Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #21982 Sitting 453 2000-12-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsa — Track

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li t-track tal-Marsa jinbidel? Jekk iva, għaliex u fiex wasal il-proċess biex isir dan?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li diversi uffiċjali mis-sotto kumitat organizattiv tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar 2003 qegħdin jindikaw li t-track tal-Marsa jinħtieġ manutenzjoni sostanzjali minħabba l-użu intensiv li jsir fuqu. Is-Segretarjat qiegħed f'taħditiet ma' esperti barranin biex jagħtu pariri dwar ix-xogħol li jinħtieġ isir.
Leg 9 PQ #22039 Sitting 453 2000-12-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema programm/i ta' l-Unjoni Ewropea xi dipartiment jew entita' oħra li tinsab fid-dekasteru tiegħu qed tipparteċipa? Liema huma dawn il-programmi u x'utilita' għandhom u kemm qed jieħdu sehem persuni? Kemm hu l-ħlas ta' Malta u dak ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #22040 Sitting 453 2000-12-07 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

UE

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema programm/i ta' l-Unjoni Ewropea xi dipartiment jew entita' oħra li tinsab fid-dekasteru tiegħek qed tipparteċipa? Liema huma dawn il-programmi u x'utilita' għandhom u kemm qed jieħdu sehem persuni? Kemm hu l-ħlas ta' Malta u dak ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar, u tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #22041 Sitting 453 2000-12-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema programm/i ta' l-Unjoni Ewropea xi dipartiment jew entita' oħra li tinsab fid-dekasteru tiegħek qed tipparteċipa? Liema huma dawn il-programmi u x'utilita' għandhom u kemm qed jieħdu sehem persuni? Kemm hu l-ħlas ta' Malta u dak ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni għada qed tinġabar, u tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #22042 Sitting 453 2000-12-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema programm/i ta' l-Unjoni Ewropea xi dipartiment jew entita' oħra li tinsab fid-dekasteru tiegħek qed tipparteċipa? Liema huma dawn il-programmi u x'utilita' għandhom u kemm qed jieħdu sehem persuni? Kemm hu l-ħlas ta' Malta u dak ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-Ministeru tiegħi bħalissa mhu qiegħed jipparteċipa fl-ebda programm ta' l-Unjoni Ewropeja.
Leg 9 PQ #22043 Sitting 453 2000-12-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

UE

Question

Tista' l-Ministru tgħid f'liema programm/i ta' l-Unjoni Ewropea xi dipartiment jew entita' oħra li tinsab fid-dekasteru tagħha qed tipparteċipa? Liema huma dawn il-programmi u x'utilita' għandhom u kemm qed jieħdu sehem persuni? Kemm hu l-ħlas ta' Malta u dak ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L­informazzjoni għadha qed tinġabar u r­risposta tingħata f'xi seduta oħra
Leg 9 PQ #21965 Sitting 452 2000-12-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Fifth Provisional World Parliament — Delegat

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ġew meħuda dwar ittra li ġiet mibgħuta lill-Gvern ta' Malta dwar delegat mill-Uganda li kien ser jattendi l-Fifth Provisional World Parliament? X'inhi r-raġuni li ġie miżmum erba' sigħat u nofs fl-ajruport?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi malli l-ittra mibgħuta lill-Gvern ta` Malta ġiet riferuta lill-Pulizija, mill-ewwel saru l-investigazzjonijiet dwar l-allegazzjonijiet fl-ittra msemmija. Irriżulta illi l-Pulizija ta` l-Immigrazzjoni kellha kull raġuni illi din il-persuna tinżamm sakemm sar l-istħarriġ meħtieġ biex jiġi żgurat illi dan kien passiġġier 'bona fede' speċjalment meta dan wasal fil-ġurnata meta l-konferenza kellha tispiċċa. Fil-fatt irriżulta illi din il-persuna, li kellha fondi limitati biex issostni lilha nfisha waqt li kienet ser iddum Malta, damet l-ajruport mhux aktar minn disgħin minuta.
Leg 9 PQ #21966 Sitting 452 2000-12-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti fl-1999 u 2000? Ta' xiex kienu, kemm kienet in-nefqa f'kull każ u min kien fil-kumitat ta' l-għażla?

Response (GALEA, LOUIS)

Nitlob l-Onor. Membru jispeċifika għal liema tip ta' kuntratti qed jirreferi. Jekk ir-riferenza hi għal kollox, allura jeħtieġ ħafna żmien u t-tagħrif mitlub jinġabar skond l-esiġenzi u l-prioritajiet tad-Dipartimenti konċernati biex tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #21968 Sitting 452 2000-12-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Youth Empowerment Centre

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma twettqet mill-Youth Empowerment Centre ta' Birkirkara? Kemm kkonkorrew żgħażagħ għall-għajnuna u x'tip ta' għajnuna talbu? Kemm hemm ħaddiema f'dan iċ-ċentru?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-Youth Empowerment Centre ta' Birkirkara hemm żewġ Youth Services Co-ordinators li jaħdmu fuq bażi part time. Permezz ta' dawn il-Co-ordinators saru diversi kuntatti ma' organizzazzjonijiet mhux governattivi u persuni kwalifikati f'diversi oqsma bħal Sedqa, organizzazzjonijiet sportivi, għaqdiet taż-żgħażagħ u oħrajn bil-għan li 'l quddiem jiġu organizzati korsijiet. Saru wkoll diversi laqgħat ma' kumitati taż-żgħażagħ ta' diversi organizzazzjonijiet f'Birkirkara. L-attivitajiet organizzati mill-Youth Empowerment Centre jinkludu: * Programm ta' summer taster sessions li jikkonsisti f'attivitajiet varji sportivi u ta' divertiment * Ġimgħa ta' sport organizzata f'ħames pjazez differenti f'Birkirkara * Produzzjoni ta' programm televiżiv "Eksrej" li deher fuq TVM u Channel 12 * Laqgħa ta' introduzzjoni maż-żgħażagħ ta' Birkirkara * Ġew kompilati żewġ databases dwar iż-żgħażagħ u organizzazzjonijiet ta' Birkirkara * Ingħatat għajnuna biex titwaqqaf Kummissjoni Żgħażagħ * Intbagħtet applikazzjoni għall-programm Youth for Europe b'kollaborazzjoni ma' l-Iżvezja, Turkija u l-iSkozja bit-tema Sport and Leisure Bring us Together * Saru diversi kontributi f'Leħen il-Kunsill fejn ingħataw dettalji dwar l-għanijiet u l-oġġettivi taċ-Ċentru u informazzjoni dwar attivitajiet u korsijiet * Ġie preparat questionnaire għaż-żgħażagħ ta' Birkirkara biex jiġu identifikati l-bżonnijiet taż-żgħażagħ fil-lokalita` * Ġie organizzat Youth Exchange - Euro Camp 2000 ġewwa l-Ġermanja f'Lulju * Parteċipazzjoni f'Festażgħażagħ permezz ta' stand minn fejn tqassmet informazzjoni dwar iċ-Ċentru * Parteċipazzjoni b'suċċess fil-Logħob Sajf li kien organizzat mill-Kunsill Nazzjonali għaż-Żgħażagħ f'Birżebbuġa * Żjara ta' Youth Exchange minn żgħażagħ mill-iSkozja f'Settembru * Il-kontenut tal-fuljett "Kuntatt" ġie fdat f'idejn iċ-Ċentru. L-ewwel ħarġa ġiet pubblikata f'Novembru * Qegħdin isiru kuntatti għal Youth Exchange fl-iSkozja fis-sajf li ġej * Bħalissa qegħdin isiru korsijiet fl-Aerobics, First Aid, Computer course u Public Speaking * Parteċipazzjoni f'seminars u korsijiet dwar suġġetti relatati maż-żgħażagħ In-numru ta' żgħażagħ li rrikorrew fiċ-Ċentru għall-għajnuna kien ta' madwar 170. L-għajnuna mitluba kienet tvarja minn użu ta' internet minn żgħażagħ li qegħdin ifittxu xogħol jew xi informazzjoni oħra, counselling, pariri dwar korsijiet fi skejjel post sekondarji jew ta' l-Universita`. Iċ-Ċentru kien ukoll il-mezz biex inħolqu kuntatti bejn żgħażagħ u organizzazzjonijiet sportivi. *
Leg 9 PQ #21974 Sitting 452 2000-12-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Racing Club

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali tal-Malta Racing Club? Kemm saru laqgħat tal-kumitat li ġie mwaqqaf dan l-aħħar? Kemm ġew impjegati nies fulltime u/jew part-time? X'inhi r-relazzjoni bejn il-MRC u l-UET?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-uffiċjali tal-Malta Racing Club huma: Dr Joseph J. Vella - Deputy Chairman Is-Sur Anthony Debono - Direttur Maniġerjali - ser iservi ta' Segretarju tal-Bord Is-Sur Charles Borġ - Direttur tal-proġetti Is-Sur Dione Drago - Direttur jikkoordina l-programmi tal-tiġrijiet Is-Sur Charles Farrugia - Direttur tal-Finanzi. Minn meta ġie mwaqqaf il-kumitat saru ħames laqgħat. Ġew impjegati tnejn minn nies full time bħala labourers. Part time ġew impjegati sitt persuni - tnejn fit-tote, tnejn bħala gate keepers, wieħed photo finish u wieħed race official.
Leg 9 PQ #21976 Sitting 452 2000-12-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Żgħażagħ — Ċina

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-iskop li numru ta' żgħażagħ marru ċ-Ċina? Jista' jgħid kemm marru, min ħallas u kemm? Xi kriterji ntużaw sabiex ġew magħżula dawn iż-żgħażagħ? Jista' jgħid pajjiżna jekk hux se jirreċiproka dawn iż-żjarat?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Wied il-Għajn — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta Triq il-Kosbor, Triq il-Ħabaq u Triq Salvja ġewwa Wied il-Għajn se jiġu mogħtija t-tarmac?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 21914 li taplika għal dawn it-toroq ukoll.
Leg 9 PQ #21919 Sitting 449 2000-12-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Income Tax

Question

Jikkonferma l-Ministru li persuna miżżewġa li taqla' sa Lm 5,000 ma jħallasx Income Tax bħalma nsibu miktub fl-ittra li l-Prim Ministru li bagħat fid-djar tan-nies wara l-petizzjoni tal-GWU?

Response (DALLI, JOHN)

Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li dan ma jikkorispondix ma dak li qal il-Prim Ministru fl-ittra li baghat lin-nies wara l-petizzjoni tal-GWU. Il-kliem ezatt tal-Prim Ministru kien : "Jekk zidna l-Income Tax, dan ghamilnieh b'mod li persuna mizzewga li taqla' sa Lm5000 fis-sena (kwazi mitt lira fil-gimgha) ma thallasx centezmu aktar f'taxxa.
Leg 9 PQ #21273 Sitting 447 2000-12-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Impjegati

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 21183, jista' l-Ministru jgħid dawk il-membri ta' l-istaff li ġew mis-servizz pubbliku fejn kienu qabel dan l-appointment u kemm ilhom impjegati maċ-ċivil?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #21808 Sitting 445 2000-12-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Ambjent

Wied il-Għajn — Triq Għaxqet il-Għajn

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari nru. 21607, jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tat-tweġiba mogħtija f'Seduta Nru. 438?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-programm ta' l-Embellishment tal-lokalitajiet kollha qed jiġi rivedut u fil-każ ta' Wied il-Għajn wieħed irid jara jekk din it-triq tistax tiġi nkluża fil-programm.
Leg 9 PQ #21809 Sitting 445 2000-12-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Marsa - Skola FX Attard

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21603?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li skond l-awtoritajiet ta' l-Iskola F.X. Attard, Marsa la hemm ħmieġ, la hemm toilets imkissrin u lanqas ġrieden fl-iskola kif allegatament ġie rrapurtat.
Leg 9 PQ #21810 Sitting 445 2000-12-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Multi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21604?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma mhijiex awtorizzata li twaħħal multi. Ninsab infurmat li l-ispejjeż amministrattivi ta' ħamsa u għoxrin lira japplikaw biss għaċ-ċekkijiet 'dishonoured' li jiġu rritornati lill-Korporazzjoni minħabba nuqqas ta' flus fil-kont tal-klijent. Dawn l-ispejjeż amministrattivi jinqasmu ndaqs bejn il-Korporazzjoni u l-Enemalta. L-istess spejjeż jinħafru meta l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tkun sodisfatta li sar żball ġenwin.
Leg 9 PQ #21812 Sitting 445 2000-12-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tat-Turiżmu

Wied il-Għajn — Catering Board

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21244 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru ta' l-Intern u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe’ jista' jgħid kemm hemm catering outlets ġewwa Triq ix-Xatt, Wied il-Għajn li għandhom permess mill-catering board? Jista' jgħid min huma?

Response (REFALO, MICHAEL)

Infurmat li l-Catering Outlets li għandhom permess mill-Hotels and Catering Establishment Board fi Triq ix-Xatt, Wied il-Għajn huma għaxra. Dawn huma: Sottovoce Restaurant Al Kafe’ Restaurant Dong Fang Chinese Restaurant Shahrazad Restaurant Chico’s Snack Bar La Buona Pasta Snack Bar Tiny Mint Snack Bar Lemon & Lime Snack Bar Brighton Take Away Chick King Take Away
Leg 9 PQ #21664 Sitting 441 2000-11-30 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Ħaddiema Għawdxin

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 21558 li oriġinarjament kienet saret lill-Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' l-Prim Ministru jgħid: (1) X'inhu n-numru ta' ħaddiema Għawdxin li qegħdin jaħdmu Malta? (2) X'inhu l-grad ta' dawn il-ħaddiema? (3) F'liema dipartiment jew korporazzjoni qegħdin jaħdmu? (4) X'inhi d-date of appointmenttagħhom? (5) Min huma dawk il-ħaddiema?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar, u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #21611 Sitting 439 2000-11-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li f'ċerti għases ikun hemm numru sostanzjali ta' surġenti, eżempju 13 fl-Għassa tal-Ħamrun u mbagħad fid-Distrett 4PD (Żabbar, M'Scala) issib 4 surġenti biss? Jaħsibx fiċ-ċirkustanzi li ċertu diskrepanzi għandhom jissewwew?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi hemm 7 Surġenti stazzjonati fl-Għassa tal-Ħamrun, filwaqt li hemm 4 Surġenti stazzjonati l-Għassa ta` Ħaż Żabbar. Kif kelli l-okkażżjoni ngħid fi Tweġibiet għall-Mistoqsijiet preċedenti, f`Settembru li għadda kienet saret sejħa għall-applikazzjonijiet għall-promozzjoni fir-rank ta` Surġenti fil-Korp tal-Pulizija. Dan sabiex ikun jista` jiżdied in-numru attwali ta` Surġenti.