logħba baqa’ fil-fond l-ammont ta’ Lm155,000.
Leg 9 PQ #18983 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Tax Compliance Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma wettqet it-Tax Compliance Unit sa mit-twaqqif tagħha sal-lum? Huwa parti mix-xogħol ta' dan il-unit li jidħlu fis-servizzi soċjali ukoll?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol li wettqet s’issa it-‘Tax Compliance Unit’ kien dak ix-xogħol kollu neċessarju sabiex it-‘Tax Compliance Unit’ tkun tista tibda tiffunzjona, inkluż dak ta’ infrastruttura u ingaġġ ta’ nies professjonali. Ser ikun parti mix-xogħol ta’ dan il-‘Unit’ li jidħlu wkoll fis-servizzi soċjali.
Leg 9 PQ #19469 Sitting 376 2000-09-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Racing Club — Membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri fil-Malta Racing Club?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-kumitat rikostitwittal-Malta Racing Club hu kompost kif ġej: Chairman: Is-Sur George Fenech Membri: Is-Sur Charles Borg Is-Sur Anthony Debono Is-Sur Dione Drago Is-Sur Charles Farrugia Is-Sur Raymond Mifsud Is-Sur Piju Saliba Dr Joseph J. Vella Is-Sur Kenneth Vella.
Leg 9 PQ #19380 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Wied il-Għajn — Dawl fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx applikazzjoni pendenti sabiex isir xi dawl f'area ġdida magħrufa bħala Tan-Nadur, fi Triq l-Għassies, Triq Lampuka, Triq Vjola u Triq Wistin Borne f'Wied il-Għajn?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #19454 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PULSE — Għajnuna finanzjarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema bażi l-għaqda PULSE ma ngħatatx għajnuna finanzjarja? Fuq liema kriterji jiġi deċiż min jingħata fondi u min ma jingħatax?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li din is-sena kien hemm 67 għaqda li applikaw għal għajnuna finanzjarja, iżda minħabba r-riżorsi limitati, kienu 20 biss li ngħataw għajnuna għall-proġetti li ppreżentaw. Il-bord iddiversifika kemm seta' l-proġetti u kkunsidra wkoll l-impatt tagħhom. Ta' min ifakkar li Pulse diġa' ingħataw għajnuna fl-1997 u fl-1998.
Leg 9 PQ #19456 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Airshow — Persuni mistiedna

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kien responsabbli sabiex jiġu mistiedna nies għall-airshow li sar il-Ħadd, 24 ta' Settembru, 2000? Fuq liema bażi ġew mistiedna dawn il-persuni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Malta International Airshow mhijiex attivita' li taqa' taħt il-kontroll tal-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi jew xi entita' li tifforma parti minn dan il-Ministeru.

Kunsilli Lokali — Ħlas ta' kera ta' artijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kunsilli lokali hux qed jiġu mitluba jħallsu kirjiet għall-artijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħhom, bħal, ngħidu aħna, ġobba pubbliċi?

Response (GATT, AUSTIN)

L-ebda kera ma tithallas ghall-artijiet bhal gonna pubblici li ghall-manutenzjoni jaqghu taht ir-responsabbilta tal-Kunsilli Lokali.
Leg 9 PQ #19463 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Tipjip

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija numru 18995?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ir-risposta għal mistoqsija nu. 18995 ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #19465 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Sports — Finanzi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija numru 18994?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont mgħoddi għall-isports u għaqdiet sportivi hu ta' Lm215,000.
Leg 9 PQ #19005 Sitting 371 2000-09-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Serq

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18305, 18306 u 18307 jista' l-Ministru jgħid kif isir l-istħarriġ fil-pulizija sabiex każi ta' serq minn djar privati stabbilimenti kummerċjali u vetturi jkunu solvuti? L-istħarriġ isir mill-pulizija fil-għassa konċernata? Kemm għandhom ħin sabiex ikunu jistgħu jlaħħqu max-xogħol tal-ġurnata wkoll? Jingħataw għajnuna b'mod ċentrali? Qed jiġi ppjanat xi tibdil dwar din il-proċedura msemmija b'risposta għall-ewwel mistoqsija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab informat illi l-investigazzjonijiet ta' reati li qiegħed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant, huwa parti mix-xogħol tal-ġurnata tal-Pulizija tad-Distrett, li fih ikun sar ir-reat. Il-Pulizija tad-Distrett għandhom l-assistenza kollha tas-sezzjonijiet speċjalizzati tal-Korp tal-Pulizija, bħalma huma t-Taqsima tal-Forensika u t-Taqsima ta' l-Investigazzjoni Kriminali. Sabiex l-Ispetturi fid-Distretti jkollhom aktar ħin għad-dispożizzjoni tagħhom sabiex jagħmlu dawn l-investigazzjonijiet, il-Korp tal-Pulizija qiegħed fil-proċess li jwaqqaf it-Taqsima tal-Prosekuzzjonijiet. L-għan ewlieni huwa li titnaqqas l-attendenza ta' l-Ispetturi investigaturi fil-Qrati u jkollhom aktar ħin x'jiddedikaw għall-investigazzjoni u xogħol ieħor konness fit-tmexxija tad-Distretti rispettivi. Wieħed ukoll ma jridx jinsa' li s-sena l-oħra kien hemm żieda fin-numru ta' Spetturi fid-Distretti tal-Pulizija. Barra minn hekk fil-bidu ta' Settembru li għadda, 22 kadet bdew il-kors tagħhom ta' sena fl-Akkademja tal-Pulizija sabiex jikkwalifikaw bħala Spetturi tal-Pulizija.
Leg 9 PQ #18998 Sitting 370 2000-09-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impressed Drivers

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' impressed drivers li għażlu mpjieg bħala labourer? Kemm minnhom għażlu li jikru l-vettura tagħhom lid-dipartiment tal-gvern? Kien hemm xi bdil f'xi kondizzjonijiet li tħabbru aktar qabel?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li kien hemm sitt mija u tlieta u ħamsin ‘Impressed Drivers’ li għażlu li jkollhom impjieg bhala ‘Labourer (ex-Impressed Driver)’. Sitt mija u ħdax minnhom għażlu li jikru l-vettura tagħhom lid-dipartimenti jew entitajiet governattivi fejn qegħdin jaħdmu. Erba’ mija u erbgħin minnhom qegħdin f’dipartimenti tal-Gvern. Ma kien hemm ebda tibdil fil-kundizzjonijiet li tħabbru aktar qabel.
Leg 9 PQ #18999 Sitting 370 2000-09-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Racing Club

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rendikont finanzjarju tal-Malta Racing Club?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kunsill il-ġdid tal-Malta Racing Club kellu l-ewwel laqgħa tiegħu fid-19 ta' Settembru meta s-sitwazzjoni finanzjarja ngħatat prorita` u ttieħdu passi biex jingħata rendikont ġenerali permezz ta' awdituri. Meta jitlesta r-rapport inkun f'qagħda li nagħti d-dettalji li jkunu ta' interess pubbliku.
Leg 9 PQ #19000 Sitting 370 2000-09-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Racing Club — Chairman

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 18652, jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni mistoqsija, jiġifieri min attenda għal dawn il-laqgħat bl-ismijiet ta' dawk preżenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li għal laqgħat: * fil-5 ta' Ġunju 2000 kien hemm preżenti Paul Midolo, Kenneth Vella, Raymond Mifsud, Pio Saliba, Randolph Camilleri, Mario Meli, Ray Clifton, Joe Cordina, Lucienne Cassar u Frans Catania * 30 ta' Ġunju 2000 - kien hemm preżenti Paul Midolo, Kenneth Vella, Pio Saliba, Alfred Ciangura, Joe Cordina, Randolph Camilleri, Raymond Mifsud u Mario Meli.
Leg 9 PQ #19001 Sitting 370 2000-09-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Racing Club — Safar

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 18656, jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba siefru kull membru li huma msemmija li siefru fit-tweġiba mogħtija f'Seduta 360? Jista' jgħid jekk f'kull każ kenux akkumpanjati minn xi nies li m'humiex membri tal-Malta Racing Club? Jekk iva, min kienu dawn in-nies u lil min jirrappreżentaw u min ħallas?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-membri li siefru matul l-istaġun 1999 - 2000 kienu - Pio Saliba (2) - Kungress tal-UET f'Jannar: Seminar tal-UET dwar użu ta' internet u computers fi Frar. Kenneth Vella (3) - Jannar għal Kungress tal-UET: Ġunju bħala uffiċjal jakkumpanja lis-sewwieq Mario Seguna fil-kampjonat tal-Mediterran tat-Trott f'Ruma, Awissu - b'emerġenza minflok Mario Meli li fl-aħħar ħin kien indispost mar Moska bħala uffiċjal jakkumpanja lis-sewwieq Tony Cauchi għal Kampjonat Ewropew għal Sewwieqa Apprendisti organizzat mill-UET. Alfred Ciangura (1) - Mejju - Jakkumpanja lis-sewwieq George Schembri fl-Olanda u l-Belġju għall-Kampjonat tas-Sewwieqa Professjonali organizzat mill-UET. Raymond Mifsud (1) - Ġunju - Flimkien ma' Kenneth Vella kien bħala uffiċjal jakkumpanja lil Mario Seguna fil-kampjonat ta' Ruma. Lucienne Cassar (1) - Lulju - Flimkien ma' Randolph Camilleri akkumpanjat lil Noel Baldacchino waqt kampjonat ta' ħbiberija f'Moska. Randolph Camilleri (1) - Lulju - Akkumpanja lil Noel Baldacchino waqt kampjonat ta' ħbiberija f'Moska flimkien ma' Lucienne Cassar. Simone Zammit Endrich (1) - Attendiet għal Kungress tal-UET f'April ġo Berlin. Fil-każ ta' parteċipazzjoni fil-kampjonati tal-UET, l-akkomodazzjoni tas-sewwieq u ta' l-uffiċjal kienet imħallsa mill-pajjiż organizzattiv: fil-każ ta' parteċipazzjoni fil-kampjonat tal-Mediterran tat-Trott f'Ruma l-organizzaturi ħallsu kemm l-akkomodazzjoni u anki l-passaġġ tas-sewwieq u anki l-akkomodazzjoni ta' uffiċjal: fil-każ tal-Kampjonat f'Moska l-organizzaturi ħallsu l-akkomodazzjoni ta' sewwieq u uffiċjal. Wieħed irid jirrimarka li minn dawn il-vjaġġi joħorġu ukoll il-ġid. Jinbnew kuntatti ġodda għall-futur filwaqt li ċertu sewwieqa kellhom riżultati pożittivi għal Tony Cauchi li spiċċa fl-ewwel post fil-kampjonat tal-apprendisti u Noel Baldacchino li f'kampjonat ta' ħbiberija f'Moska spiċċa fir-raba' post.
Leg 9 PQ #19002 Sitting 370 2000-09-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA — Strajk - Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 18663?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fl-20 ta' Awissu, 1999, minn 751 ħaddiem tal-Malta International Airport, kien hemm 27 ħaddiem li kienu fuq strajk. Dawk li daħlu għax-xogħol meta kien hemm l-istrajk tħallsu skond il-provvedimenti tal-Ftehim Kollettiv.
Leg 9 PQ #19003 Sitting 370 2000-09-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Unjoni Ewropea — VAT

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 18623, jista' l-Ministru jgħid meta nbeda l-kuntratt tal-konsulent dwar il-VAT u kemm-il siegħa ħa f'laqgħat sal-lum? Dwar it-tliet konsulenti fil-MFSC jista' jgħid jekk dawn għamlux xogħol marbut ma' l-Unjoni Ewropea?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-konferma tal-kuntratt dwar il-leġislazzjoni tal-VAT saret fit-28 ta' Jannar 2000. Sa' llum saru tliet laqgħat u wkoll ħafna ħin ta' preparazzjoni, għalhekk mhinix f'pożizzjoni li ngħati aktar dettalji. Fir-rigward tal-MFSC, tnejn mit-tlett konsulenti ġew assenjati xogħol marbut ma' l-Unjoni Ewropea.

Statistika

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 18469, jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti din l-istatistika maqsuma skond l-etajiet, is-sess u l-livell ta' l-edukazzjoni tagħhom? Jista' jagħti din l-informazzjoni aġġornata sal-preżent u mhux sa Ġunju biss?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-Tweġiba ser tingħata f'xi Seduta oħra minħabba li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.