Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #20860 Sitting 418 2000-11-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Ambjent

Ambjent — Hospitality

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 19895, jista' l-Ministru jagħti ċ-ċifra ta' kemm intnefqu flus f'hospitality u jagħti breakdown ta' ki f intnefqu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-persentaġġ ikkwotat fil-Mistoqsija Parlamentari numru 19895 jirreferi għaċ-ċifra allokata għal vot ta' hospitality. Għalhekk huwa faċli għall-Onorevoli Interpellant li joħroġ iċ-ċifra li talab. Dwar breakdown ta' kif intefqet iċ-ċifra m'għandnix x'inżid mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19176 fuq l-istess suġġett.
Leg 9 PQ #20861 Sitting 418 2000-11-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Żejtun - Dawl

Question

Jista’ l-Ministru jara x'inhi r-raġuni li f'xi inħawi fiż-Żejtun qed jinqata' f'xi ħinijiet id-dawl għal ftit sekondi, b'konsegwenza li jista' jagħmel ħsara lil xi affarijiet li nsibu fid-djar? X'passi ser jittieħdu sabiex din is-sitwazzjoni ma tibqax?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ikun apprezzat jekk l-Onorevoli Interpellant ikun aktar speċifiku dwar data u ħin ta' l-allegat qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku sabiex il-Korporazzjoni Enemalta tkun tista' tagħmel l-investigazzjonijiet meħtieġa.
Leg 9 PQ #20862 Sitting 418 2000-11-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Permessi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu wara r-Rapport Numru 103 tal-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni dwar allegat att ta' korruzzjoni fil-ħruġ ta' permess ta' garage għal welder sprayer f'post abitat fejn il-kummissjoni fost l-oħrajn qalet li: "Il-permessi kollha maħruġa fil-preżent ....... għandhom jiġi revokati"; "Il-kummissarju għandu jinvestiga...."; "Għandu jiġi investigat kif il-membri tal-PAPB....."

Response (BORG, TONIO)

Skond l-informazzjoni li l-Onorevoli Interpellant għoġbu jagħti fil-Mistoqsija jidher li huwa l-operat tal-PAPB li kien investigat. L-Awtorita` ta` l-Ippjanar mhix is-suċċessur legali tal-PAPB. Jogħġbu l-Onorevoli Interpellant jinnota wkoll li din id-deċiżjoni qatt ma ġiet riferuta lill-Awtorita` ta` l-Ippjanar. Qiegħed jiġi wkoll investigat li jekk permess maħruġ mill-PAPB jistax jiġi legalment revokat u qed jintalab parir mill-Avukat Ġenerali.
Leg 9 PQ #20863 Sitting 418 2000-11-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Servizzi Ekonomiċi — Xiri ta' Karozzi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 20292?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi n-numru ta' vetturi, skond il-marka, mixtrija mid-diversi dipartimenti, korporazzjonijiet u azjendi li jiffurmaw parti mill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi bejn l-1992 u Ottubru 2000.
Leg 9 PQ #20852 Sitting 417 2000-11-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tat-Turiżmu

Turiżmu — Xiri ta' karozzi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 20290?

Response (REFALO, MICHAEL)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #20853 Sitting 417 2000-11-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Xiri ta' Karozzi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 20291?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-karozzi ġodda li nxtraw fid-Dekasteru tiegħi mill-1992 sal-lum huwa kif ġej: Rover 2 Alfa Romeo 2 Hyundai 8 Fiat 3 Daewoo 1 Kia 4 Toyota 2 Seat 1 VW 2 Citroen 1 Mazda 3 Skoda 3
Leg 9 PQ #20854 Sitting 417 2000-11-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Hospitality — Breakdown

Question

B'referenza għall-mistoqsija numru 19902, jista' jagħti ċ-ċifra ta' kemm intefqu flus f'hospitality u jagħti breakdown ta' kif intefqu?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-persentaġġ ikkwotat fil-mistoqsija parlamentari Numru 19902 jirreferi għaċ-ċifra allokata għal vot ta' hospitality fl-Estimi Ġenerali u għalhekk huwa faċli għall-Onor. Membru li joħroġ iċ-ċifra li talab. Dwar il-breakdown ta' kif intefqet iċ-ċifra m'għandix x'inżid mat-tweġiba li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 19173 fuq l-istess suġġett.
Leg 9 PQ #20855 Sitting 417 2000-11-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Hospitality — Breakdown

Question

B'referenza għall-mistoqsija numru 19900, jista' jagħti ċ-ċifra ta' kemm intefqu flus f'hospitality u jagħti breakdown ta' kif intefqu?

Response (BORG, JOE)

Il-persentaġġ ikkwotat fil-Mistoqsija Parlamentari Nru. 19900 jirreferi għaċ-ċifra allokata għal vot ta' hospitality fl-Estimi Ġenerali u għalhekk huwa faċli għall-Onorevoli Interpellant li joħroġ iċ-ċifra li talab. Dwar breakdown ta' kif intefqet iċ-ċifra m'għandix x'inzid mat-twegiba li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.19186 fuq l-istess suġġett.
Leg 9 PQ #20856 Sitting 417 2000-11-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Hospitality — Breakdown

Question

B'referenza għall-mistoqsija numru 19899, jista' jagħti ċ-ċifra ta' kemm intefqu flus f'hospitality u jagħti breakdown ta' kif intefqu?

Response (BORG, TONIO)

Il-persentaġġ ikkwotat fil-Mistoqsija Parlamentari Nru. 19899 jirreferi għaċ-ċifra allokata għal vot ta` hospitality fl-Estimi Ġenerali u għalhekk huwa faċli għall-Onorevoli Interpellant li joħroġ iċ-ċifra li talab. Dwar breakdown ta` kif intefqet iċ-ċifra m`għandix x`inżid mat-tweġiba li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 19184 fuq l-istess suġġett.
Leg 9 PQ #20857 Sitting 417 2000-11-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Hospitality — Breakdown

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 19897, jista' l-Ministru jagħti ċ-ċifra ta' kemm intefqu flus f'hospitality u jagħti breakdown ta' kif intefqu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

"Il-perċentaġġ ikkwotat fil-mistoqsija parlamentari nru. 19897 jirreferi għaċ-ċifra allokata għall-vot ta' hospitality fl-Estimi Ġenerali u għalhekk huwa faċli għall-Onorevoli Interpellant li joħroġ iċ-ċifra li talab. Dwar breakdown ta' kif intefqet iċ-ċifra m'għandix x'inżid mat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari nru. 19175 fuq l-istess suġġett."
Leg 9 PQ #19855 Sitting 416 2000-11-01 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Finanzi — Żidiet fit-tariffi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 19491, preċiżament fl-aħħar żewġ paragrafi tat-tweġiba, jista' l-Ministru jgħid liema taxxi rrevoka l-gvern u x'aġġustamenti oħra saru permezz ta' avviżi legali?

Response (DALLI, JOHN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' aġġustamenti li saru permezz ta' avviżi legali u taxxi oħra li rrevoka l-gvern.
Leg 9 PQ #20300 Sitting 416 2000-11-01 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Żjarat Uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba siefer fuq żjarat uffiċjali u fejn mar mill-1992 sal-lum?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub mill-1998 sa Lulju 2000 ngħata fit-tweġibiet għall-mistoqsijiet 8004 u 18353. Minn Awissu 2000 sal-lum sifirt darba għall-konferenza fi Praga. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif għas snin 1992 sa Settembru 1996.
Leg 9 PQ #20737 Sitting 414 2000-10-31 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Eżamijiet

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex jara li l-eżamijiet ta' l-O Level tal-London ma jkollhomx is-suġġetti tagħhom jikklexxjaw ma' ġranet ta' l-eżamijiet tal-Matsec b'tali mod li l-istudenti li ser joqgħodu għall-eżamijiet ta' l-O levels ma jkunux jistgħu joqgħodu għall-eżamijiet fl-istess suġġett taż-żewġ universitajiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-timetables ta' l-Eżamijiet tal-MATSEC u tal-Bord ta' Londra isiru mill-Bord rispettivi u indipendenti minn xulxin. Minħabba l-fatt li studenti differenti ikollhom għażliet differenti ta' suġġetti u minħabba li l-MATSEC u l-Bordijiet Ingliżi joffru prattikament l-istess suġġetti fl-istess perjodu ta' żmien huwa mpossibbli li ma jkunx hemm clashes li jistgħu jaffettwaw student u mhux ieħor. Bħal fi snin ta' qabel, u parattika li tintuża minn kull Bord ta' Eżamijiet, darba li tkun pubblikata timetable ma tkunx tista' tinbidel.
Leg 9 PQ #20554 Sitting 410 2000-10-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — B.Educ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-istudenti li qed jagħmlu B.Educ fl-Edukazzjoni Fiżika għandhomx xi credit/s marbuta mal-persuni b'diżabilita'? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-syllabus ta' dan is-suġġett?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudenti li qed jagħmlu l-B.Ed (Hons.) fl-Edukazzjoni Fiżika għandhom mhux anqas minn żewġ study-units marbuta ma' persuni b'diżabilita`. Minbarra dawn, bosta mill-units l-oħra jitrattaw dan l-aspett. Is-sillabu ta' dan is-suġġet jingħata lill-Onor. Membru aktar tard.
Leg 9 PQ #20555 Sitting 410 2000-10-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel Speċjali — Edukazzjoni Fiżika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema ta' l-edukazzjoni fiżika fl-iskejjel speċjali? Kemm isiru attivitajiet sportivi f'dawn l-iskejjel?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm żewġ għalliema ta' l-Edukazzjoni Fiżika fl-iskejjel speċjali. Dawn għandhom tlett skejjel kull wieħed. Il-lezzjonijiet isiru regolarment. Fl-aħħar ta' Novembru dawn l-iskejjel sejjer ikollhom Sprots Festival.

Trasport u Komunikazzjoni — Xiri ta' Karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda fid-dekasteru tiegħu mill-1992 sal-lum? Jista' jgħid ukoll x'tip ta' karozza hi (d-ditta)?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 9 PQ #20299 Sitting 404 2000-10-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Xiri ta' Karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda fid-dekasteru tiegħu mill-1992 sal-lum? Jista' jgħid ukoll x'tip ta' karozza hi (d-ditta)?

Response (BORG, JOE)

Mill-1992 inxtraw: Ghall-Ministeru: 4 Hyundai (inxtraw għall-Diretturi fuq Performance Agreement) 1 Mercedes Benz (inxtrat sabiex tibdel karozza ministerjali eqdem) 1 Mazda (inxtrat għas-Segretarju Permanenti li qiegħed fuq Performance Agreement) 1 BMW (sabiex tbiddel il-karozza Mercedes ministerjali li ġiet trasferita lill-Uffiċċju tal-President) 3 Renault (għall- użu ta' Diretturi ġodda fuq Performance Agreement) 1 Alfa Romeo (għall-użu Ministerjali) Mill-1992 inxtraw ukoll numru ta' karozzi għall-użu ta' l-ambaxxati Maltin: Ghat-22 Ambaxxata/Missjoni/Konsolat: 8 Volvo (6 biex jibdlu karozzi eqdem u tnejn għall-użu ta' ambaxxati li nfetħu ġodda) 1 Rover (biex tibdel karozza eqdem) 2 Peugot (it-tnejn biex jibdlu karozzi eqdem) 1 SAAB (biex tibdel karozza eqdem) 1 Fiat (biex tibdel karozza eqdem) 1 Toyota (biex tibdel karozza eqdem) 1 Audi (mixtrija għall-użu ta' ambaxxata li nfetħet ġdida) 1 BMW (biex tibdel karozza eqdem) 5 Mercedes (3 għall-użu ta' ambaxxati li nfetħu ġodda u 2 biex jibdlu karozzi eqdem)
Leg 9 PQ #20300 Sitting 404 2000-10-23 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Żjarat Uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba siefer fuq żjarat uffiċjali u fejn mar mill-1992 sal-lum?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #20301 Sitting 404 2000-10-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Racing Club — Laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqgħa l-kumitat il-ġdid tal-Malta Racing Club mit-twaqqif tiegħu sal-lum? Jikkonferma l-Ministru li mhux qed jinżammu minuti tal-laqgħa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mill-ħatra tiegħu fil-15 ta' Settembru 2000 il-Kumitat tat-Tmexxija tal-M alta Racing Club iltaqa' tlett darbiet u qegħdin jinżammu minuti dettaljati ta' kull laqgħa. Fl-ewwel laqgħa tiegħu il-Kumitat waqqaf Kumitat Eżekuttiv li jiltaqa' fuq bażi regolari skond il-ħtieġa u l-bżonnijiet amministrattivi ta' kuljum.