Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #22858 Sitting 473 2001-01-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għaqdiet taż-Żgħażagħ

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 22279, jista' l-Ministru jgħid jekk hux l-għaqdiet kollha msemmija ġew mgħejjuna u kemm ingħataw fondi f'kull każ?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mhux il-proġetti kollha li ssottomettew l-għaqdiet huma eliġibbli għal għajnuna finanzjarja. Il-Proġetti għadhom qed jiġu pproċessati biex eventwalment tingħata l-għajnuna finanzjarja.
Leg 9 PQ #22859 Sitting 473 2001-01-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Riżoluzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu talbu spejjeż marbutin mal-kuntratti nfushom, il-clubs u l-għaqdiet li ffirmaw il-kuntratti tar-riżoluzzjoni li għaddiet mill-Parlament fl-1997? Jista' jagħti l-figuri b'mod separat għal kull kuntratt li ġie ffirmat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-kuntratti mal-clubs u l-għaqdiet li saru skond ir-riżoluzzjoni li għaddiet mill-Parlament fl-1997 ma ġewx ippublikati minn Nutar tad-Dipartiment ta` l-Artijiet u għaldaqstant ma nistax ngħid kemm kienu talbu spejjeż marbutin mal-kuntratti nfushom.
Leg 9 PQ #22875 Sitting 473 2001-01-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Ħlasijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk id-dipartimenti tal-gvern ġewx mogħtija direttivi sabiex ma jaċċettawx flus iżda jitħallsu biss b'ċekkijiet? Jekk iva, x'wassal għal din id-deċiżjoni?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru tal-Finanzi.

Djar — Marsaskala

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi kriterji ntużaw fl-avviż 51 ta' l-1995 sabiex jitqassmu djar ġewwa Marsascala u min kien intitolat għalihom? Jista' jgħid ukoll jekk għadx fadal postjiet li m'humiex abitati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-kriterji użati taħt l-Avviż Numru 51 ta' 1995 huma dawk indikati fl-istess avviż. F'danl-avviż kienu ħarġu 20 maisonette u kienu riżervati hekk: 4 għall-miżżewġin li minnhom 2 kienu riżervati għall-applikanti li għandhom xi diżabilita' 15 għall-għarajjes li minnhom 2 kienu riżervati għall-applikanti li għandhom xi diżabilita' 1 għall-ġenitur wieħed. L-Awtorita' tad-Djar ser tagħmel spezzjoni fuq dawn il-postijiet biex tivverifika jekk hemmx xi postijiet mhux abitati.
Leg 9 PQ #22877 Sitting 473 2001-01-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid art li fil-preżent hi tal-knisja, li tinsab fl-inħawi ta' Triq is-Salvja f'Marsascala u li hemm bini mibni fuqha, meta hu maħsub li ser tgħaddi f'idejn il-Gvern sabiex eventwalment persuni li jgħixu f'dawn id-djar u ħallsu l-eluf tal-liri sa fl-aħħar id-dar issir tagħhom

Response (BORG, TONIO)

Sabiex l-Uffiċċju Konġunt ikun jista` jivverifika jekk l-art għaddietx għand il-gvern, l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jkun aktar speċifiku dwar il-proprjeta` li qed jirreferi għaliha eż. pjanta ta` l-art.
Leg 9 PQ #22046 Sitting 476 2001-01-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema programm/i ta' l-Unjoni Ewropea xi dipartiment jew entita' oħra li tinsab fid-dekasteru tiegħek qed tipparteċipa? Liema huma dawn il-programmi u x'utilita' għandhom u kemm qed jieħdu sehem persuni? Kemm hu l-ħlas ta' Malta u dak ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (GALEA, LOUIS)

Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u l-Universita` qed jieħdu sehem fil-programmi Leonardo u Socrates ta' l-UE. Ma tistax tingħata figura preċiża tal-parteċipazzjoni ta' Malta fil-programm Socrates minħabba li ħafna mill-parteċipazzjoni qed timmatura matul din is-sena. Per eżempju, fil-programm Comenius, aktar u aktar skejjel Maltin qed jieħdu sehem. Sas-16 ta' Jannar 2001, hemm 17-il skola li qed jieħdu sehem. In-numru ta' parteċipanti jvarja minn proġett għal ieħor. Fil-programm Erasmus 100 studenti Universitarju qed jieħdu sehem. Fil-programmi l-oħra ta' Socrates, is-sehem ta' Malta qed jiżdied kuljum permezz ta' kuntatti ma' aġenziji nazzjonali f'pajjiżi oħra. Fil-programm Leonardo, fl-ewwel sejħa għall-applikazzjonijiet, kien hemm 250 applikazzjoni għall-proġetti ta' Mobility fl-2001. Il-ħlas ta' Malta fl-2000 kien ta' Lm415,000. L-UE ma ħarġet ebda fondi għal din il-parteċipazzjoni. Fl-2001, hu mistenni li l-fondi jinqasmu bejn Malta u l-UE.
Leg 9 PQ #22841 Sitting 476 2001-01-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tat-Turiżmu

Restaurants Ċiniżi

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' restaurants Ċiniżi li huma liċenzjati f'Malta, fejn qegħdin, kemm iħaddmu nies u kemm iħaddmu Ċiniżi li għandhom il-permessi tax-xogħol? Jista' jagħti tagħrif tal-ħaddiema Ċiniżi li għandhom il-permess jaħdmu f'dawn ir-restaurants Ċiniżi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-għadd ta’ ristoranti li jservu ikel Ċiniż u l-lokalita’ fejn qegħdin. Dwar il-kumplament tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Membru jagħmel id-domanda lill-Ministru ta’ l-Intern.
Leg 9 PQ #22842 Sitting 476 2001-01-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni miċ-Ċina

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista' ta' importaturi Maltin li jimportaw miċ-Ċina?

Response (BONNICI, JOSEF)

Bil-Liġi ta' l-Istatistika ma tistax tingħata informazzjoni li tiżvela xi importatur partikulari. Jista' jkun li din it-tip ta' informazzjoni tista' tiġi provduta mingħand il-Kamra tal-Kummerċ u għaldaqstant nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal din l-organizzazzjoni.
Leg 9 PQ #22843 Sitting 476 2001-01-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Proġetti — Għajnuna miċ-Ċina

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif tal-proġetti li ċ-Ċina għenet biex twettaq matul dawn l-aħħar 28 sena min meta Malta waqfet ir-relazzjonijiet diplomatiċi maċ-Ċina, bħal ngħidu aħna r-Red China Dock, il-proġett tal-Port Ħieles ta' Marsaxlokk, il-fabbriki etc? Meta nbeda kull proġett u kemm dam biex tlesta kull proġett?

Response (BORG, JOE)

Skond ir-records tal-Ministeru dawn kienu l-proġetti fejn iċ-Ċina għenet biex jitwettqu: * Wara ftehim li ġie ffirmat bejn Malta u ċ-Ċina fit-8 t'April 1972, kien hemm diversi proġetti proposti fejn iċ-Ċina tat għajnuna teknika. Ta' min isemmi l' Spinning and Weaving, fabbrika żgħira li timmanifattura prodotti tar-rattan u oħra taċ-ċikkulata. L' Spinning and Weaving damet topera sal-bidu tas-snin tmenin, u anke dik taċ-ċikkulata, imma l-fabbrika tar-rattan falliet ftit wara l-ftuħ. * Skond Protokoll li ġie ffirmat fl-1977, iċ-Ċina tat għajnuna teknika fuq żewġ proġetti: 1) Il-bini tal-Breakwater ta' Marsaxlokk - iċ-Ċina tat għajnuna teknika f'dan il-proġett sakemm tlestiet l-ewwel fażi fl-1985, wkoll fit-tieni fażi ta' estensjoni sal-1991. 2) Bini tal-Baċir numru 6 fit-Tarzna ta' Malta - għajnuna teknika fil-bini tal-baċir li ġie inawgurat fl-1981. * Bi ftehim li ġie ffirmat fl-1986, twaqqfet kumpanija bi sħab (Leisure Clothing) li għadha topera sal-lum. * Skond Ftehim li ġie ffirmat fl-1991, iċ-Ċina għenet biex jitwaqqaf iċ-Ċentru Reġjonali tal-Agupuntura, li ġie inawgurat fl-14 ta' April 1994. * F'Lulju tal-1997, ioċ-Ċina tat għotja ta' 3 miljun Renminbi (Lm138,000) biex nintefqu fuq proġetti miftehma bejn iż-żewġ naħat. * F'Awwissu 1999 u f'April 2ċċċ, il-Gvern Ċiniż ta żewġ għotjiet li jammontaw għal 6 miljun Renminbi (Lm 280,000) biex nintefqu fi proġetti miftehma bejn iż-żewġ naħat. Il-Ministeru m'għandux id-dettalji mitluba fit-tieni parti tad-domanda, u għalhekk l-Onorevoli Interpellant mitlub jirrivolġi l-mistoqsija lid-dipartiment jew ministeru konċernat.
Leg 9 PQ #22844 Sitting 476 2001-01-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Żjarat Ministerjali fiċ-Ċina

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif kemm kien hemm żjarat Ministerjali fiċ-Ċina f'dawn l-aħħar 14-il sena minn mindu kien hemm Gvern Nazzjonalista? Jista' jagħti tagħrif min mill-Ministru żar iċ-Ċina u jagħti dettalji ta' meta saret iż-żjara f'kull każ?

Response (BORG, JOE)

Żjarat Ministerjali fiċ-Ċina Minn files li għandu l-Ministeru jirriżulta li f'dawn l-aħħar 14-il-sena kien hemm 19-il Żjara Ministerjali fiċ-Ċina: 1. 1998 - (19-24 Sett) Żjara tal-Ministru ta' l-Infrastruttura, Perit Michael Falzon 2. 1991 - (24-28 Mejju) Żjara tal-Ministru tal-Affarijiet Barranin, Profs Guido de Marco 3. 1991 - (28 Ġun-4 Lul) Żjara tas-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa, Dr George Hyzler 4. 1991 - (06-12 Sett) Żjara tas-Segretarju Parlamentari għall-Affarijiet Marittmi, Dr Joe Fenech 5. 1991 - (08-16 Diċ) Żjara tal-Viċi Prim Ministru u Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin, il-Profs Guido de Marco 6. 1993 - (01-05 Frar) Żjara tal-Ministru tal-Finanzi, John Dalli 7. 1994 - (06-11 Ġunju) Żjara tal-Prim Ministru, Dr Eddie Fenech Adami akkumpanjat mill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, il-Profs Guido de Marco 8. 1994 - (28 Ott-01 Nov) Żjara tas-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa, Dr John Rizzo Naudi 9. 1995 - (04-15 Sett) Żjara tas-Segretarju Parlamentari għall-Affarijiet tal-Familja, Giovanna Debono 10. 1997 - (30 Aww-3 Sett) Żjara tal-Ministru tal-Affarijiet Barranin u Ambjent, Dr George Vella 11. 1999 - (17-24 Jan) Żjara tal-Ministru għall-Ambjent, Dr Francis Zammit Dimech 12. 1999 - (18-26 Apr) Żjara tas-Segretarju Parlamentari, Jesmond Mugliett 13. 1999 - (23 Aww-4 Sett) Żjara tal-Ministru tas-Saħħa, Dr Louis Deguara 14. 1999 - (29 Aww-4 Sett) Żjara tal-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi, Profs Josef Bonnici 15. 1999 - (25 Aww-15 Set) Żjara tal-Ministru tat-Trasport, Perit Ċensu Galea 16. 2000 - (21-30 Mar) Żjara tal-Ministru tal-Finanzi, John Dalli 17. 2000 - (19-28 Lul) Żjara tal-Ministru tal-Affarijiet Barranin, Dr Joe Borg 18. 2000 - (04-06 Ott) Żjara tal-Ministru tas-Servizzi Ekonomiċi, Profs Josef Bonnici ġewwa Hong Kong 19. 2000 - (18-25 Ott) Żjara tal-Ministru tat-Turiżmu, Dr Michael Refalo Uffiċċjali mill-Ministeru tiegħi li żaru ċ-Ċina f'dawn iż-żjajjar kienu: 1. 1988 - Ambaxxatur Richard Lapira 2. 1991 - Ambaxxatur Joe Cassar, is-Sur Walter Balzan u Dr Joe Pirotta 5. 1991 - Ambaxxatur Alfred Zarb u s-Sur Joe Tonna 7. 1994 - Mr Victor Camilleri u s-Sur David Casa 9. 1995 - Is-Sur Giovanni Miceli 10. 1997 - Is-Sur Joe Sant u l-Ambaxxatur Alfred Zarb 11. 1999 - Is-Sinjorina Ruth Mallia 17. 2000 - Is-Sur Salv Stellini u s-Sinjorina Elvia Agius Rigward Ministeri oħrajn, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel mistoqsija lill-Ministri konċernati.
Leg 9 PQ #22845 Sitting 476 2001-01-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dħul tal-PBS

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul matul is-sena 2000 mill-PBS għal programmi li xxandru fuq it-televizjoni? Jista' jagħti l-lista b'mod separat għal kull programm?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali u għalhekk ma nħossx li għandha tingħata.

Persuni ta' nazzjonalita' Ċiniża

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni ta' nazzjonalita' Ċiniża li għandhom il-permess biex jaħdmu f'Malta? Jista' jgħid fejn qed jaħdem dawn iċ-Ċiniżi u kemm ilhom hawn Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #22735 Sitting 475 2001-01-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet — Overtime

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' l-overtime li ngħata fid-dipartiment ta' l-artijiet is-sena li għaddiet? Jista' jagħti lista ta' l-impjegati kollha li ħadmu l-overtime? Meta sar dan l-overtime u kemm sigħat saru minn kull persuna u l-ħlasijiet li saru? X'xogħol għamlu dawn il-persuni meta qagħdu overtime?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant huwa kif jidher fit-Tabella li qegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #22738 Sitting 475 2001-01-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ajruport — Car park

Question

Jista' l-Ministru jgħid min imexxi l-car park ta' l-ajruport u l-pompa tal-petrol? Meta ngħataw din it-tmexxija? Saret sejħa għall-offerti? Jekk ma saritx għaliex?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fl-1993 kienu ħarġu sejħiet għall-offerti għat-tmexxija tal-"car park", tal-ħanut u tal-pompa tal-petrol. Dawn kienu ingħataw lil Sterling Parks Limited. Is-sena li għaddiet il-pompa tal-petrol u l-ħanut ittieħdu lura mill-M.I.A. qabel iż-żmien stipulat għal raġunijiet kummerċjali. Bħalissa qed tiġi aġġudikata sejħa għall-offerti ġdida għat-tmexxija tal-pompa tal-petrol.

Qorti Ewropea — Sentenzi

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-sentenzi kollha li ngħataw mill-Qorti Ewropea tad-drittijiet tal-bniedem in konnessjoni ma' Malta?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Onor. Membru hu mitlub li juza l-`web site` ta` dan il-Ministeru (justice.magnet.mt) li ghandha `link` ghall-`web site` tal-Qorti msemmija minnu u min fejn jista jara kull decizjoni li jixtieq.

Qorti Kostituzzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid sa minn meta twaqqaf il-Qorti Kostituzzjonali wara l-Kostituzzjoni 1974, kemm-il darba instab li nkissret il-kostituzzjoni? Meta? X'kienu l-każijiet? Kemm minn dawn il-każijiet kien hemm ksur tad-drittijiet tal-bniedem? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dawn id-deċiżjonijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tirrikjedi ricerka manwali fuq kull kawza individwali li tiehu tul konsiderovoli ta' zmien biex issir. Dan billi kull kawza kostituzzjonali li dahlet mill-1974 sal-lum, inkluz dawk appellati, jehtieg li tinstab id-decizjoni ta' kull wahda u ssir debita ricerka fuqha. L-Onorevoli Interpellant hu ghalhekk mitlub jikkonsulta l-volumi pubblikati tas-sentenzi tal-Qorti Maltin.
Leg 9 PQ #22746 Sitting 475 2001-01-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tal-membri kollha tal-Forzi Armati ta' Malta li ngħataw ċans isegwu kors l-universita' mill-1987 sal-lum? Meta ngħataw ċans biex jagħmlu dan? B'liema kundizzjoni? X'korsijiet ħadu u xi gradi kisbu dawk li spiċċaw il-kors?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nifhem li l-Onorevoli Interpellant staqsa dwar dawk li-korsijiet universitarji, ‘full-time’ li għandhom l-individwi kkonċernati kienu ssussudjati mill-Forzi Armati. Jien infurmat li matul il-perjodu msemmi kien hemm erba’ individwi li ngħataw l-opportunità li jsegwu kors l-Università. Naturalment, f’dawn il-każi l-individwi jkunu obbligati li ma’ tmien il-kors ikomplu jservu fil-Forzi Armati għal perjodu ta’ żmien jew ħlas lura ta’ spejjeż, jew parti minnu, f’każ li ma jonorawx il-ftehim. Id-dettalji mitluba jidhru fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #22840 Sitting 475 2001-01-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Ambjent

Ġonna Ċiniżi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-pjan biex il-Gvern Ċiniż jibni l-akbar ġnien Ċiniż fil-Mediterran liema ġnien kellu jimbena fejn illum hemm il-Kennedy Grove? X'sar mill-pjan mibdi taħt amministrazzjoni Laburista biex żewġ periti, li kienu diġa' ġew magħżula, jmorru ċ-Ċina ħalli jaraw u jistudjaw ġonna Ċiniżi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma kenitx favur li l-Ġnien Ċiniż isir ħdejn Kennedy Grove u ġiet mistħarrġa l-possibilita' li dan isir f'xi sit ieħor. Din il-possibilita' għadha qed tkun mistħarrġa. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-Taqsima tax-Xogħlijiet m'għandha l-ebda indikazzjoni li kienu jeżistu xi arranġamenti simili.
Leg 9 PQ #22720 Sitting 474 2001-01-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Żgħażagħ — Politika Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif il-gvern fl-oqsma kollha tal-ħajja qed itwettaq il-politika nazzjonali taż-żgħażagħ?

Response (GALEA, LOUIS)

Ffid-diversi oqsma li dwarhom titkellem il-politika nazzjonali taż-żgħażagħ qed isir dak kollu meħtieġ biex din titwettaq mill-Ministeri, Dipartimenti u Għaqdiet non-Governattivi differenti li b'xi mod jew ieħor huma relatati ma' din il-politika. Għal dan il-għan id-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport kif ukoll is-Segretarjat fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni iżommu kuntatt kontinwu ma' dawn il-ministeri, dipartimenti u l-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ skond il-bżonn.
Leg 9 PQ #22722 Sitting 474 2001-01-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma wettaq il-kunsill nazzjnali taż-żgħażagħ minn Awissu 1999 sal-lum?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fost ħwejjeġ oħra, l-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ wettaq dawn l-imsemmija ħidmiet: * Konferenza Nazzjonali fuq iż-Żgħażagħ * Jum iż-Żgħażagħ * Mediterranean Youth Forum * Festa Żgħażagħ * Sports Day 3 ta' Settembru, 2000 * News letter