Jista' l-Ministru jgħid liema dipartiment, awtorita' jew entita' ntroduċa l-iskema tal-commuted parking payment scheme? X'kien il-ħsieb wara din l-iskema u x'wassal sabiex tiddaħħal din l-iskema?
Jista' jgħid wkoll meta ġiet introdotta l-ewwel darba din l-iskema?
Response (BORG, TONIO)
L-Awtorita` ta` l-Ippjanar stabbilit il-Commuted Parking Payment Scheme fl-1994, ibbażata fuq il-Policy TRA 4 tal-Pjan ta` Struttura, kif ġie approvat mill-Parlament. L-iskop ta` din l-iskema hu illi fejn żvilupp ma jkunx jista` jakkomoda il-parkeġġ neċessarju għall-istess żvilupp, isir ħlas f`fond komuni, biex b`hekk ikun jista` jiġi pprovdut parkeġġ komuni fil-lokalita` minn fejn ikunu nġabru l-flus.
Hemm il-ħsieb li parti minn dawn il-flus jintużaw sabiex issir skema ta` Park & Ride għall-Belt u l-Furjana; kif ukoll parkeġġi f`Paceville, San Ġorġ, tas-Sliema u Għar id-Dud.
Jista' l-Ministru jgħid, kif jista' jgħin ħalli x-xewqa tal-kunsill lokali taż-Żejtun li l-ġnien tal-kmandant jiġi restawrat, issir realta'?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Jekk il-Kunsill Lokali taż-Żejtun jirreferi talba għal restawr lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet, din tkun tista' tiġi kkunsidrata bħalma jsir b'talbiet oħra ta' għajnuna.
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol sar mill-1995 sal-lum, sena b'sena fil-Marsa Sports Ground?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li mill-1995 sal-lum ġewwa l-Marsa Sports Grounds sar u għadu qiegħed isir diversi tipi ta' xogħol ta' manutenzjoni fuq bażi regolari. Dan ix-xogħol jinkludi:
* seeding u overseeding tal-football/rugby/baseball pitches,
* żebgħa ta' l-istands ta' l-athletics track,
* manutenzjoni tal-fencing,
* tindif kuljum tal-ground, courts u parking area,
* tindif kuljum tad-dressing rooms, filwaqt li fihom isir ukoll xogħol ta' tibjid kull sena.
Xogħol ieħor li sar ġewwa l-Marsa Sports Grounds fil-perjodu msemmi jinkludi:
1996 * Ġew installati floodlights ġewwa l-Athletic Stadium
* Ir-Rugby pitch ġie magħluq bil-fence.
1997 * F'Settembru/Ottubru il-Marsa ġarrbet diversi ħsarat minħabba l-għargħar,
u kellu jsir xogħol ta' tindif u manutenzjoni straordinarju. Dan kien
jinkludi xogħol ta' dindif bid-dumper u tneħħija ta' debris u ħama
madwar il-Kumpless kollu.
1998 * F'Jannar il-Marsa reġgħet ġarrbet diversi ħsarat minħaba l-għargħar, u
għal darba oħra kellu jerġa' jsir l-istess xogħol ta' tindif u manutenzjoni
straordinarju.
1999 * F'Novembru/Diċembru il-Marsa reġgħet għerqet għat-tielet darba fi
żmien sentejn. Mill-ġdid kellu jerġa' jitneħħa d-debris u ħama madwar
il-Kumpless kollu u jsir xogħol bil-gaffa.
2000 * Matul is-sena 2000 ġiet irranġata t-tirq li tagħti mill-Kumpless għall-
Marsa Sports Club. Sar ukoll refurbishing ta' l-entratura tal-Kumpless
permezz ta' tħawwil ta' siġar u pjanti dekorattivi.
* Matul is-sajf sar xogħol ta' tindif estensiv tal-culverts minn fejn soltu
jgħaddi ammont kbir ta' ilma, bħala prekawzjoni kontra l-għargħar.
Dan ix-xogħol sar mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet.
* Ġew installati floodlights ġodda fil-Football Training Area.
* Id-Dipartiment ħareġ tender għall-bejgħ ta' żewġ vetturi li kienu
mitluqa fil-parking area tal-Marsa Sports Grounds. Dawn il-vetturi
inbiegħu u tneħħew mill-Marsa f'Ottubru.
2001 * Sal-lum apparti x-xogħol regolari ta' manutenzjoni u tindif, għadu
qiegħed jitkompla x-xogħol ta' landscaping madwar il-Kumpless.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li spiċċaw bla xogħol mill-1994 sa l-1999, sena b'sena, minħabba redundancy?
X'tip ta' xogħol kienu jagħmlu? Jista' jgħid ukoll x'kienu l-etajiet tagħhom skond kif tingħata l-istatistika mill-ETC normalment?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma tinżammx informazzjoni fil-format mitlub.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni ġodda li bdew jirreġistraw għax-xogħol sena sena mill-1994 sa l-1999?
Jista' jagħti din l-informazzjoni skond l-etajiet tagħhom?
X'livell ta' edukazzjoni kellhom dawn il-persuni meta bdew jirreġistraw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma tinżammx informazzjoni fil-format mitlub.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 22986, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'livell ta' edukazzjoni kellhom meta bdew jirreġistraw u l-etajiet tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li Triq Hurd's Bank, M'Scala tingħata t-tarmac minħabba l-istat diżastruż u perikoluż, speċjalment meta tagħmel ix-xita, li tinsab fih din it-triq.
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ġie miftiehem programm għal asfaltar ta' toroq f'Marsascala mal-Kunsill Lokali. Bħalissa qed isiru l-preparamenti biex joħorġu t-tenders għall-ewwel għaxar toroq f'dan il-lokal skond dan il-programm.
L-asfaltar ta' Triq Hurd's Bank fil-preżent qiegħda fit-tieni fażi ta' dan il-programm.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li diskriminazjoni bejn il-mara u r-raġel fejn mara armla jew single-parent bi tfal taħt is-16-il sena u li tieħu xi tip ta' għajnuna soċjali jew qiegħda fuq ir-relief, tista' tagħmel part-time job sa Lm 17 fil-ġimgħa, filwaqt li raġel fl-istess sitwazzjoni ma jistax?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Artiklu 30(7) jipprovdi li "Meta l-kap tal-familja tkun persuna li mhix miżżewġa li ma tkunx tista' taħdem bi qliegħ full-time għax tkun trid tieħu ħsieb it-tarbija tagħha stess, hija tkun intitolata għal Għajnuna Soċjali skond ..."
Bħal ma jaf l-Onor. Interpellant kap ta' familja jista' jkun kemm raġel kif ukoll mara għalhekk ma teżisti l-ebda diskriminazzjoni. Ta' min iżid li hemm numru żgħir ta' rġiel li jieħdu l-Għajnuna Soċjali u jaħdmu part-time u jaqilgħu sa Lm17.58 fil-ġimgħa, u dan bla ma titnaqqsilhom ir-rata ta' l-Għajnuna Soċjali.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 23273, jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-claim fi flus Maltin?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-pretensjoni jammonta għal Lm11277.60. Ma' dawn qed jintalbu wkoll l-interessi fuq is-somma flimkien ma' l-ispejjeż tal-qorti kif ukoll l-ispejjeż ta' l-avukat.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jitwaqqaf il-kunsill Malti ta' l-Isport u min huma l-membri li ser jingħataw il-ħatra?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kunsill Malti għall-Isports ser jitwaqqaf fil-ġranet li ġejjin u dan ser ikun magħmul mill-Bord Eżekuttiv u ieħor Konsultattiv. Minħabba li għal Bord Eżekuttiv għadna qed nistennew xi nomini minn Organizzazzjonijiet Sportivi, il-membri ta' dan il-Bord se jitħabbru fil-ġranet li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ħaddiema li fl-1987 kienu mal-kumpanija sussidjarja ta' l-Airmalta - Air Supplies u li ġew trasferiti mal-Gvern u li fir-reviżjoni tas-salarji li saret skond il-collective agreement ta' l-1998 ma ħadux iż-żidiet u spiċċaw jitħallsu anqas minn ħaddiema fl-istess katergorija fi skali 18 jew 17?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onorevoli Interpellant jgħaddi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser titwaqqaf l-Awtorita' tat-Trasport? X'kundizzjonijiet ser ikollhom il-ħaddiema li ser imorru ma' din l-awtorita'?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed jittieħdu l-passi neċessarji biex jinstabu l-persuni li jistgħu jkunu fuq il-Bord ta' din l-Awtorita'.
Il-kundizzjonijiet ta' l-impjieg ikunu jistgħu jiġu finaliżżati mill-istess Awtorita' tat-Trasport.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema fil-pixxina nazzjonali minn Ottubru 1998 sal-lum?
X'inhu x-xogħol li qed jagħmlu?
Saret sejħa pubblika u kif ġew magħżula?
Jista' jgħid wkoll minn fejn huma dawn il-persuni?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġibiet tal-Mistoqsijiet Parlamentari Nurmu 17820, 21597 u 21618.
Minn meta ingħataw dawn it-tweġibiet sal-lum ma kien hemm ebda ingaġġ jew tibdil fir-responsabilita` ta' l-impjegati.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 22884, jista' l-Ministru jagħti aktar dettalji dwar dak li qal fit-tweġiba tiegħu?
Jista' jgħid wkoll kemm ipparteċipaw żgħażagħ li huma illitterati u bla snajja' jew inkella semi-skilled jew li għandhom livell ta' edukazzjoni medja?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-programm Leonardo l-ewwel grupp hu maħsub li jmur fuq Mobility Project lejn April 2001. L-Onor. Membru jifhem li min hu illiterat u, allura, bla ebda taħriġ f'lingwi barranin, ikun diffiċli għalih li jibbenefika minn Mobility Projects. F'dan il-każ fejn hemm illiteriżmu u/jew nuqqas ta' ħila f'xi snajja qed jiġi propost proġett ma' l-ETC biex numru ta' ħaddiema bla xogħol jieħdu sehem fil-Mobility Project ta' Leonardo.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għadx hemm xi kawżi pendenti jew claims pendenti mal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija li kien jaħdem fil-pixxina nazzjonali?
X'inhuma dawn il-kawżi jew claims pendenti fil-każ li r-risposta hija fil-pożittiv.
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-claim pendenti huwa ta' numru ta' siegħat ta' allegat overtime liema claim qed jiġi kkontestat mill-Bord tal-Pixxina Nazzjonali.
Jista' l-Ministru jgħid minn Ottubru 1998 sal-lum kemm ġew ikkummisjonati rapporti dwar l-oqsma taż-żgħażagħ u sport?
Fuqxiex kienu u min talabhom?
Min għamel dawn ir-rapporti u kemm tħallsu?
Jista' jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li matul il-perjodu Ottubru 1998 sal-lum ġew ppubblikati dawn ir-rapporti dwar żgħażagħ u sport:
KPMG Ltd
Rapport li jipprovdi proposti għall-iżvilupp tal-kumpless sportiv tal-Pixxina Nazzjonali, Tal-Qroqq. Dan ġie jiswa Lm2300. Peress li dan jinkludi informazzjoni li tista' tintuża f'tenders fil-futur ma' jistax jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Mr John E. R. Stevens
"The Development of Sports Coaching in Malta"
Dan ġie jiswa Lm330.00. Ser ngħaddi kopja lill-Onor. Membru għall-informazzjoni tiegħu.
Mr. Al. Guy
Rapport dwar: Marsa Track Matthew Micallef St John
L-ispejjeż involuti huma: Hospitality - Lm100.75
Accomodation - Lm88,65
Air ticket - Lm309.08
Ma jistax jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra peress li dan jinkludi informazzjoni li tintuża f'tenders fil-futur.
Dr Anthony Azzopardi
Vulnerable youth : perspectives on vulnerability in education, employment and leisure. Ser ngħaddi kopja lill-Onor. Membru għall-informazzjoni tiegħu.
Motor Sports ad hoc Committee
Re: Motor Sport in Malta: A Strategic Direction
Dan sar mingħajr ħlas.
Peress li dan jinkludi informazzjoi li tista' tintuża f'tenders fil-futur ma jistax jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ad hoc Committee
Rapport dwar 3 Sport Complexes.
Diġa' tpoġġiet kopja fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn saru b'xejn.
Josef Buttigieg
Rapport re: Youth Net 2000
Dan sar mingħajr ħlas.
Dept. Youth & Sport
Youthnet Info 2001 A guide to youth organisations
Għadu qed jiġi stampat. Id-disinjar, impaġnar u l-istampar ser jiġi jiswa Lm2435.
Dr A. Abela
Sociological Analysis on Participation of young adults in youth organisations.
Għadu qed jiġi stampat u ser jiġi jiswa Lm1090
Sport Section
Rapport Finali tal-Konferenza ta' l-Isport.
Ġew ippublikati ħames mitt kopja ta' rapporti u x-xogħol sar mill-Government Printing Press, Marsa għall-ammont ta' Lm900. Ser ngħaddi kopja lill-Onor. Membru għall-informazzjoni tiegħu.
Ad Hoc Committee:
Rapport dwar 'Specialized School for Sport'
Dan sar mingħajr ħlas u għadu qed jiġi finalizzat.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser titwaqqaf il-kumpannija bejn l-Universita' u l-Gvern dwar it-tmexxija tal-Pixxina Nazzjonali?
X'inhi r-raġuni dwar dan id-dewmien?
Min huma d-diretturi ta' din il-kumpannija, jekk ġew magħżula?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kumpanija ser titwaqqaf skond il-Memorandum and Articles ta' l-1995 għalkemm dan sarulu xi tibdiliet mis-Segretarju Parlamentari. Rigward id-Diretturi tal-Kumpanija dawn ser ikunu imħabbra hekk kif ikunu ffinalizzati l-Operations Agreement.