Legislature:
Category:
Reset
Active:

Benefiċċji Soċjali — Abbużi

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 22878, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta bdew jirċievu l-benefiċċju meta dawn ma kenux intitotali għalih?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni ġa ngħatat fir-risposti għad-domandi numru 22878 u 18047.

Postijiet tax-Xogħol — Korrimenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm weġġgħu nies fuq il-post tax-xogħol, xahar b'xahar matul is-sena 2000? F'liema industrija seħħew dawn l-inċidenti? Kemm minnhom tilfu ħajjithomu, kemm minnhom weġġgħu serjament tant li spiċċaw b'diżabilita' serja? Jista' l-Viċi Prim Minstru jagħti din l-informazzjoni skond l-etajiet differenti u s-sess, kif ukoll jgħid żgħażgaħ taħt id-29 sena f'liema oqsma l-aktar li ġarrbu korrimenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istatistika li tista' tingħata hija biss n-numru ta' talbiet li saru xahar b'xahar għal benefiċċju tal-korriment. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella A li turi din l-informazzjoni. Dwar l-istatistika l-oħra li qiegħda tintalab, minforma lill-Onor. Membru li din l-istatistika qiegħda tinġabar u tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #23148 Sitting 480 2001-01-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartimenti tal-Gvern — Ħlasijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 22875 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' jgħid jekk id-dipartimenti tal-gvern ġewx mogħtija direttivi sabiex ma jaċċettawx flus iżda jitħallsu biss b'ċekkijiet? Jekk iva, x'wassal għal din id-deċiżjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma ġew mgħotija l-ebda direttivi lil Dipartimenti tal-Gvern biex dawn jaċċettaw biss ħlas b'ċekk ad esklużjoni ta' ħlas ieħor kontanti.
Leg 9 PQ #23149 Sitting 480 2001-01-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Persuni ta' nazzjonalita' Ċiniża

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 22846 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lileku ċioe': jista' jgħid kemm hawn persuni ta' nazzjonalita' Ċiniża li għandhom il-permess biex jaħdmu f'Malta? Jista' jgħid fejn qed jaħdem dawn iċ-Ċiniżi u kemm ilhom hawn Malta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta` persuni ta` nazzjonalita` Ċiniża li bħalissa għandhom permess biex jaħdmu f`Malta huwa ta` 139. Tagħrif dwar fejn qed jaħdmu dawn il-persuni jinsab f`lista ta` persuni barranin li għandhom permess biex jaħdmu Malta, li tiġi ppublikata mid-Dipartiment ta` l-Informazzjoni kull l-ewwel Tnejn ta` kull xahar. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li ma tinżammx statistika kif mitluba mill-Onor. Interpellant.

Djar — Marsascala

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 22876, jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-Avviż nru. 51 ta' l-1995, għallinqas il-parti fejn hemm il-kriterji biss?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-Avviż indikat li kien ġie ppublikat fil-Gazzetta tal-Gvern tat-22 ta' Frar 1995.
Leg 9 PQ #23152 Sitting 480 2001-01-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċju Elettorali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 22277?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li kull tlett xhur l-Uffiċċju Elettorali qed iħallas lill-kuntrattur - id-ditta Megabyte Ltd - Lm10,153 għal “hardware” u “software maintenance” u Lm9,775 bħala “operations management fee” għas-sistema kompjuterizzata. Il-kuntrattur jipprovdi “backup support, maintenance” tal-“hardware” u tas-“software” u jagħmel ix-xogħol ta’ kuljum ta’ “systems administration” u “operations management”.
Leg 9 PQ #23156 Sitting 480 2001-01-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 22275?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni dwar l-ewwel u t-tieni parti tal-Mistoqsija qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar it-tielet parti tal-Mistoqsija, il-Kumitati huma dawk kif jipprovdu r-regoli finanzjarji.
Leg 9 PQ #22884 Sitting 479 2001-01-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

UE

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 22693 li oriġinarjament saret lil-Viċi Prim Ministru u ċioe jista' jgħid jekk żgħażagħ li huma illiterati u bla snajja', jew inkella semi-skilled jew li għandhom livell ta' edukazzjoni medju, hux qed jew hux ser ikunu jistgħu jipparteċipaw fil-programmi ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-programm Leonardo hemm opportunitajiet għall-ħaddiema mill-postijiet tax-xogħol biex jieħdu sehem fi proġett ta' Mobility. Il-programm Leonardo ma jimponi ebda livell ta' kompetenza akkademika jew vokazzjonali.
Leg 9 PQ #22958 Sitting 479 2001-01-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Furjana — Casa Gaspe - Lift

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-ħsieb li jitwaħħal lift ġewwa Casa Gaspe, fil-Furjana?

Response (GALEA, LOUIS)

Jekk l-Onor. Membru qed jirreferi għad-Dipartiment tal-Kultura fi Triq ir-Repubblika, Valletta, informat li l-lift ġie stallat u kummissjonat f'Settembru 2000.
Leg 9 PQ #23145 Sitting 479 2001-01-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Restaurnats Ċiniżi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni part tal-mistoqsija parlamentari nru. 22841 li oriġinarjament saret lill-Ministru tat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' l-Ministru jagħti lista ta' restaurants Ċiniżi li huma liċenzjati f'Malta, fejn qegħdin, kemm iħaddmu nies u kemm iħaddmu Ċiniżi li għandhom il-permessi tax-xogħol? Jista' jagħti tagħrif tal-ħaddiema Ċiniżi li għandhom il-permess jaħdmu f'dawn ir-restaurants Ċiniżi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bħalissa hemm 53 persuna ta` nazzjonalita` Ċiniża li għandhom permess biex jaħdmu f`Ristoranti fejn ikun servut ikel Ċiniż. Tagħrif dettaljat - isem tal-persuna, il-post fejn taħdem, ix-xogħol li tagħmel u l-validita` tal-permess tax-xogħol (work permit) - jidher f`lista li tiġi ppublikata mid-Dipartiment ta` l-Informazzjoni kull l-ewwel Tnejn ta` kull xahar. Dwar Maltin li jaħdmu f`dawn ir-Ristoranti nitlob lill-Onor. Membru jagħmel id-domanda lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #23146 Sitting 479 2001-01-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għaqdiet taż-Żgħażagħ

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 22858, jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li ser tingħata din l-għajnuna finanzjarja?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li għadha ma ġietx deċiża ġurnata meta ser tingħata din l-għajnuna.
Leg 9 PQ #23147 Sitting 479 2001-01-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Riżoluzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 22859 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Intern u ċioe' jista' jgħid kemm kienu talbu spejjeż marbutin mal-kuntratti nfushom, il-clubs u l-għaqdiet li ffirmaw il-kuntratti tar-riżoluzzjoni li għaddiet mill-Parlament fl-1997? Jista' jagħti l-figuri b'mod separat għal kull kuntratt li ġie ffirmat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-clubs u l-Għaqdiet li ffirmaw il-kuntratti tar-riżoluzzjoni li għaddiet mill-Parlament fl-1997 ma talbu ebda spejjeż għall-kuntratti nfushom. Fil-fatt il-clubs u l-Għaqdiet li ffirmaw il-kuntratti ħallsu għall-kuntratti li ġew ippublikati minn Nutar privat. Il-ħlas li sar bejn kull klabb u Għaqda lin-Nutar kien fuq bażi individwali u personali bejn il-partijiet konċernati. Ma hemm ebda rekord ta' kemm kien kull ħlas għand il-Kunsill Malti għall-Isports.

Benefiċċju Soċjali — Abbużi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienu l-persuni li d-dipartiment sab li kienu qed jabbużaw minn xi benefiċċju? Jista' jagħti dan it-tagħrif separat għal kull benefiċċju soċjali? Jista' jgħid wkoll dawn l-istess persuni meta bdew jieħdu dawn il-benefiċċji?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Post tax-Xogħol — Inkwiet

Question

B'riferenza għal mistoqsija nru. 19094, jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti l-figura għas-sena 2000 ukoll? Jista' jgħid wkoll mill-1995 sas-sena 2000 kemm minnhom kienu żgħażagħ taħt id-29 sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #22881 Sitting 478 2001-01-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għaqdiet Sportivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' l-board li jiddeċiedi l-għajnuna finanzjara lill-għaqdiet sportivi? Dan il-board jiddeċiedi wkoll dwar għotjiet lill-għaqdiet mhux sportivi? Jista' jgħid jekk jinżammux minuti ta' dan il-board?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Bord li jiddeċiedi l-għajnuna finanzjarja lill-għaqdiet sportivi iltaqa' darbtejn minn meta ġie mwaqqaf. Il-Bord jiddeċiedi biss fuq talbiet minn għaqdiet sportivi. Il-Bord regolarment iżomm il-minuti tal-laqgħat imsejjħa.
Leg 9 PQ #22882 Sitting 478 2001-01-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Joint Office — Marsaskala

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista sħiħa ta' l-artijiet li jinsabu fl-iskema u mhux żviluppati li jinsabu f'Marsascala li għandu l-Joint Office?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-artijiet f`Marsascala amministrati mill-Uffiċċju Konġunt li jinsabu fl-iskema iżda li għadhom m`humiex żviluppati huma kif jidher hawn taħt:- Taż-Żlielaq - 18,500m² Klawsura taċ-Ċaċċara kontrada ta` Bidni - 21,890m² Klawsura taċ-Ċaċċara kontrada ta` Bidni Part 2 - 10,500m² Ta` Gedwet ir-Riħ - 12,730m² Klawsura taċ-Ċaċċara - 2,889m²
Leg 9 PQ #22883 Sitting 478 2001-01-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet — Marsascala

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista sħiħa ta' l-artijiet li jinsabu fl-iskema u mhux żviluppati li jinsabu f'Marsascala li għandu d-dipartiment ta' l-artijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mir-records li jinsabu fid-Dipartiment għat-Tmexxija tal-Proprjeta` jidher illi l-Gvern għandu biċtejn art żgħar fit-Triq tal-Gardiel, Marsascala, li għadhom mhux żviluppati u qegħdin fiż-żona ta` żvilupp.
Leg 9 PQ #22847 Sitting 473 2001-01-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ċentru Kulturali tal-Gvern Ċiniż

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu t-taħdidiet dwar il-ftuħ taċ-Ċentru Kulturali li l-Gvern Ċiniż ser jiftaħ hawn Malta? Jista' jgħid wkoll jekk ġiex allokat xi post għal dan iċ-ċentru?

Response (GALEA, LOUIS)

Għadna qiegħdin fil-proċess li jiġi identifikat post adatt b'konsultazzjoni sħiħa ma' l-Ambaxxata Ċiniża f'Malta.