Jista' l-Ministru jgħid f'liema programm/i ta' l-Unjoni Ewropea xi dipartiment jew entita' oħra li tinsab fid-dekasteru tiegħek qed tipparteċipa? Liema huma dawn il-programmi u x'utilita' għandhom u kemm qed jieħdu sehem persuni? Kemm hu l-ħlas ta' Malta u dak ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab informat li l-Awtorita' tat-Turiżmu mhijiex qed tipparteċipa f'programmi ta' l-UE. Iżda d-Direttorat tal-"Product Planning & Development" (tal-MTA) applika biex jieħu sehem f'żewġ programmi: "Tandem" u "Life". S'issa mhuwiex magħruf jekk l-applikazzjonijiet ġewx milqugħa.
L-ITS għamel kuntatti ma' numru ta' istituzzjonijiet simili f'pajjiżi Ewropej lihuma interessati jidħlu f'partnership taħt il-programm Leonardo. Dawn il-programmi jinvolvu bdil ta' studenti għal perijodu ta' bejn sitta u tmien ġimgħat.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba tal-kunsill lokali ta' Ħaż-Żabbar sabiex jieħu t-tmexxija taċ-ċentru ċiviku bħalma sar f'Birkirkara?
Response (GATT, AUSTIN)
Bhal kull applikazzjoni valida taht il-progett tad-Devoluzzjoni Lokali saret rakkomandazzjoni lit-Taqsima Propjeta' tal-Gvern biex ic-Centru Civiku Zabbar jigi rilaxxat favur il-Kunsill Lokali. Din it-talba qed tigi kkunsidrata minn din it-Taqsima.
Il-paragun mac-Centru Civiku Birkirkara ma jreggix ghal kollox peress li c-Centru Civiku Zabbar hu okkupat minn individwi privati u Dipartimenti tal-Gvern, fil-waqt li dak ta' Birkirkara minn Dipartimenti tal-Gvern biss.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 21903, jista' l-Ministru jagħti l-lista tal-persuni li ħadmu overtime u kemm tħallsu fi flus u dan b'referenza għad-Dipartiment Żgħazagħ u Sports?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb l-mistoqsija parlamentari nru. 21976?
Response (GALEA, LOUIS)
Din iż-żjara tifforma parti mill-programm ta' skambji li jsiru regolarment kull sena mid-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport. Dan il-proġett ta' skambji ilu jsir għal dawn l-aħħar sittax-il sena. Saret sejħa għall-applikazzjonijiet ġenerali u sussegwentament sejħa oħra għal dawk li xtaqu jmorru fuq exchange fiċ-Ċina. Kien hemm 41 applikazzjoni li minnhom intgħażlu 10 bil-polza li ħallsu biss il-passaġġ ta' Lm360, filwaqt li ż-żewġ group leaders ħallsu tlett kwarti tal-passaġġ kull wieħed. L-ospitalita` ġewwa ċ-Ċina ġiet offruta minn Federazzjoni taż-Żgħażagħ Ċiniża. Fil-Youth Exchanges konsiderazzjoni tingħata lil dawk li qatt ma kienu siefru fuq youth exchange. Pajjiżna rreċiproka dawn iż-żjarat f'Settembru li għadda.
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji sabiex bozza li tinsab fi Triq Ħabel ix-Xgħir, Sqaq Nru 3. Żejtun li jidher li hemm xi loose connection din tiġi rranġata?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li l-manutenżjoni meħtieġa fuq il-bozza li qed issir riferenża għaliha diġa' saret.
B'referenza għall-avviż li deher fil-gazzetti bħala programm ta' għajnuna għal inizjattivi minn Għaqdiet taż-Żgħażagħ u li l-applikazzjonijiet għalqu fil-5 ta' Diċembru 2000, jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet u f'isem min huma?
Jista' jgħid ukoll fil-qasir x'inhu l-proġett jew l-attivita li għamlu referenza għaliha u kemm ġe mitluba fondi f'kull każ?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm qed iħallas l-Uffiċċju Elettorali lill-kuntrattur għas-sistema kompjuterizzata?
Jista' jgħid min hu jew huma l-kuntratturi?
X'inhu x-xogħol li qed jagħmlu dawn il-kuntratturi?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-mistoqsija ġiet mogħdija lill-Kummissjoni Elettorali u li l-informazzjoni tingħata hekk kif tingħata mill-Kummissjoni.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema programm/i ta' l-Unjoni Ewropea xi dipartiment jew entita' oħra li tinsab fid-dekasteru tiegħek qed tipparteċipa? Liema huma dawn il-programmi u x'utilita' għandhom u kemm qed jieħdu sehem persuni? Kemm hu l-ħlas ta' Malta u dak ta' l-Unjoni Ewropea?
Jista' l-Ministru jgħid f'liema programm/i ta' l-Unjoni Ewropea xi dipartiment jew entita' oħra li tinsab fid-dekasteru tiegħek qed tipparteċipa? Liema huma dawn il-programmi u x'utilita' għandhom u kemm qed jieħdu sehem persuni? Kemm hu l-ħlas ta' Malta u dak ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni ghadha qed tingabar ir-risposta tinghata f'xi seduta ohra.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema programm/i ta' l-Unjoni Ewropea xi dipartiment jew entita' oħra li tinsab fid-dekasteru tiegħek qed tipparteċipa? Liema huma dawn il-programmi u x'utilita' għandhom u kemm qed jieħdu sehem persuni? Kemm hu l-ħlas ta' Malta u dak ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena l-Korp tal-Pulizija ipparteċipa f`diversi seminars u laqgħat organizzati taħt il-programmi OISIN, MEDA 1, u FALCONE kif jidher hawn taħt:
MEDA 1
Konferenza dwar l-Etika tal-Pulizija li saret f`Pariġi bejn id-9 u t-13 ta` Settembru
3
FALCONE
Seminar internazzjonali dwar it-traffikar illegali ta` vetturi li saru fi Fuengirola, Malaga fi Spanja bejn is-17 u d-19 t`Ottubru
1
OISIN
Seminar internazzjonali dwar l-analizzar tad-delitti li sar f`Madrid, bejn il-25 u s-27 t`Ottubru
1
FALCONE
Seminar ‘
Money Laundering and Organised Crime
’ li sar f`Pariġi bejn it-13 u s-16 ta` Settembru 2000
2
OISIN
Seminar ‘
Crime Analysis in Drugs Investigations
’ li sar f`Ruma bejn il-25 u t-28 ta` Settembru
1
Peress li Malta kienet qed tipparteċipa bħala partner ma ħallset xejn minħabba li l-proġetti msemmija kienu kollha finanzjati l-parti kbira mill-Unjoni Ewropea u l-kumplament mill-pajjiż organizzattiv.
Nixtieq ngħid ukoll li l-Korp tal-Pulizija diġa` għandu wkoll konfermata l-parteċipazzjoni ta` uffiċjali fi proġetti tal-programmi FALCONE, GROTIUS u STOP. Dawn il-proġetti se jkunu ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea u għalhekk il-parteċipazzjoni ta` Malta se tkun mingħajr ħlas.
Ninsab infurmat ukoll li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar applikat biex tieħu sehem fi tlett proġetti taħt il-programm 'Short and Medium-Term Priority Environmental Action Programme' (SMAP) u ieħor taħt il-programm tal-'LIFE-Third Countries'.
Hu maħsub li n-numru ta` persuni mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar li ser ikunu nvoluti bħala parti minn xogħolhom fil-proġetti taħt 'SMAP', jekk jiġu approvati, huwa ta` tnax filwaqt li n-numru ta` persuni li ser ikunu nvoluti fil-proġett taħt 'LIFE-Third Countries', jekk jiġi approvat, huwa ta` ħamsa.
Peress li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar qed tipparteċipa bħala 'partner' biss f`dawn il-proġetti imsemmija, il-parteċipazzjoni ta` l-Awtorita` ser tkun mingħajr ħlas.
Apparti dawn il-proġetti msemmija hawn fuq, l-Awtorita` ta` l-Ippjanar qed ikollha ukoll taħdidiet ma` pajjiżi oħra fuq proġetti taħt il-programm INTERREG III 2000 - 2006.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 21764, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi pjani hemm sabiex l-area offices tad-dipartiment tas-servizzi soċjali li m'humiex aċċessibbli jsir ix-xogħol meħtieġ fihom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Ministeru ser jagħmel studju biex jiġi determinat liema mill-Uffiċċji Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali, li preżentement mhumiex aċċessibbli, jistgħu possibilment isiru aċċessibbli u x-xogħol u l-ispiża meħtieġa biex dan isir.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema programm/i ta' l-Unjoni Ewropea xi dipartiment jew entita' oħra li tinsab fid-dekasteru tiegħek qed tipparteċipa?
Liema huma dawn il-programmi u x'utilita' għandhom u kemm qed jieħdu sehem persuni?
Kemm hu l-ħlas ta' Malta u dak ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Bħal ma diġa' ħabbart f'okkażjoni oħra, fid-9 ta' Ottubru, 2000, għan-nom tal-Gvern Malti, iffirmajt ftehim biex Malta tissieħeb fl-Aġenzija Ewropeja għall-Ambjent. L-Onorevoli Interpellant jaf li jiena ressaqt mozzjon lill-Ispeaker tal-Kamra biex dan il-ftehim jinġieb għar-ratifika tal-Parlament. Malli dan isir, Malta ssir membru sħiħ f'din l-Aġenzija b'rappreżentanza fuq il-Management Board u bid-dritt tal-vot.
Kif jidher fit-test tal-ftehim, li kopja tiegħu kienet annessa mal-mozzjon, il-ħlas għas-sħubija ta' Malta f'din l-Aġenzija għat-tlett snin li ġejjin (2001/2003) huwa ta' Euros 36,000, Euros 46,000 u Euros 56,000 rispettivament. Kif insiru membri ta' l-Unjoni Ewropeja, il-ħlas tas-sħubija jibda jsir mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropeja.
Sħubija f'din l-Aġenzija se tgħin biex Malta, permezz tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent, tkun f'pożizzjoni li tipparteċipa f'dawk l-inizjattivi li tieħu l-Aġenzija favur l-ambjent. Dawn l-inizjattivi jinkludu network fost il-pajjiżi membri għall-bdil ta' informazzjoni dwar l-oqsma kollha ambjentali u l-parteċipazzjoni fi programmi ta' taħriġ, u fil-Kumitat Xjentifiku.
Malli nsiru membri ta' l-Aġenzija, ċittadini Maltin ikunu jistgħu japplikaw għall-impjieg ma' l-Aġenzija filwaqt li esperti Maltin fil-qasam ta' l-ambjent ikunu jistgħu jiġu ngaġġati mill-Aġenzija bħala konsulenti.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema programm/i ta' l-Unjoni Ewropea xi dipartiment jew entita' oħra li tinsab fid-dekasteru tiegħek qed tipparteċipa?
Liema huma dawn il-programmi u x'utilita' għandhom u kemm qed jieħdu sehem persuni?
Kemm hu l-ħlas ta' Malta u dak ta' l-Unjoni Ewropea?
Jista' l-Ministru jgħid f'liema programm/i ta' l-Unjoni Ewropea xi dipartiment jew entita' oħra li tinsab fid-dekasteru tiegħek qed tipparteċipa?
Liema huma dawn il-programmi u x'utilita' għandhom u kemm qed jieħdu sehem persuni?
Kemm hu l-ħlas ta' Malta u dak ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema programm/i ta' l-Unjoni Ewropea xi dipartiment jew entita' oħra li tinsab fid-dekasteru tiegħek qed tipparteċipa?
Liema huma dawn il-programmi u x'utilita' għandhom u kemm qed jieħdu sehem persuni?
Kemm hu l-ħlas ta' Malta u dak ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (BORG, JOE)
L-ebda dipartiment f'dan il-Ministeru m'hu qed jippartecipa f'xi programm ta' l-Unjoni Ewropea.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema programm/i ta' l-Unjoni Ewropea xi dipartiment jew entita' oħra li tinsab fid-dekasteru tiegħek qed tipparteċipa?
Liema huma dawn il-programmi u x'utilita' għandhom u kemm qed jieħdu sehem persuni?
Kemm hu l-ħlas ta' Malta u dak ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li d-Direttorat tal-Portijiet hu nvolut f'żewġ inizjattivi li jiffurmaw parti mill-'Euro Mediterranean Partnership'. Dawn huma:
1. Media Project 7 - Hgħdorgraphgħ for the Mediterranean
2. Multi-Annual Rolling Work Programme for Maritime Transprot in the Mediterranean
L-għan ta' Project 7' hu l-miljoramnet tas-Sezzjoni ta' l-Idografija fi ħdan l-Awtorita' Marittima. Bħalissa, persuna waħda qed tieħu sehem f'dan il-proġett.
L-għan tal-'Multi-Annual Rolling Work Programme' hu li jippermetti lill-Awtoritajiet tal-pajjiżi parteċipanti biex jippjanaw 'policies' għall-futur għal portijiet marittimi, liema 'policies' ikunu bbażati fuq statistika dettaljata u eżatta, kif ukoll biex jifformulaw metodoloġija ta' l-istatistika komuni. Bħalissa, żewġ persuni qed jieħdu sehem f'dan il-programm.
Il-ħlas relatat ma' 'Projeċt 7' sar kollu mill-unjoni Ewropea u jlaħħaq madwar Lm40,000, filwaqt li ħlas kollu għall-'Multi-Annual Rolling Work Programme' ukoll sar mill-unjoni Ewropea u s'issa, laħħaq madwar Lm7,000.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema programm/i ta' l-Unjoni Ewropea xi dipartiment jew entita' oħra li tinsab fid-dekasteru tiegħek qed tipparteċipa?
Liema huma dawn il-programmi u x'utilita' għandhom u kemm qed jieħdu sehem persuni?
Kemm hu l-ħlas ta' Malta u dak ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (DALLI, JOHN)
Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li m'ghandi xejn x'inzid mar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 22008 f'seduta 453.