Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #20952 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Filippini — Konslu

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu l-Konslu tal-Filippini għal Malta? Fejn hu l-uffiċċju? Hemm impjegati barranin jaħdmu f'dan il-Konsolat? Kemm hu l-ammont u min huwa?

Response (BORG, JOE)

Il-Konslu Ġenerali tal-Filippini f'Malta huwa l-Kavallier Joseph M. Scicluna. L-Uffiċċju tiegħu huwa c/o Universal Trade Centre, Mdina Road, Qormi. Fil-Konsolat Ġenerali hemm segretarja Filippina li jisimha Ms Teresa Descaya. Hija għandha l-permess tax-xogħol neċessarju.

Ambaxxati

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li għalkemm ambaxxati f'Malta jgawdu mill-immunita' xorta nħarġu ċitazzjonijiet kontrihom dwar kontravenzjonijiet tat-traffiku?

Response (GATT, AUSTIN)

Minkejja li l-ambaxxati f`Malta jgawdu mill-immunita` diplomatika din ma tapplikax fil-kaz ta` cittazzjonijet dwar kontravvenzjonijet tat-traffiku. Peress li ambaxxati Maltin barra minn Malta huma suggetti ghall-hlas ta` multi simili, l-Gvern Malti jimxi fuq l-istess principju.

B'Buġia — Triq il-Qroll - Garaxxijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk fi Triq il-Qroll, f'B'Buġia hemmx xi persuna li ħadet żewġ garaxxijiet? Jista' jgħid jekk dawn ingħatawx b'offerta jew le? Jekk iva, kemm kien hemm persuni li tefgħu l-offerta tagħhom u b'kemm ġew mogħtija? Jista' jgħid il-garaxxijiet li ma kenux abbinati mal-maisonettes saritx xi talba lill-awtorita' jew lid-dipartiment sabiex isir xi żvilupp?

Response (GONZI, LAWRENCE)

F'dan il-post l-Awtorita' tad-Djar ħarġet żewġ garaxxijiet għall-bejgħ b'offerti. Għall-garaxx minnhom irċeviet erba' offerti u l-għola offerta kienet ta' Lm6,800.28 u għall-ieħor kien hemm offerta waħda li kienet Lm9,100. L-istess persuna kienet l-ogħla offerent f'żewġ każi u għalhekk ġew allokati lilu. Fil-fatt saru l-kuntratti tat-trasferiment favur din il-persuna. L-Awtorita' tad-Djar ma għandha ebda talba għall-iżvilupp f'dawn ż-żewġ garaxxijiet.
Leg 9 PQ #20994 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Bank Ċentrali — Iċċekkjar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'iċċekkjar isir mill-Bank Ċentrali li flus li nkunu nħarġu minn Malta biex ikunu importati prodotti minn barra, l-oġġetti tassew ikunu importati?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Bank Ċentrali ma jagħmel ebda iċċekkjar, għax transazzjonijet bħal dawn huma approvati direttament mill-aġenti awtorizzati (banek u ċerti istituzzjonijet finanzjari liċenzjati). Biss, fuq struzzjonijiet tal-Bank Ċentrali, f’dawk il-każi meta l-ammont imsarraf ikun jeċċedi l-Lm20,000, u l-merkanzija tkun diġa daħlet Malta, l-impurtatur irid jippreżenta lill-aġent awtorizzat konċernat, fattura u d-dokument oriġinali tad-dwana imsejjaħ ‘Customs Release Order’. Huwa d-dmir tal-aġent awtorizzat li jivverifika li l-ammont, kif ukoll id-dettalji kollha li jidhru fuq il-fattura, jaqblu mad-dettajli kollha li jidhru fuq id-dokument tad-dwana li permezz tiegħu tkun ġiet irrilaxxata l-merkanzija. F’dawk il-każi fejn l-impurtatur ikun qed jagħmel pagament minn qabel ma tidħol il-merkanzija f’Malta, dan, bil-liġi, għandu sitt xhur sabiex jippreżenta lil aġent awtorizzat id-dokument tad-dwana fuq imsemmi. Fil-kas li l-impurtatur jonqos li jagħmel dan, barra li jiġi rrapurtat lil Bank Ċentrali, huwa jiġi blacklisted ma’ l-aġenti awtorizzati kollha, jiġifieri ma jkunx jista’ jagħmel ebda transazzjoni oħra.
Leg 9 PQ #21016 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Flus

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 19867?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ispiża totali konnessa maż-żjara tas-Segretarju Parlamentari ġewwa Sydney ammontat għal Lm2,111. Din in-nefqa tinkludi biljetti ta' l-ajru, lukandi u spejjeż oħra. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-riċevuti li jkopru l-ispejjeż tas-Sinjura Mugliett.

Djar — Akkomodazzjoni Alternattiva

Question

Jista’ l-Viċi Prim Ministru jara jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tingħata post fejn tgħix minħabba li m'għandiex post fejn toqgħod u bosta drabi, minħabba ċirkustanzi varji, spiċċat barra minn fejn kienet qed tgħix?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-każ qiegħed ikun investigat.
Leg 9 PQ #20874 Sitting 420 2000-11-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Hospitality — Breakdown

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari nru.19891, jista' l-Ministru jagħti ċ-ċifra ta' kemm intefqu flus f'hospitality u jagħti breakdown ta' kif intefqu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-persentaġġ ikkwotat fil-Mistoqsija Parlamentari numru 19891 jirreferi għaċ-ċifra allokata għall-vot ta' hospitality fl-Estimi Ġenerali u għalhekk huwa faċli għall-Onorevoli Interpellant li joħroġ iċ-ċifra li talab. Dwar breakdown ta' kif intefqet iċ-ċifra m'għandix xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 19170 fuq l-istess suġġett.
Leg 9 PQ #20876 Sitting 420 2000-11-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Hospitality — Breakdown

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari nru.19888, jista' l-Prim Ministru jagħti ċ-ċifra ta' kemm intefqu flus f'hospitality u jagħti breakdown ta' kif intefqu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-persentaġġ ikkwotat fil-mistoqsija parlamentari Nru 19888 jirreferi għaċ-ċifra allokata għal vot ta’ “hospitality” fl-Estimi Ġenerali u għalhekk huwa faċli għall-Onorevoli Interpellant li joħroġ iċ-ċifra li talab. Dwar “breakdown” ta’ kif intefqet iċ-ċifra m’għandix x’inżid mat-tweġiba li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 19182 fuq l-istess suġġett.

Hospitality — Breakdown

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari nru.19885, jista' l-Ministru jagħti ċ-ċifra ta' kemm intefqu flus f'hospitality u jagħti breakdown ta' kif intefqu?

Response (GATT, AUSTIN)

"Il-persentagg ikkwotat fil-mistoqsija parlamentari Nru. 19888 jirreferi ghac-cifra allokata ghal-vot ta' hospitality fl-Estimi Generali u ghalhekk huwa facli ghall-onorevoli interpellant li johrog ic-cifra li talab. Dwar breakdown ta' kif intefqet ic-cifra m'ghandix x'inzid mat-twegiba li tajtu ghall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 19182 fuq l-istess suggett."
Leg 9 PQ #20891 Sitting 420 2000-11-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Hospitality — Breakdown

Question

B'riferenza għall-mistoqsija numru 19903, tista' l-Ministru tagħti ċ-ċifra ta' kemm intnefqu flus f'hospitality u tagħti breakdown ta' kif intnefqu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-persentaġġ ikkwotat fil-mistoqsija parlamentari Nru. 19903 jirreferi għaċ-ċifra allokata għal vot ta’ hospitality fl-Estimi Ġenerali u għalhekk huwa faċli għall-onorevoli interpellant li joħroġ iċ-ċifra li talab. Dwar breakdown ta’ kif intefqet iċ-ċifra m’għandix x’inżid mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 19169 fuq l-istess suġġett.

Qorti Ewropea tal-Ġustizja

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-1987 'il hawn, kemm il-każ kien ippreżentat kontra Malta fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, liema kienu l-każijiet, liema kienu ammessibli u le, it-tip ta' agravju mressaq u x'riżultat kien hemm f'kull każ? Il-Gvern lil min kien ordnat li jħallas kumpens mill-Qorti Ewropea u kemm l-ammont?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni ghadha qed tingabar, ir-risposta tinghata f'xi seduta ohra.

Hospitality — Breakdown

Question

B'riferenza għall-mistoqsija nru. 19904, jista' l-Ministru jagħti ċ-ċifra ta' kemm intefqu flus f'hospitality u jagħti breakdown ta' kif intefqu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Il-persentaġġ ikkwotat fil-Mistoqsija Parlamentari Nru. 19904 jirreferi għaċ-ċifra allokata għall-vot ta' hospitality fl-Estimi Ġenerali, u għalhekk huwa faċli għall-Onor. Interpellant li joħroġ iċ-ċifra li talab. Dwar breakdown ta' kif intefqet iċ-ċifra m'għandix x'inżid mat-tweġiba li tajtu għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 19172 fuq l-istess suġġett.
Leg 9 PQ #20865 Sitting 419 2000-11-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Racing Club — Kumitat Eżekuttiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid b'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija numru 20301, minn min hu kompost il-Kumitat Eżekuttiv li twaqqaf fi ħdan il-Malta Racing Club?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat l il-Kumitat Eżekuttiv huwa kompost mis-Sinjuri: George Fenech Chairman Dr J J Vella LL.D Deputy Chairman Anthony Debono Direttur Maniġerjali (Amministrazzjoni) Charles Farrugia Direttur (Finanzi) Dione Drago Direttur (Sports Chef) Charles Borg Direttur (Proġetti)
Leg 9 PQ #20868 Sitting 419 2000-11-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kulleġġ Malti ta' l-Arti, Xjenżi u Teknoloġija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti talabx għajnuna finazjarja jew ta' xort'oħra mill-Unjoni Ewropea sabiex jiġi mwaqqaf il-Kulleġġ Malti ta' l-Arti, Xjenza u Teknoloġija? Jekk iva, kemm kienet din it-talba u kemm irċieva bħala għajnuna? Jista' jgħid kemm intefqu flus s'issa sabiex jitwaqqaf il-Kulleġġ Malti ta' l-Arti, Xjenza u Teknoloġija? F'hiex intefqu?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #20869 Sitting 419 2000-11-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tat-Turiżmu

Hospitality — Breakdown

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari nru.19894, jista' jista' l-Ministru jagħti ċ-ċifra ta' kemm intefqu flus f'hospitality u jagħti breakdown ta' kif intefqu?

Response (REFALO, MICHAEL)

Il-persentaġġ ikkwotat fil-Mistoqsija Parlamentari numru 19894 jirreferi għaċ-ċifra allokata għall-vot ta’ hospitality fl-Estimi Ġenerali u għalhekk huwa faċli għall-Onorevoli Interpellant li joħroġ iċ-ċifra li talab. Dwar breakdown ta’ kif intefqet iċ-ċifra, m’għandix x’inżid mat-tweġiba li ngħatat mill-Prim Ministru għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 19182 fuq l-istess suġġett.
Leg 9 PQ #20871 Sitting 419 2000-11-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Hospitality — Breakdown

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari nru.19893, jista' l-Ministru jagħti ċ-ċifra ta' kemm intefqu flus f'hospitality u jagħti breakdown ta' kif intefqu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-persentaġġ ikkwotat fil-mistoqsija parlamentari Nru 19893 jirreferi għaċ-ċifra allokata għal vot ta' hospitality fl-Estimi Ġenerali u għalhekk huwa faċli għall-Onorevoli Interpellant li joħroġ iċ-ċifra li talab. Dwar breakdown ta' kif intefqet iċ-ċifra, m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru. 19181 fuq l-istess suggett.

Hospitality — Breakdown

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari nru.19892, jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti ċ-ċifra ta' kemm intefqu flus f'hospitality u jagħti breakdown ta' kif intefqu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-persentaġġ ikkwotat fil-Mistoqsija Parlamentari Nru. 19892 jirreferi għaċ-ċifra allokata għal vot ta' hospitality fl-Estimi Ġenerali u għalhekk huwa faċli għall-Onor. Interpellant li joħroġ iċ-ċifra li talab. Dwar breakdown ta' kif intefqet iċ-ċifra m'għandix x'inżid mat-tweġiba li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 19179 fuq l-istess suġġett.
Leg 9 PQ #20858 Sitting 418 2000-11-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Hospitality — Breakdown

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 19896, jista' l-Ministru jagħti ċ-ċifra ta' kemm intefqu flus f'hospitality u jagħti breakdown ta' kif intefqu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-persentaġġ ikkwotat fil-Mistoqsija Parlamentari Nru: 19896 jirreferi għaċ-ċifra allokata għal vot ta' hospitality fl-Estemi Riveduti u għalhekk huwa faċli għall-Onorevoli Interpellant li joħroġ iċ-ċifra li talab. Dwar breakdown ta' kif intefqet iċ-ċifra m'għandix x'inżid mat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari Nru: 19178 fuq l-istess suġġett.