Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Assistenti Diretturi
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14440 u b'mod partikolari fejn hemm il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, jista' l-Ministru jgħid min huma l-assistenti diretturi u f'liema sezzjoni jinsabu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Assistenti Diretturi li nħatru qgħedin f'dawn is-sezzjonijiet li ġejjin:
Dipartiment tas-Servizzi - Mr Edward Caruana (Information Resource
Management)
Korporattivi - Mr Paul Ebejer (Finance & Administration)
Diviżjoni ta' l- - Mr Anthony Cachia (Proġetti Kapitali)
Edukazzjoni
Dipartiment tal-Kurrikulu - Ms P. Apap (Curriculum Development)
- Mr L. Żammit ( ICT)
Dipt. Ippjanar u Żvilupp - Dr Sarah Sammut (Staff Devolopment and Training
- Mr Leslie Agius (Non State Schools / Recruitment)
Dipt. ta' l-Operations - Dr Cecilia Borg (Operations)
- Ms Gemma Cachia (Operations)
- Ms Georgina Cachia (Operations)
Dipt. Servizz għall- - Ms Josephine Baldacchino (ADE - Student Services)
Istudenti u Relazzjonijiet - Mr Michael King (ADE - Special Educational Needs) Internazzjonali - Mr Anthony DeGiovanni (ADE - International
Relations)
Dipt. ta' l-Istudji Ogħola - Mr Joe Bonniċi (Operations)
u Edukazzjoni għall- - Ms Margaret Ellul (Curriculum Development &
Adulti Implementation)
Dipt. tal-Finanzi u - Mr David Degabriele (Riżorsi Umani)
Aministrazzjoni - Mr John Sant (Servizzi Finanzjarji)
Dipartiment ta' l-Eżamijiet - Mr Joseph Caruana
Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji - Mr Hugo Mizzi
Dipartiment tal-Mużewijiet - Mr Joseph Farrugia (Finance &
Administration)
Jista' l-Ministru jwieġeb l-mistoqsija parlamentari numru 19703 f'Seduta Nru. 384 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' jgħid kemm persuni tressqu l-qorti u/jew weħlu xi multa jew ħabs għax kisru l-liġi kontra d-dagħa f'dawn l-aħħar għaxar snin?
Jista' jagħti din l-informazzjoni sena b'sena u x'weħħlu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika tat-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar persuni li tressqu l-Qorti dwar dagħa.
Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 19378 f`Seduta 377.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 19705?
Response (GALEA, LOUIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-lista sħiħa mitluba mill-Onor. Membru.
Dwar il-ħidma tiegħu hemm il-Kumita Olimpiku li jista' jagħti tweġiba. Skond informazzjoni mill-Kumitat Olimpiku Malti s'issa sar xogħol fuq l-Akkomodazzjoni, xogħol preparatorju għall-għażla ta' Sport u l-impjanti relattivi, diskussjonijiet dwar pjanijiet ta' Marketing, xogħol fuq Budgets, involviment iżjed fl-isport mill-istudenti fl-iskejjel u ċ-Ċerimonji tal-ftuħ u ta' l-għeluq.
Rigward l-aħħar parti tal-mitoqsija, informat li qiegħed ikun studjat kif jista' jiġi ffinanzat investiment akbar fil-faċilitajiet sportivi qrib il-pixxina, iżda meta jkun hemm pjanijiet konkreti, dawn isiru pubbliċi.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 19491, preċiżament fl-aħħar żewġ paragrafi tat-tweġiba, jista' l-Ministru jgħid liema taxxi rrevoka l-gvern u x'aġġustamenti oħra saru permezz ta' avviżi legali?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 18877, filwaqt li nifhem li hemm ammont konsiderevoli ta' xogħol ġaladarba s-sistema mhux komputerizzata, jista' għallinqas jgħid x'taħriġ jingħataw l-impjegati taċ-ċivil u liema gradi jattendu għalihom jew hu maħsub li jattendu?
Il-korsijiet li jsiru huma volontarji jew le?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
It-taħriġ li jingħataw l-impjegati tal-Gvern huwa wieħed estensiv u huwa mifrux fuq is-setturi kollha fis-Servizz Pubbliku. Dan jinkludi taħriġ fuq “management”, informatika, taħriġ fuq l-“acquis communitaire”, proċeduri u sistemi tad-dipartimenti tal-Gvern, kif ukoll taħriġ fuq snajjà speċjalizzati.
It-taħriġ jingħata għal gradi kollha fis-Servizz Pubbliku u jittella’ mill-“iStaff Development Organisation” fl-Uffiċċju tiegħi, u fejn hemm bżonn, flimkien ma’ dipartimenti oħra tal-Gvern.
Ġeneralment, il-parteċipazzjoni ta’ mpjegati tal-Gvern fuq korsijiet imtellgħin mill-SDO ssir jew wara sejħa għall-applikazzjonijiet jew wara li jkunu nominati mill-kapijiet tagħhom.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17078 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni f'Seduta Nru. 366 u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' , jista' l-Ministru jgħid meta bdew id-diskussjonijiet, fiex waslu u x'kienet ir-raġuni prinċipali sabiex bdew dawn id-diskussjonijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Id-diskussjonijiet li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant saru fl-isfond tal-provvedimenti ta' l-acquis ta' l-Unjoni Ewropea dwar Kapitolu 13 li jirrigwarda l-Politika Soċjali u l-Impjieg, u li jkopri wkoll is-suġġett ta' reklamar u sponsorship minn ażjendi tat-tabakk f'avvenimenti sportivi, għalkemm dan is-suġġett partikolari jaqa' taħt ir-responsabbilita' tal-Ministeru tas-Saħħa.
Il-liġi li tirrigwarda dan is-suġġett f'Malta hi l-Att dwar il-Kontroll tat-Tipjip tat-Tabakk (Kap. 315) u ġie stabbilit li din trid tiġi emendata biex tipprojbixxi reklamar u sponsorship minn ażjendi tat-tabakk f'avvenimenti sportivi.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-MITTS tixtri post bħala uffiċċju u dan fid-dawl ta' mistoqsija numru 19029 fejn mill-1992 sa din is-sena tħallsu eluf kbar ta' liri f'kera?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li sal-lum, il-MITTS ma għandhiex il-ħsieb li tixtri jew tbiddel l-uffiċini tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux issir xi studju dwar is-sistema tat-tqassim tal-mediċini u fuq il-kartuna s-safra u roża?
Min qed jagħmel dan l-istudju/eżerċizzju u meta hemm maħsub li dan jitlesta?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fid-Diviżjoni tas-Saħħa fil-preżent ma hu għaddej l-ebda studju fuq it-tqassim tal-mediċini u fuq l-kartuna s-safra u r-roża.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14705, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min huma l-gruppi ta' nies li kkwalifikaw għas-sussidju?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna li tgħix waħedha jew familja li tissodisfa t-test tal-kapital u t-test tal-mezzi kif ikkalkolat skond it-Tieni Taqsima tat-Tieni Skeda ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap 318) tkun intitolata għal skont fuq il-kontijiet tad-dawl u ilma, sakemm ebda membru ta' dik il-familja jew xi persuna oħra li jgħixu ma' l-Applikant ma jkunux impjegati jew jaħdmu għal rashom.
F'każ ta' familja li tirċievi l-Għajnuna Soċjali u li magħha ma jgħixux xi persuni li mhumiex membri ta' dik il-familja, tkun intitolata għal dan l-iskont avolja xi membru tal-familja, minbarra l-kap jew martu, ikunu impjegati jew jaħdmu għal rashom.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14801, jista' l-Ministru jagħti breakdown tan-numru ta' nies li jaħdmu fis-settur privat tal-manifattura skond l-etajiet tagħhom?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant ma teżistix.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid l-iskema ta' l-Uffiċċju Konġunt "Ixtri Darek jew Ifdi ċ-Ċens" li għalqet fit-30 ta' Diċembru, 1996, fiex waslet u jekk l-applikanti ntlaqgħux l-applikazzjonijiet tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni tressqu l-qorti u/jew weħlu xi multa jew ħabs għax kisru l-liġi kontra d-dagħa f'dawn l-aħħar għaxar snin?
Jista' jagħti din l-informazzjoni sena b'sena u x'weħħlu?
Response (GATT, AUSTIN)
Billi l-akkuzi fuq reati inkluzi dawk li kisru l-ligi kontra d-dagha isiru mill-Pulizija, nissuggerixxi li din id-domanda tigi riferita lilhom. Barra minn hekk fil-Qrati ma tinzammx tali statistika.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-kumitat maħtur sabiex jorganizza l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li se jsiru f'pajjiżna fis-sena 2003?
Liema huma l-kumitati l-oħra maħtura u min huma l-persuni li jagħmlu parti minn dawn is-sotto-kumitati?
Jista' jagħti rendikont tal-ħidma tagħhom mit-twaqqif sal-lum?
Jista' jgħid jekk hemmx xi ħsieb ta' xi proġett qrib il-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu sabiex il-football ground tax-Xgħajra jiġi rranġat u ma jibqax ta' periklu għal dawk li jiffrekwentawh, b'mod speċjali t-tfal?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li wara l-laqgħa li saret bejn uffiċjali tal-Klabb tax-Xgħajra Tornadoes F.C. u s-Segretarju Parlamentari l-Onor. Mugliett (fil-preżenza ta' l-Onor. C. Abela u C. Agius) lejn l-aħħar ta' Awissu, is-Segretarjat stħarreġ kif jista' jiġi mgħejjun dan il-Klabb.
Ta' min jgħid li meta fil-5 ta' Awissu 1998 il-Kumitat talab l-għajnuna lis-Segretarju Parlamentari ta' dak iż-żmien sabiex jiġi rranġat il-fence (li kien diġa' fi stat perikoluż), is-Segretarjat approva għotja ta' Lm2,500 għal dan ix-xogħol. Fil-fatt, il-flus ingħataw lill-Klabb fit-30 ta' Settembru 1998. Ġara iżda li dawn il-flus ma intefqux fix-xogħol li kien urġenti u minflok intefqu f'affarijiet oħra.
Madanakollu, is-Segretarju Parlamentari qed jistħarreġ x'jista' jkun l-intervent tiegħu f'din il-problema li jidher li tinvolvi entitajiet diversi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern hux qed jipprepara xi abbozz ta' liġi fuq it-tipjip f'postijiet pubbliċi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-Diviżjoni tas-Saħħa qegħdha fil-proċess li temenda l-liġi eżistenti dwar il-Kontroll tat-Tipjip tat-Tabakk, fejn qed jiġi suggerit il-kontroll tat-tipjip f'postijiet pubbliċi.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 19456 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': Jista' l-Ministru jgħid min kien responsabbli sabiex jiġu mistiedna nies għall-airshow li sar il-Ħadd, 24 ta' Settembru, 2000? Fuq liema bażi ġew mistiedna dawn il-persuni?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-ebda entita` li taqa taħt il-Ministeru tiegħi ma kienet involuta fl-organiżżazzjoni u l-istedin ta` l-airshow.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 19380?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li fir-rigward ta' Triq Vjola u Triq Patri Wistin Born, il-Korporazzjoni Enemalta ma għandhiex talbiet pendenti biex jitwaħħlu lampi ġodda. Dwar Triq Lampuka saret talba għal lampi ġodda mill-Kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn u dwar Triq l-Għassies hemm l-approvazzjoni biex jitwaħħlu lampi ġodda.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 19465, jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kif tqassmu l-fondi msemmija?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta' Lm215,000 mgħoddi għall-isports u għaqdiet sportivi tqassam kif ġej:
1. Malta Football Association : Lm 10,000
2. Malta Racing Club : Lm 5,000
3. Ministry of Youth and Sports : Lm200,000
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw għajnuna f'dawn l-aħħar sentejn il-Malta Touring Club?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-istħarriġ li sar s’issa ma jidhirx li l-Malta Touring Club ingħata xi għajnuna finanzjarja. Jekk it-tweġiba li għadni qed nistenna mill-MTA tkun f’sens kuntrarju ngħid ma’ din it-tweġiba.