Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #27052 Sitting 571 2001-07-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel Indipendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-iskejjel indipendenti li diġa infurmaw lid-Dipartiment tal-Edukazzjoni li għas-sena skolastika li jmiss se jgħollu l-miżati? B'kemm? Kemm kienu l-miżati f'din is-sena skolastika?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #27053 Sitting 571 2001-07-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Mobile

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-isptarijiet tal-istat f'Malta u Għawdex teżisti sistema ta' telefon mobile fejn set tat-telefon jista' jittieħed ħdejn pazjent biex jirċievi u/jew jgħamel telefonata? Jekk fl-affermattiv fejn jeżisti dan is-servizz?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #26961 Sitting 566 2001-07-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenti Universitarji — Xogħol tas-Sajf

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kopja tal-ftehim li ġie milħuq bejn il-ministeru, jew id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni, u l-istudenti universitarji dwar ix-xogħol fis-sajf?

Response (GALEA, LOUIS)

Ma jeżisti ebda ftehim li ntlaħaq bejn il-Ministeru jew id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u l-istudenti universitarji dwar ix-xogħol tas-Sajf u li jista' jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Din is-sena, il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, permezz tal-Bord tal-Manteniment lill-Istudenti, li qed jagħmel hu li jiffaċilita l-ingaġġ ta' studenti universitarji li urew ix-xewqa li jaħdmu fis-sajf, f'postijiet offruti minn dipartimenti tal-gvern, korpi parastatali u kumpanniji privati.
Leg 9 PQ #26963 Sitting 566 2001-07-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Tal-Qroqq — Pixxina Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm kwotazzjonijiet għall-manutenzjoni fl-olympic diving stand fil-pixxina nazzjonali, Tal-Qroqq? Min intgħażel u kemm kienet l-offerta tiegħu? X'kienu l-offerti l-oħra li ġew mitfugħa?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal fil-Ministeru fil-ħin meħtieġ biex jintbagħat fl-Uffiċju ta' l-Iskrivan tal-Kamra, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #26965 Sitting 566 2001-07-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsa — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm offerti għal xogħlijiet fil-Marsa, avviż nru. CT41/2001? Jista' jgħid min intgħażel, kemm kienet l-offerta u x'inhuma r-raġunijiet l-oħra li dan intgħażel? Jista' jgħid kemm kienu l-offerti l-oħra?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal fil-Ministeru fil-ħin meħtieġ biex jintbagħat fl-Uffiċju ta' l-Iskrivan tal-Kamra, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Bord Konsultattiv dwar Tfal u Żgħażagħ

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma t-terms of reference tal-bord konsultattiv dwar tfal u żgħażagħ? Jista' jgħid kemm-il darba ltaqgħa dan il-bord u x'ġie diskuss f'dawn il-laqgħat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #26967 Sitting 566 2001-07-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Impjegati - Passi Kriminali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u tas-segretarjat parlamentari għall-isport li bħalissa qegħdin jittieħdu passi kriminali mill-pulizija kontrihom? Fejn jaħdmu? X'inhi r-raġuni li dawn ma tteħdux passi dixxiplinari interni fiċ-Ċivil kontrihom (anke quddiem il-PSC) minflok proċeduri kriminali? Fuq talba ta' min qed isiru l-passi kriminali kontrihom?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal fil-Ministeru fil-ħin meħtieġ biex jintbagħat fl-Uffiċju ta' l-Iskrivan tal-Kamra, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Slip Way

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Awtorita' Marittima tieħu ħsieb li tissewwa s-slip way fil-moll ta' ġewwa li jinsab fil-bajja tar-Ramla ġewwa Marsascala?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistosija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid it-triq li tinsab fil-bajja tar-Ramla ġewwa Marsascala, speċjalment mir-Restaurant San Tomaso 'l ġewwa, hux ser tiġi rranġata?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li qabel ma jista jsir ix-xogħol kien hemm bżonn li jingħataw il-linji tat-triq. Irriżulta, iżda li peress li m'hemmx scheme fil-lokalita` dawn il-linji ma jistgħux jiġu stabiliti, għalhekk inbdew diskussjonijiet ma` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar biex ikun deċiż x`għandu jsir.
Leg 9 PQ #26475 Sitting 555 2001-06-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għajnuna

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 26296 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi u cioe wara d-diskussjonijiet mal-ministeru ta' l-edukazzjoni dwar l-għajnuna mwiegħda lill-ġenituri li jibgħatu t-tfal fl-iskejjel privati, jista' jgħid itteħditx deċiżjoni dwar kif se jsir issa li s-sena skolastika waslet biex tispiċċa? X'inhu n-numru ta' ġenituri li mistennija jibbenefikaw mill-għajnuna mwiegħda?

Response (GALEA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-istqarrija għall-istampa dwar għajnuna lill-ġenituri li jibgħatu 'l uliedhom fi skejjel privati. In-numru ta' studenti li l-ġenituri tagħhom mistennija jibbenefikaw mill-għajnuna mwiegħda fil-programm elettorali huwa ta' 4128 fl-iskejjel primarji u 1739 fl-iskejjel sekondarji.
Leg 9 PQ #26476 Sitting 555 2001-06-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Kordin

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' persuni miżmuma bħalissa fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin? Kemm huma ikkundannati u kemm le? Kemm f'kull każ huma barranin u ta' liema Nazzjonalita?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fit-13 ta` Ġunju 2001 in-numru ta` persuni miżmuma fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin kien ta` 249. It-tagħrif mitlub dwarhom hu kif ġej:- Nazzjonalita` Sentenzjati Arrestati Maltin 133 38 Libjani 21 33 Tuneżini 3 3 Alġerini 1 1 Renju Unit 1 3 Taljani 0 2 Olandiżi 3 0 Jugoslavi 1 0 Palestini 0 1 Marokkini 1 0 Eġizzjani 2 2 TOTAL 166 83
Leg 9 PQ #26477 Sitting 555 2001-06-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Faċilita' Korrettiva ta' Kordin

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' priġunieri żgħażagħ (taħt il-25 sena) li huma miżmuma fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin? Kemm snin dawn qed jiskontaw sentenza? Kemm huma ta' nazzjonalita' barranija? X'tip ta' xogħol huwa offrut lill-dawn il-priġunieri żgħażagħ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fit-13 ta` Ġunju 2001 in-numru ta` priġunieri li għandhom taħt il-25 sena kien ta` 37 li minnhom 22 huma Maltin u 15 huma barranin. Sentenzjati hemm 16 Maltin u 3 barranin. Is-sentenzi li qegħdin iservu dawn il-priġunieri huma kif ġej:- Taħt is-sena 1 Bejn sena u sentejn 8 Bejn sentejn u erba snin 5 Bejn erba u sitta snin 3 Bejn sitta u tmien snin 2 Dawn iż-żagħżagħ, li ħafna minnhom jinżammu fit-taqsima tal-YOURS, jiġu pprovduti b`għalliema għal suġġetti akkademiċi, dawk vokazzjonali u, l-arti. Dawk li qegħdin jinżammu f`diviżjonijiet oħra jistgħu jagħmlu xogħol f`diversi ħwienet bħal Aluminium, Mastrudaxxa, Ħadid, Electrician-Plumbing, Book-Binding, Bakery, Kċina, manteniment ġenerali, ħjata u xogħol ta` bini. Dawn ukoll jistgħu jattendu diversi klassijiet għal tagħlim akkademiku kif ukoll ta` l-arti.
Leg 9 PQ #26478 Sitting 555 2001-06-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Sports

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' sports - outdoor jew indoor huwa organizzat għall-priġunieri fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin? Jiġu organizzati xi taħdidiet dwar sports speċifiku li jkun ta' interess għall-priġunieri minn persuni magħrufa fil-qasam sportiv?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bħala outdoor sports organnizat il-priġunieri jipprattikaw il-logħob tal-futbol. Jiġi organnizat league bejn id-diviżjonijiet kif ukoll logħob ma` timijiet minn barra l-ħabs. Logħob ieħor mgħallem u organizzat huwa dak taċ-ċess li huwa ferm popolari u għalhekk il-Faċilita` tipprovdi għalliem għal dan it-tip ta` logħob. Fid-Diviżjonijiet jiġi pprattikat logħob ieħor bejn il-priġunieri ta` l-istess diviżjoni bħal:- draughts, ludo, table tennis, scrabble u dominoes.
Leg 9 PQ #26440 Sitting 554 2001-06-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universitajiet Barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-eżamijiet ta' Universitajiet barranin li mhumiex organizzati u/jew ssiru taħt l-Universita' ta' Malta? Min qed jorganizzhom? Ma ssir l-ebda superviżjoni mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni u/jew mill-Universita' ta' Malta? Dawn l-eżamijiet huma kollha rikkonoxxuti f'Malti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kull Universita` hi responsabbli għat-tmexxija u superviżjoni ta' l-eżamijiet tagħha. Rikonoxximent ta' distinzjonijiet akkademiċi mogħtija minn Universitajiet barranin jingħata mill-Universita` ta' Malta fuq talba ta' min ikun interessat wara li l-Universita` tifli l-programm li jwassal għal tali distinzjoni u wara li jkun assigurat li jkun hemm komparabilta` ma' distinzjoni simili mogħtija mill-Universita` ta' Malta. Informat ukoll li d-Dipartiment ta' l-Eżamijiet joffri s-servizzi tiegħu għall-organizzazzjoni ta' għadd ta' eżamijiet ta' istituzzjonijiet jew universitajiet barranin kif ukoll tal-Malta Institute of Accountants. Listi għas-snin 1998, 1999 u 2000 meħudin mir-Rapporti Annwali tad-Dipartiment sabiex jagħtu ħjiel ta' dan is-servizz qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Day Centre

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li d-Day Centre li hemm mad-dar ta' l-Anzjani fiż-Żejtun mhux responsabbli għalih l-Kunsill Lokali ta' l-istess lokalita' bħalma jiġri f'lokalitajiet oħra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-ebda lokalita' m'hemm Day Centre li hu responsabbli għalih il-Kunsill Lokali.

SVDP

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Viċi Sindku taż-Żejtun flimkien ma' membri tas-sotto kumitat ma tħallewx jidħlu fir-residenza San Vinċenz de Paule fl-okkazzjoni ta' Jum l-Omm sabiex bħalma jsir kull sena f'din l-okkażjoni jżuru l-anzjani żwieten?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma huwa minnu xejn li l-Viċi Sindku taż-Żejtun flimkien mas-sotto kumitat ma tħallewx jidħlu fir-Residenza San Vinċenz de Paule. Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-ġurnata msemmija, l-persuni ndikati waslu fir-Residenza xi kwarta qabel il-ħin tad-dħul. Peress li dawn il-persuni ma kellhom xejn x'juri bħala identifikazzjoni, kien iktar floku li huma jistennew xi ftit minħabba li kienu diġa' nġabru xi familjari tar-residenti biex jidħlu. Dan kollu sar biex ma jkunx hemm oġġezzjonijiet min-naħa tal-qraba.
Leg 9 PQ #26443 Sitting 554 2001-06-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 26295?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-tipjip huwa suġġett li jingħata attenzjoni fis-suġġetti tal-Kurrikulu bħalma huma l-Personal and Social Education (P.S.E), Bijoloġija, Studju Soċjali, Reliġjon u Home Economics. L-istudenti ta' 15-il sena jattendu Seminar ta' tlett ijiem bl-isem 'Irrid Nagħżel Tajjeb' li jsir Villa Rosa, San Ġiljan. F'dawn is-seminars isir emfasi fuq skills importanti bħalma huma Valuri, Kif nieħu deċiżjoni, Relazzjonijiet, eċċ li jgħinu fil-prevenzjoni minn droga alkoħol u tipjip. Il-laqgħat isiru fi gruppi żgħar u l-istudenti jingħataw il-faċilita` li jiddiskutu ma' għalliema professjonali. Fl-aħħar ġurnata tas-seminar l-istudenti jkunu jistgħu jitolbu l-għajnuna ta' tabib li jkun preżenti fis-Seminar. Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni permezz tal-P.S.E. teachers taħdem id f'id ma' għaqdiet bħall-Caritas, Sedqa u Oasi biex fost l-istudenti jsir xogħol ta' prevenzjoni mis-sigaretti, alkoħol u droga. Din is-sena it-taqsima tal-Personal and Social Education beda studju pilota tal-P.S.E. f'numru ta' skejjel Primarji. Il-Prevenzjoni mis-sigaretti kien wieħed mis-suġġetti mgħallma.
Leg 9 PQ #26444 Sitting 554 2001-06-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Human Resource Manager

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 26292?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li s-Sur Michael J. Debono ġie maħtur bħala Human Resources Executive b'seħħ mit-18 ta' Diċembru tas-sena 2000 b'salary scale 2C. Peress li s-Sur Debono qiegħed fuq unpaid leave u peress li l-kuntratt għadu ma ġiex fis-seħħ, ma naħsibx li jkun etikament korrett li jingħataw dettalji dwar il-kontenut tiegħu.
Leg 9 PQ #26445 Sitting 554 2001-06-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Donazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'donazzjonijiet ingħataw minnu jew mis-Segretarju Parlamentari matul is-sena 2000 u sa Mejju 2001? Ta' kemm kienu jew x'kienu u lil min u meta ngħataw?

Response (GALEA, LOUIS)

Filwaqt illi m'hix il-policy li jingħataw donazzjonijiet, il-Ministeru jgħin inizjattivi partikolari u anke proġetti li għalihom ikunu ippreżentati budgets minn qabel u li wara jintalbu wkoll l-irċevuti. Lista ta' din l-għajnuna qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #26296 Sitting 550 2001-06-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Skejjel — Għajnuna

Question

Wara d-diskussjonijiet mal-ministeru ta' l-edukazzjoni dwar l-għajnuna mwiegħda lill-ġenituri li jibgħatu t-tfal fl-iskejjel privati, jista' jgħid itteħditx deċiżjoni dwar kif se jsir issa li s-sena skolastika waslet biex tispiċċa? X'inhu n-numru ta' ġenituri li mistennija jibbenefikaw mill-għajnuna mwiegħda?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħaddi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.