Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #25002 Sitting 530 2001-04-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Arblu tad-Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li arblu tad-dawl li jinsab f'nofs triq bejn Triq l-Ikħal u Triq l-Aħdar ġewwa M'Scala jitneħħa minn hemm minħabba li huwa ta' periklu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-arblu msemmi jkun jista' jitneħħa meta jitlesta l-bini.
Leg 9 PQ #25003 Sitting 530 2001-04-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Bozoz

Question

Jista' l-Ministru jara li fi Triq l-Ikħal ġewwa M'Scala jsiru numru ta' bozoz minħabba li din it-triq hija mudlama ħlief għal bozoz ta' djar privati?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.
Leg 9 PQ #24738 Sitting 525 2001-04-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Malti għall-Isport

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq, il-Mejda tal-Kamra t-terms of reference tal-bord eżekuttiv tal-Kunsill Malti għall-Isport u tal-bord konsultattiv?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-materja ser tiġi trattata mill-Kunsill Malti għall-Isports. Tweġiba tingħata meta tkun ġiet definita.
Leg 9 PQ #24739 Sitting 525 2001-04-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Kottonera — Ċentru Sportiv

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 24303, fejn fit-tweġiba ma ntqal xejn li ħamrija kienet qed tiġi mormija fil-baħar, jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-ministeru jew mid-dipartiment konċernat sabiex dan ma jomplix jiġri?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li qatt ma irriżulta li ħamrija tajba għal skop agrikolu intremiet fil-baħar.
Leg 9 PQ #24740 Sitting 525 2001-04-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsa Sports Ground

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 24213?

Response (GALEA, LOUIS)

Lista tal-ħlasijet kollha li saru minn Ottubru 1998 sal-lum fuq xogħlijiet li saru fil-Marsa Sports Ground, klassifikata skond il-kuntrattur, natura tax-xogħol/servizz, valur u l-metodu ta' kif saret l-ordni għax-xogħol jew servizz, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Informat li hija l-prattika normali li l-ħaddiema tad-Dipartiment ikunu nvoluti f'xogħol li jkunu qed iwettqu kuntratturi privati.

Żurrieq — Valletta Road

Question

Jġsta' l-Mġnġstru jgħġd x'ġnhu jsġr sabġex Valletta Road, Żurrġeq, ma tġbqax tġnfaqa' bl-ġlma u ma jġbqax ġfur ġd-drenaġġ

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li saru t-testijiet neċessarji fuq il-pedamenti tat-triq biex jiġi stabbilit x'tip ta' kostruzzjoni hemm bżonn li ssir biex it-triq titranġa, u qed isiru l-istimi tax-xogħol sabiex tkun tista' toħroġ sejħa għall-offerti.
Leg 9 PQ #24742 Sitting 525 2001-04-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Proġetti — Għajnuna miċ-Ċina

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 22843, jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar għotjiet u self li kienu saru mill-Gvern Ċiniż bejn l-1972 u l-1986? Kien hemm xi żjarat minn ministri Laburisti bejn l-1996 u l-1998? Jekk iva, meta kienu u min kienu?

Response (BORG, JOE)

Skond ir-records tal-Ministeru, fl-1972, il-Gvern Ċiniż ta self ta' mitt miljun Yuan Renminbi (16.93 Miljun Lira Sterlina) lill-Gvern Malti biex jgħinu fit-twaqqif ta' proġetti f'Malta, fosthom il-baċir numru sitta fit-Tarzna ta' Malta. Fil-fatt ġie ffirmat Ftehim (Agreement between the Government of the People's Republic of China and the Government of Malta on a Long-Term and Interest Free Loan by China to Malta) fit-8 ta' April 1972 fi Guangzhou, iċ-Ċina. Bejn l-1996 u l-1998, saret żjara fiċ-Ċina mill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Ambjent, l-Onorevoli Dr George Vella. Iż-żjara saret bejn it-30 t'Awissu u t-3 ta' Settembru 1997.
Leg 9 PQ #24640 Sitting 520 2001-03-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill għall-Isport

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li l-Kunsill Malti għall-Isport ser jiltaqa għall-ewwel darba, meta l-kunsill ilu xott minn Diċembru 2000? Jista' jgħid wkoll min huma l-membri kollha tal-kunsill Malti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Bord Eżekuttiv tal-Kunsill Malti diġa' beda jiffunzjona regolarment. Dan il-Bord huwa kompost minn dawn il-membri: Chairperson: Is-Sur Michael Aquilina Viċi Chairperson: Is-Sur Franco Azzopardi Segretarju Eżekuttiv: Is-Sur Joseph Cassar Membri: Is-Sur John Demanuele L-Imħallef Lino Farrugia Sacco Is-Sur Joseph Psaila Is-Sur David Azzopardi Il-Bord Konsultattiv għadu ma ġiex maħtur uffiċjalment għaliex is-Segretarjat kien għadu qed jistenna informazzjoni mill-Għaqda Kittieba Sports dwar ir-rappreżentant tagħhom fuq dan il-Bord. Din l-informazzjoni waslet għand is-Segretarjat f'dawn il-ġranet. Hu maħsub li dan il-Bord jiġi maħtur fil-jiem li ġejjin.

M'Scala — Triq l-Ikħal - Bankini

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li Triq l-Ikħal f'M'Scala tingħata t-tarmac u li jsiru bankini diċenti minħabba li tinsab fi stat tal-biki?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li x-xogħol għall-asfaltar ta' Triq l-Ikħal ma' jistax isir bħalissa għaliex din it-triq mhix inkluża fil-programm ta' priroritajiet li tfassal mall-Kunsill Lokali għall-asfaltar ta' għaxar toroq f'dan il-lokal.
Leg 9 PQ #24394 Sitting 516 2001-03-20 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Marsaxlokk — Ġibjun

Question

Jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni li l-ġibjun f'tas-Silġ limiti ta' Marsaxlokk mhux qed ikollu ilma sabiex jaqdi l-ħtiġijiet tal-bdiewa ta' dik iz-zona?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat mill-uffiċjal responsabbli illi l-ġibjun f'tas-Silġ ġie fornut bl-ilma minn nhar it-Tnejn 12 ta' Marzu, 2001.

M'Scala — Spezzjonijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk sarux xi spezzjonijiet fi Triq il-Riġnu, M'Scala u x'irriżulta minnhom? Kemm hemm postijiet f'din it-triq u f'kemm-il post saret spezzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fi Triq ir-Riġnu M'Scala hemm għoxrin Maisonette u saru għoxrin spezzjoni. Minn dawn l-ispezzjonijiet kien hemm disgħa benefiċjarji li ma kienux preżeenti u ser terġa ssirilhom spezzjoni oħra. Minn ħdax-il spezzjoni l-oħra għaxra minnhom huma okkupati u wieħed ġie traferit lill-terzi.
Leg 9 PQ #24219 Sitting 512 2001-03-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mediterranean Institute — Farmhouse

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 24092, jista' l-Ministru jgħid x'użu għandha l-farmhouse tal-Mediterranean Institute fl-Universita' ta' Malta?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ħames kmamar li fih ir-razzett qed jintużaw hekk: 1. Uffiċċju taċ-Chairman (li sa ftit ilu kien ukoll id-Direttur) tal-Mediterranean Institute, spazju li jintuża wkoll bħala Boardroom ta' l-Istitut u għall-ħtiġijiet ta' Professur tal-Filosofija (jirċievu lill-istudenti, jagħtu tutorials eċċ): 2. Uffiċċju tas-Segretarja ta' l-Istitut, li hija responsabbli għall-amministrazzjoni ta' l-Istitut: 3. Uffiċċju tal-proġett għall-iżvilupp ta' l-istudji rurali (inkluż ir-Rural Open Air Museum): 4. Uffiċċju tal-Koperattiva Kulturali Universitarja (inkluża l-ħażna ta' tagħmir pedagogiku ta' għamliet differenti) 5. Uffiċċju ta' lecturer mid-Dipartiment tal-Filosofija, li tieħu wkoll ħsieb il-Philosophy Society.

Djar — Akkomodazzjoni alternattiva

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 23986, jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti l-lista tal-lokalitajiet , jiġifieri kull belt u raħal li minnhom kienu ġejjin l-applikanti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #24206 Sitting 511 2001-03-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsa Sports Ground — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fil-Marsa Sports Ground fil-preżent? Xi grad għandhom u x'xogħol suppost li jagħmlu u x'xogħol qed jagħmlu fil-preżent?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #24208 Sitting 511 2001-03-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsa Sports Ground

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kuntratti ma' kuntratturi privati li qed jagħmlu xogħol regolari fil-Marsa Sports Ground, eżempju ta' skips, gafef etc? Meta ngħataw dawn il-kuntratti u b'kemm ingħataw? Jista' jgħid jekk ingħatawx b'direct order jew le?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-provvista ta' skips huwa l-uniku servizz regolari li jingħata minn kuntratur privat fil-Marsa Sports Ground. Il-kuntratt ingħata qabel l-1996 wara sejħa għall-kwotazzjonijiet. Il-ħlas huwa ta' Lm50.25 fix-xahar għal żewġ skips. Riċentement id-Dipartiment għamel sejħa għall-kwotazzjonijiet ġodda minħabba li nbidlu xi dettalji fis-servizz mitlub.
Leg 9 PQ #24210 Sitting 511 2001-03-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsa Sport Ground

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema part-time fil-Marsa Sports Ground u x'xogħol dawn qed jagħmlu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-Marsa Sprots Ground, hemm impjegata part-time waħda u din tieħu ħsieb it-tindif ta' l-uffiċini ta' l-amministrazzjoni tal-Marsa.
Leg 9 PQ #24213 Sitting 511 2001-03-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsa Sports Grounds

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fil-Marsa Sports Ground minn Ottubru 1998 sal-lum? Fiex intefqu u min għamel dan ix-xogħol u kemm tħallsu? Kif ingħataw dawn ix-xogħlijiet jekk hux b'direct order jew b'tenders? Kien hemm ħaddiema tal-Gvern li kienu nvoluti f'xi xogħol flimkien ma' xi kuntratturi privati?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #24216 Sitting 511 2001-03-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 24120?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Maltacom, bħala kumpanija, ma għandha x'taqsam xejn mas-somma li hu ntitolat għaliha l-persuna li saret referenza għaliha wara li dan spiċċa mill-impjieg.
Leg 9 PQ #24121 Sitting 507 2001-03-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-WSC kelliex ilmenti dwar il-kwalita' ta' l-ilma fl-inħawi taż-Żonqor ġewwa M'Scala? Jista' jara l-kwalita' ta' l-ilma fl-inħawi msemmija?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ma kellha ebda ilment dwar il-kwalita' ta' l-ilma fl-inħawi taż-Żonqor ġewwa Marsaskala. Minn Ottubru li għadda s'issa, il-Korporazzjoni sarulha erba' lmenti dwar il-kwalita' ta' l-ilma f'Marsaskala. Dawn kienu fi Triq il-Qastan, Triq il-Qrempuċ, Triq l-Iskal u Triq Salvu Buhagiar. F'dawn il-każi, il-Korporazzjoni investigat l-ilmenti u ħadet l-azzjoni meħtieġa.