Jista' l-Ministru jikkonferma li hemm il-ħsieb li il-korsa tal-Marsa tiġi privatizzata?
Jista' jgħid jekk hux ser ikun hemm sejħa pubblika jew jekk il-Gvern bediex jiddiskuti ma' xi persuna/i?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-programm tal-Gvern dwar il-privatizzazzjoni kien imħabbar fil-White Paper li ppubblika l-Ministru tal-Finanzi f'Novembru 1999. S'issa ma hemm ebda indikazzjoni li l-korsa tal-Marsa se tiġi privatizzata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda fid-dekasteru tiegħu mill-1992 sal-lum? Jista' jgħid ukoll x'tip ta' karozza hi (d-ditta)?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn l-1992 u llum inxtraw 11-il-karozza mill-Ministeru u d-Dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabilta` tçgħu, kif jidher hawn taht:
Għ
amla
Uż
u tal-Karozza
Hyundai Lantra GLS
“Public Officer on Performance Contract”
Nissan Sunny 2.0 LX
Peugeot 306 XTDT4
Hyundai Lantra
Audi A4
Daewoo Racer
BMW 528I
Onor. Ministru
Skoda Foreman Special
Użu ġenerali ta’ l-uffiċju
Skoda Foreman 135 GLX
Skoda Felicia LX
Skoda Foreman 135 GLX
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda fid-dekasteru tiegħu mill-1992 sal-lum? Jista' jgħid ukoll x'tip ta' karozza hi (d-ditta)?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li mill-1992 inxtraw:
Numru Ditta Rimarki
----------------------------------------------------------------------------------------------------------------------
1 Ford Inxrat mil-Minsteru tal-Finanzi
2 Renault Waħda trasferita lin-National Audit Office
1 B.M.W.
1 Volvo
2 Hyundai
1 Rover
11 Skoda
1 Daewoo
1 Kia
1 Toyota Trasferita mil-Qrati tal-Ġustizzja.
Dawn qed jintuzaw:
9 Min Ufficjali Pubbliċi fuq 'Performance Agreement',
13 'General Office cars'.
Tista' l-Ministru tgħid kemm inxtraw karozzi ġodda fid-dekasteru tagħha mill-1992 sallum? Tista' tgħid ukoll x'tip ta' karozza hi (d-ditta)?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jçna nfurmata li mill-1992 sallum inxtraw seba' karozzi mill-Ministeru għal Għawdex u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu. L-informazzjoni dwar dawn il-karozzi hija mogħtija hawn taħt:
- Karozza Hyundai Excel LS għall-użu ta’ uffiċċjal fuq ‘performance agreement’;
- Karozza Hyundai Excel GLS għall-użu tas-Segretarjat Privat;
- 2 karozzi Kia Mentor GLX għall-użu ta’ uffiċċjali fuq ‘performance agreement’;
- Karozza Kia Mentor SLX għall-użu ta’ uffiċċjal fuq ‘performance agreement’;
- Karozza Skoda Forman 135 GLX għall-użu tal-Fergħa ta’ l-Agrikoltura fi ħdan id-Dipartiment għall-Proġetti u Żvilupp;
- Karozza Volkswagon Bora Salon għallużu ta' uffċċjal fuq 'performance agreement'.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda fid-dekasteru tiegħu mill-1992 sal-lum? Jista' jgħid ukoll x'tip ta' karozza hi (d-ditta)?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li:
Mill-1992 inxtraw :
3
Kia
3
Toyota
14
Hyundai
3
Fiat
10
Mazda
1
Rover
3
Peugeot
10
Skoda
1
Renault
1
Ford
1
Honda
1
Alfa Romeo
1
B M W
Dawn il-karozzi jintużaw kif ġej:
15
‘Office cars’
14
Uffiċjali li għandhom ‘Performance Contract’
3
Uffiċjali li għandhom ‘Private Secretariat Agreement’
1
Prim Ministru
1
Prim Ministru ta’ qabel
5
Forzi Armati ta’ Malta
3
Awtorità tax-Xandir
1
MITTS
8
Inbiegħu
1
Insterqet mill-car park tal-MITTS. (Il-karozza kienet inxurjata)
Jista' l-Viċi Prim-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda fid-dekasteru tiegħu mill-1992 sal-lum? Jista' jgħid ukoll x'tip ta' karozza hi (d-ditta)?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda fid-dekasteru tiegħu mill-1992 sal-lum? Jista' jgħid ukoll x'tip ta' karozza hi (d-ditta)?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf l-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub sal-1996 diġa ngħata fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 12203.
Mill-1997 inxtraw:
2 Sumo
5 Peugeot
1 Hyundai
3 Volkswagen Polo Classic
3 Opel Astra
1 Volvo
1 Ford Mondeo
Tmienja minn dawn il-karozzi nxtraw skond il-kuntratt għal Diretturi/Diretturi Ġenerali ġodda.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 19802 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u li ġiet riferuta lilu u cioe': jista' jgħid l-iskema ta' l-Uffiċċju Konġunt "Ixtri Darek jew Ifdi ċ-Ċens" li għalqet fit-30 ta' Diċembru, 1996, fiex waslet u jekk l-applikanti ntlaqgħux l-applikazzjonijiet tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-applikazzjonijiet ta` l-iskemi "Ixtri Darek jew Ifdi ċ-Ċens" jinsabu fl-istadju kif jidher hawn taħt : -
Total ta` l-applikazzjonijiet - 1,521
Applikazzjonijiet lesti - 606
Applikazzjonijiet invalidi - 221
Applikazzjonijiet li qed jiġu proċessati - 694
Infakkar lill-Onor. Interpellant li ħafna mix-xogħol fuq l-iskema kien wieqaf minħabba problema ta` klassifikazzjoni, liema problemi ġew solvuti meta ġie ffirmat il-Memo of Understanding bejn il-Gvern u l-Knisja fit-30 ta` Mejju 2000.
Jista' l-Ministru jghid kemm intnefqu flus minn fondi li jaqgħu taħt id-dekasteru ta' l-Edukazzjoni, sabiex is-Segretarju Parlamentari mar Sydney.
Response (GALEA, LOUIS)
F'dan l-istadju m'għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 19041 u tlabt li t-tagħrif meħtieġ jinġabar biex tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni mill-lokalitajiet taż-Żejtun, Żabbar u Marsascala li qed jirregistraw għax-xogħol?
Kemm ilhom jirregistraw u x'inhi l-eta' tagħhom?
X'inhu l-livell ta' l-edukazzjoni tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14588, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fl-1997 u fl-1998 ntefa' anqas skart mis-snin ta' qabel u mill-1999?
Jista' jgħid ukoll fiex wasal il-proċess dwar x'se jsir mill-miżbla tal-Magħtab?