Jista' l-Ministru jara li ħmieġ li hemm fl-iskola FX Attard tal-Marsa jiġi mnaddaf?
Jista' jara li jittieħdu passi sabiex toilets li huma mkissrin jiġu rranġati u li tittieħed xi tip ta' azzjoni minħabba l-ġrieden li hemm?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li l-Mistoqsija waslet il-bieraħ u ma kienx hemm biżżejjed żmien biex tinġabar l-informazzjoni, tweġiba tingħata f'xi Sedua oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'multi għandhom l-Enemalta u l-Water Services Corporation?
Jikkonferma l-Ministru li waħda minnhom hija li f'każ li ħlas isir b'cheque u jkun hemm xi żball fih, il-konsumatur jiġi mmultat Lm25?
Fejn ikun hemm żball ġenwin ikun possibbli li l-multa tinħafer?
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx postijiet vojta fil-gradi ta' surġent fil-Korp ta' l-Pulizija?
Jekk iva, meta se jimtlew dawn il-vakanzi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fid-19 ta` Settembru 2000, kienet saret sejħa għall-applikazzjonijiet għall-grad ta` Surġent fil-Korp tal-Pulizija. Il-postijiet jimtlew wara li jitlesta l-proċess ta` l-għażla li jinkludi kors fl-Akkademja tal-Pulizija.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fi Triq Għaxqet l-Għajn, Wied il-Għajn għax tinsab fi stat diżastruż?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li Triq Għaxqet l-Ghajn kienet asfaltata snin ilu u qiegħda fil-programm ta` toroq li jrid isir xogħol fihom taħt il-proġett ta` l-embellishment f`Marsascala li qed titwettaq mid-Diviżjoni tax-Xogħloijiet tal-Ministeru għall-Ambjent.
L-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat biex jikseb aktar informazzjoni dwar il-prijorita` li qed tingħata din it-triq fil-programm ta` l-embellishment.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li refund dovut lil persuna li d-dettalji tiegħu qed jingħataw b'mod separat, għadu ma ngħatatx minkejja li saru bosta verifiki u ilu jistenna sa mill-1995?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-talba għal ħlas lura ta’ kreditu eċċessiv lil persuna kkonċernata qed tiġi pproċessata u l-ħlas dovut se jsir dalwaqt. Din it-talba kienet miżmuma minħabba żewġ investigazzjonijiet li saru dwar diversi talbiet simili magħmula mill-istess persuna.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 18469, jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti din l-istatistika maqsuma skond l-etajiet, is-sess u l-livell ta' l-edukazzjoni tagħhom?
Jista' jagħti din l-informazzjoni aġġornata sal-preżent u mhux sa Ġunju biss?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juru l-informazzjoni mitluba.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 21183, jista' l-Ministru jgħid dawk il-membri ta' l-istaff li ġew mis-servizz pubbliku fejn kienu qabel dan l-appointment u kemm ilhom impjegati maċ-ċivil?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 21183, jista' l-Ministru jgħid kemm inxtrat il-karozza għall-użu uffiċjali tas-segretarju parlamentari?
Jista' jgħid x'sar mill-karozza li kellu qabel u għalfejn ġiet mibdula?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-BMW li nxtrat għall-użu uffiċjali tas-Segretarju Parlamenari qamet Lm10,994.
Informat ukoll li l-karozza li kellu qabel ġiet mgħoddija lid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Inħass il-bżonn li din il-karozza tinbidel minħabba li ta' spiss kien ikollha ħsarat. Fil-fatt minn Ottubru 1998 sa' Lulju 2000 kellha tiddaħħal għat-tiswija 18-il darba. Kull darba li jiġri dan , is-Segretarjat kien qiegħed ikollu jiffaċċja spejjeż li kienu jinkludu il-manutenzjoni biex jissewwew dawn il-ħsarat kif ukoll għall-kiri ta' karozza oħra għall-użu tas-Segretarju Parlamentari sakemm isiru t-tiswijiet meħtieġa. Minħabba li l-magna ma kenitx tinsab f'kundizzjoni tajba kienet qiegħda tikkonsma kwantita` kbira ta' fuel.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 20868?
Response (GALEA, LOUIS)
S'issa din l-amministrazzjoni ma talbitx għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropeja in konnessjoni mal-proġett tal-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija.
Informat ukoll li ntnefqu madwar Lm624,000 f'infieq kapitali u ftit anqas minn Lm55,000 f'infieq rikorrenti. L-infieq kapitali jinkludi x-xogħol ta' refurbishment li sar u li għadu għaddej fil-kumpless ta' Kordin, kif ukoll fi skejjel oħra inklużi dawk tal-Marsa, Ħal Qormi, Ħaż-Żebbuġ, il-Gżira fejn sar xogħol li jew hu relatat mat-tħejjija ta' studenti li wara jgħaddu biex jidħlu għall-kulleġġ jew inkella fuq iċ-ċaqliq ta' skola biex il-Kulleġġ seta' jiġi akkomodat f'Kordin. L-infieq rikorrenti sar fuq ħlas ta' staff u konsulenti neċessarju biex ix-xogħol seta' jsir.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 19908, jista' l-Ministru jgħid x'ser jiġri u x'inhi l-policy dwar dawn il-postijiet?
Hemm xi data ta' meta dan il-proċess ser jitkompla?
Jista' jpoġġi kopja tal-Memo of Understanding bejn il-Gvern u l-Knisja?
Response (BORG, TONIO)
Jien infurmat li wara li ġie ffirmat il-Memorandum ta` Qbil bejn is-Santa Sede u l-Gvern ta` Malta fit-30 ta` Mejju 2000 l-Uffiċċju Konġunt seta` jkompli jipproċessa l-applikazzjonijiet taħt l-iskema 'Ixtri Darek jew Ifdi ċ-Ċens' li għalqet fit-30 ta` Diċembru 1996. Fil-fatt min meta ingħatat r-risposta għal mistoqsija numru 19908 fit-13 ta` Ottubru 2000 tlestew 121 applikazzjoni oħra kif jidher mill-figuri ta` hawn taħt : -
Applikazzjonijiet lesti 727
Applikazzjonijiet invalidi 220
Qed jiġu proċessati 574
-------
Total ta` applikazzjonijiet 1,521
-------
Il-Memorandum tat-30 ta` Mejju 2000 ġie ppublikat fil-Gazetta tal-Gvern ta` Malta u ġie mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx iffirmati l-kuntratti kollha tar-riżoluzzjoni li għaddiet mill-Parlament f'Lulju, 2000? Jekk le, liema huma dawk li għadhom ma ġewx iffirmati u meta hu maħsub li dawn jiġu ffirmati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li għadhom ma ġewx iffirmati l-kuntratti kollha tar-riżoluzzjoni li għaddiet f`Lulju ta` din is-sena. Il-kuntratti li fadal ma` l-għaqdiet ser jiġu ffirmati kif inhu indikat fuq id-dokument li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid il-clubs u l-għaqdiet li ffirmaw il-kuntratti tar-riżoluzzjoni li għaddiet mill-Parlament f'Lulju, 2000, kemm talbu spejjeż marbutin mal-kuntratti nfushom? Jista' jagħti l-figuri b'mod separat għal kull kuntratt li ġie ffirmat?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ispejjeż li tħallsu mill-clubs u l-għaqdiet mal-pubblikazzjoni tal-kuntratti tar-riżoluzzjoni li għaddiet mill-Parlament f`Lulju 2000, huma kif jidher fuq id-dokument li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-membri ta' l-istaff tiegħu u tas-segretarju parlamentari sal-lum? Jista' jgħid jekk hux qed jaħdmu b'kuntratt jew le? Jista' jgħid ukoll x'karozzi ġodda nxtraw mill-1998 sal-lum u min qed jagħmel użu minnhom?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 19845?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-ammont ta' skart li jiġi ġenerat jiddependi mill-attivita' ekonomika fil-pajjiż. Ta' min ukoll jinnota li fis-snin ta' qabel l-1997, l-iskart li kien jiġi mormi fil-miżbla tal-Magħtab, kien jiġi biss stmat peress li ma kienx għad hemm miżien. Il-miżien tal-miżbla tal-Magħtab beda jaħdem fl-1997.
Rigward il-miżbla tal-Magħtab, bħalissa qed tiġi ppreparata tender għall-immaniġġjar ta' l-iskart li se tiġi ppubblikata fi żmien qasir.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari nru. 19869, jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill-Lm 200,000 li l-Ministru tal-Finanzi kien wieġeb li ġew mgħoddija lill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
L-uffiċċjali fil-Ministeru u d-Dipartimenti tiegħi għadhom m'humiex qed jifhmu għalxiex jista' qed jirreferi l-Onor. Membru. Jista' l-Onor. Membru jindika fejn il-"Ministru tal-Finanzi kien wieġeb" kif qed isostni l-Onor. Membru forsi l-uffiċċjali konċernati jiġbru t-tagħrif mitlub jekk jikkompeti lilhom.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti r-raġuni għaliex nurses S.N.U.E.N li jaħdmu part-time ġewwa S.V.P.R u li kienu jidħlu fil-Ħdud bħala xogħol twaqqfu ħesrem milli jagħmlu dan biex flokhom qiegħdin jidħlu nurses minn dipartimenti oħra?
Jista' l-Ministru jinvestiga u jieħu l-azzjoni meħtieġa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ngħataw l-ebda ordnijiet biex infermiera (part-time) jitnaqqsulhom xi siegħat ta' Ħdud jew Festi Pubbliċi fir-Residenza San Vinċenz de Paul.