Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #25592 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Leonardo

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jitħallas il-kordinatur tal-Leonardo? Jista' jgħid jekk għandux karigi jew responsabiltajiet oħra? Jekk iva, kemm qed jitħallas?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Kordinatur Nazzjonali tal-Programmi Ewropej hu s-Sur Joe Sammut li jkollu l-assistenza ta' Segretarju Eżekuttiv għal kull programm.
Leg 9 PQ #25593 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Euromed Youth Action Programme

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jitħallas il-kordinatur tal-Euromed Youth Action Programme? Jista' jgħid jekk għandux karigi jew responsabilitajiet oħra? Jekk iva, kemm qed jitħallas?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kordinatur tal-Euro Mediterranean Youth Action Programme qed jitħallas bir-rata ta' Lm3.20 fis-siegħa għal ġimgħa ta' 15-il siegħa skond kuntratt li skada fl-aħħar ta' Diċembru 2000. Il-kuntratt li jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2001 għadu qed jiġi negozjat. Dan il-persuna huwa mpjegat full time mal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija. Huwa wkoll membru fil-Youth Co-ordinating Committee u fil-Planning Consultative Body fuq bażi volontarja.
Leg 9 PQ #25594 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Ambjent

Football Ground

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-football ground li jinsab fix-Xagħra tal-Furjana jiġi rranġat wara li kienu saru l-attivitajiet tal-millenju u minħabba l-istat disastruż li jinsab fih fil-preżent?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol li kellu jsir wara li saru l-attivitajiet tal-Millenju fix-Xagħra tal-Furjana tlestew u dawn kienu jinkludu twaħħil ta' 'chain link fencing' ġdid u tiswija ta' dak eżistenti kif meħtieġ, tiswija u manutenzjoni ta' 'boundary walls', inbidlu l-kaxxi tad-dawl kollha, saret manutenzjoni ta' l-arbli tad-dawl, tneħħa materjal li kien tpoġġa fl-area tal-pitch tal-futbol u nxtrat żerriegħa kif miftiehem mal-Floriana F.C. biex isir re-seeding, liema xogħol ħadu ħsiebu uffiċjali ta' l-istess club.
Leg 9 PQ #25607 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Industrial Estates

Question

Jista' l-Ministru jgħid l-MDC kemm għandha fabbriki fl-Industrial Estates ta' Bulebel, Ħal Far u f'Irnella? Kemm minn dawn il-fabbriki qed jintużaw u kemm huma vojta jew għandhom xi tip ta' użu? Kemm hemm talbiet pendenti għal fabriki minn investituri fil-preżent?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li n-numru ta' fabbriki li għandha l-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta fl-Oqsma Industrijali msemmija huwa kif ġej: Bulebel 107 fabbriki Ħal Far 42 fabbrika Rinella 33 fabbrika Il-fabbriki msemmija huma mqassmin hekk: QED JINTUŻAW VOJTA JEW IMWIEGĦDA Bulebel 105 2 Ħal Far 42 - Rinella 27 6 Fil-preżent hemm sittax-il talba pendenti biex investituri jiftħu fabbrika. Barra minn dawn, hemm numru ta' talbiet pendenti li bħalissa qed jiġu kkunsidrati mill-Bord tal-Korporazzjoni.
Leg 9 PQ #25269 Sitting 535 2001-05-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li dawk li jitolbu itemised bill tal-Maltacom fil-kont tat-telephone jridu jħallsu meta f'pajjiżi barranin din hija ħaġa normali u ssir bla ħlas?

Response (BONNICI, JOSEF)

Mhux korrett li wieħed jgħid li "f'pajjiżi barranin din hija ħaġa normali u ssir bla ħlas". Tant hu hekk li numru ta' pajjiżi Ewropej, fosthom il-Belgju, id-Danimarka, il-Greċja, il-Lussemburgu, l-Olanda u l-Awstrija joffru l-"itemised bills" meta jintalbu u bi ħlas. Is-sistema adottata mill-Maltacom hi li jekk abbonat jitlob ċertu tip ta' informazzjoni dwar kont tat-telefon, dan is-servizz jiġi kopert bi ħlas żgħir. Dan isir biex il-Maltacom tkopri ftit mill-ispejjeż li tagħmel il-Kumpanija biex jingħata s-servizz.
Leg 9 PQ #25270 Sitting 535 2001-05-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex telecard ta' 40 units issib li jkun diġa naqsu 2 units u jibda b'38 units?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija simili numru 20040 waqt is-Seduta numru 393.
Leg 9 PQ #25489 Sitting 535 2001-05-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

USS De La Salle

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija pajżana u/jew bl-uniformi, li qed jagħmlu għassa mal-vapur USS De La Salle, kemm f'ħinijiet partikolari kif wkoll b'mod permanenti? Kemm hu l-ħlas li n-Navy Amerikana qed tħallas lill-Korp tal-Pulizija ta' dan is-servizz?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija ma nħossx illi t-tagħrif ta` din in-natura għandu jkun magħmul pubbliku. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi dan is-servizz ta` sigurta` ma jingħatax bi ħlas.
Leg 9 PQ #25263 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Ambjent

M'Scala — Jerma Palace

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser isir id-dawl ġewwa latrina pubblika li tinsab biswit il-Jerma Palace f'M'Scala u li kienet inbniet bħala parti mill-proġett ta' tisbih fil-promenade ta' M'Scala?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment ikkonċernat qiegħed jistenna l-istima mill-Korprazzjoni Enemalta.
Leg 9 PQ #25264 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kumpless Sportiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu offerti għall-produzzjoni ta' dokumentarju informattiv (broadcast quality) għall-Kumplessi Sportivi tal-Qroqq, tal-Marsa u tal-Kottonera? Min intgħażel u kemm kienu l-offerti f'kull każ ta' dawk kollha li wrew interess? X'xogħol hu mistenni li jsir minn min ħa dan ix-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li daħlu tlett offerti għall-produzzjoni ta' dokumentarju informattiv għall-Kumplessi Sportivi tal-Qroqq, tal-Marsa u tal-Kottonera. F'kull każ l-offerti mitfugħa kienu mingħand l-istess tlett kumpaniji kif se nsemmi: Tal-Qroqq RGB Television Productions Ltd Lm3,450 Blaze Productions Lm3,150 Citadel Video Communications Ltd Lm6,038 Marsa RGB Television Productions Ltd Lm3,450 Blaze Productions Lm3,150 Citadel Video Communications Ltd Lm6,038 Kottonera RGB Television Productions Ltd Lm6,325 Blaze Productions Lm4,140 Citadel Video Communications Ltd Lm6,852 Skond l-ispecifications kull min għamel offerta għal dan ix-xogħol kellu jibgħat samples ta' videos li kienu saru mill-istess kumpanija biex tingħata indikazzjoni tal-kapaċita`/esperjenza fix-xogħol li ġie mitlub fit-tender partikolarment f'animazzjoni tridimenzjonali ta' proġetti li jkunu ser jinbnew. Għalkemm Blaze Productions kienu ikkwotaw l-irħas offerta f'kull każ, huma naqsu milli jinkludu eżempji ta' dokumentarji u animazzjoni tridimenzjonali. Għalhekk l-offerta tagħhom ma setgħetx tiġi kkunsidrata. F'kull każ ġew magħżula RGB Television Productions Ltd li offrew it-tieni l-irħas offerta. RGB Television Productions Ltd kienu ppreżentaw samples konformi ma' l-ispecifications. Kopja ta' l-ispecifications qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #25265 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Water Services Corporation qed tnaqqas il-pressa ta' l-ilma b'mod li din qed ikun ta' detriment għal xi residenti li joqgħodu fi flats ġewwa Triq il-Blajjiet f'M'Scala?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, qed timplimenta policy ta' "level of service" bħlma jsir barra minn Malta. B'din il-policy l-Korporazzjoni torbot lilha nnifisha li twassal is-servizz ta' l-ilma għand il-konsumatur sal-bieb ta' barra tar-residenza tiegħu bi pressjoni ta' "one bar". Dan isir biex ma jkunx hemm pressjoni żejda fuq is-sistema tad-distribuzzjoni u b'hekk ma jiżdidux il-ħsarat. Bi pressjoni ta' "one bar", l-ilma jitla' livell ta' tlitt sulari u għandha tkun biżżejjed biex taqdi d-domanda ġenerali tal-konsumaturi. Min irid jibni aktar fil-għoli jista' imbagħad jinstalla pompa ta' l-ilma. Fil-każ li għalih qed issir riferenza, hemm diffikulta teknika fejn it-tankijiet ta' l-ilma li hemm fuq il-bejt ta' l-appartamenti qiegħdin fiżikament għoljin kważi daqs Żonqor Water Tower li huwa s-sors minn fejn titwassal il-provvista ta' l-ilma. Għaldaqstant qed tinħoloq diffikulta' biex dawn it-tankijiet fuq il-bejt jimtlew minn dan il-water tower. Filwaqt li l-Korporazzjoni qed tara x'jista' jsir sabiex ittejjeb din is-sitwazzjoni, huwa rakkomandat li l-konsumaturi jibqgħu jużaw il-pompi ta' l-ilma li diġa' għandhom installati ħdejn il-bieb ta' barra biex l-ilma jasal fit-tankijiet.
Leg 9 PQ #25266 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ikun hemm pulizija preżenti ġewwa Marsascala speċjalment qrib il-postijiet tad-divertiment?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi f`Wied il-Għajn, bħal f`postijiet oħra, ikun hemm assenjat Pulizija l-ħin kollu. Dan minbarra r-ronda li jkun hemm kemm mill-Iskwadra tal-Mobile u minn tad-Distrett stess. Ta` min jgħid ukoll illi mis-sajf li ġej, ser jibda jkun hemm ukoll Mobile Police Station sabiex jinqdew aħjar il-ħtiġijiet ta` din il-lokalita`, minbarra ż-żieda li jkun hemm bħal ma` kien sar is-sena l-oħra u ta` qabel.
Leg 9 PQ #25267 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Sussidju fuq il-Ħobż

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament ma rċevietx Lm 10 li kienu ngħataw meta tneħħa s-sussidju fuq il-ħobż?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li minn investigazzjonijiet li għamel id-Dipartiment flimkien mal-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma irriżulta li l-persuna kkonċernata ma tħallsitx l-Lm10 kumpens dovut lilha minħabba li n-numru tal-karta ta' l-identita' tagħha ma kienx inkluż fuq id-'database' tal-Korporazzjoni meta beda jitħallas il-kumpens. Għaldaqstant diġa ttieħdu l-miżuri neċessarji sabiex din il-persuna tirċievi ċ-ċekk ta' Lm10 fil-ġranet li ġejjin.
Leg 9 PQ #25268 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Unjoni Ewropeja

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-esperti li ġew mogħtija l-inkarigu mill-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ sabiex jagħmlu studju dwar l-impatt ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropeja? Meta hu mistenni li dan l-istudju jkun lest?

Response (GALEA, LOUIS)

L-Onor. Membru jaf tajjeb li l-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ huwa kumitat awtonomu. Il-Ministeru ma għandux kontroll fuq l-esperti li jistgħu jiġu jew ġew mogħtija l-inkarigu mill-istess Kunsill biex jagħmlu studju dwar l-impatt ta' sħubija fl-Unjoni Ewropeja.
Leg 9 PQ #25122 Sitting 531 2001-04-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Kwarantina

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn jinżammu kwarantina ż-żwiemel li jinġiebu minn barra? Kemm jinżammu f'numru ta' ġranet fil-kwarantina? Jista' jgħid jekk fil-każ ta' żwiemel jeżistiex paddock għalihom?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ż-żwiemel li jiġu minn barra dejjem jiġu spezzjonati u identifikati fil-Kwarantina ta' Zammit Dock. In-numru ta' ġranet li jinżammu ż-żwiemel jiddependi mill-pajjiż minn fejn ikunu ġew. Waqt li ż-żwiemel jinżammu fil-kwarantina, ma jkunux jistgħu jintelqu ġo paddock.
Leg 9 PQ #25123 Sitting 531 2001-04-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Problema ta' 300 Ħaddiem

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta ser tissolva l-problema li għandhom mat-300 ħaddiem li għażlu li jibqgħu mal-Gvern u ma baqgħux jaħdmu mal-Posta Ltd? Meta ser jiġu ntegrati fil-gradi taċ-ċivil mingħajr ma jitilfu s-snin li ilhom fis-servizz fil-postijiet preżenti?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat illi d-diskussjonijiet bejn il-Gvern u l-Unions dwar l-integrazzjoni fil-gradi tas-Servizz Pubbliku tal-ħaddiema tal-Posta li għażlu li jibqgħu mal-Gvern sejrin ikunu finalizzati f’qasir żmien. Is-snin ta’ servizz li dawn l-impjegati għandhom mal-Gvern ma jintilifx.
Leg 9 PQ #25124 Sitting 531 2001-04-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Aktar Dawl fi Triq il-Munxar, M'Scala

Question

Jista' l-Ministru jara li jiżdied xi dawl fi Triq il-Munxar ġewwa M'Scala, l-aktar lejn in-naħa ta' Triq l-Aħdar?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba biex jiżdied id-dawl fit-triq imsemmija ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.

M'Scala — Triq l-Aħdar

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li Triq l-Aħdar ġewwa M'Scala tingħata t-tarmac u tiġi ffurmata fi triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li Triq l-Aħdar hija waħda mit-toroq li x-xogħol fuqha ser isir u fil-preżent qed isir il-liason mal-Utilities biex ikun aċċertat li s-servizzi taħt l-art huma mqiegħda u jiffunzjonaw kollha.
Leg 9 PQ #24999 Sitting 530 2001-04-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kumitat Festi Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Kumitat Festi Nazzjonali? Kemm-il darba ltaqgħa dan il-kumitat?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Kumitat Festi Nazzjonali ġie rikostitwit. Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-Membri.
Leg 9 PQ #25000 Sitting 530 2001-04-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Ambjent

Dumping

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji sabiex art miftuħa fejn qed isir dumping u li tinsab faċċata ta' Triq l-Ikħal ġewwa M'Scala titnaddaf u tingħalaq skond kif hu stipulat fil-liġi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu direttament lill-Kunsill Lokali konċernat.
Leg 9 PQ #25001 Sitting 530 2001-04-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Marsascala - Triq il-Maħsel

Question

Jista' l-Ministru jara li żewġ bozoz li huma difettużi u li jinsabu fi Triq il-Maħsel ġewwa M'Scala jiġu rranġati?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-manutenzjoni meħtieġa fuq iż-żewġ bozoz li qed issir riferenza għalihom diġa saret.