Legislature:
Category:
Reset
Active:

Impjegati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 27197?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li statistika dwar l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija bdiet tinżamm mill-Korporazzjoni għat-Taħriġ u Impjieg mill-1 ta' Jannar 1999. Impjegati li bdew jaħdmu fuq kuntratt definit qabel din id-data mhux identifikati u għalhekk ma teżistix informazzjoni kompluta. Ħaddiema mpjegati fuq kuntratt definit jistgħu jkunu fis-setturi u l-kategoriji kollha.
Leg 9 PQ #27308 Sitting 580 2001-07-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Kontijiet Pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm flus dovuti lill-kuntratturi, suppliers tal-fuel, u nies/ditti oħra li jissupplixxu lill-pixxina nazzjonali f'Tal-Qroqq fit-30 ta' Ġunju 2001? Kemm hemm kontijiet, u f'liema ammont, li ilhom biex jitħallsu aktar minn sitt xhur?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Detox Centre

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena x'kien in-numru ta' nies li marru għal għajnuna fiċ-ċentru tad-Detox f'Malta? Kemm kienu rġiel u kemm nisa? Kemm kienu barranin? Kemm minn dawn marru d-Detox għall-ewwel darba? Kemm kien l-iżgħar u kemm kien l-akbar li ġie kkurat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2001, in-numru ta' persuni li marru għall-għajnuna fiċ-Ċentri tad-Detox f'Malta kien ta' 798. Minn dawn: 685 kienu rġiel 113 kienu nisa 74 kienu barranin 82 marru għall-ewwel darba L-iżgħar klijent għandu 16-il sena l-akbar klijent għandu 60 sena

Detox Centre

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid minn dawk li żaru ċ-ċentru tad-Detox biex jitolbu għajnuna, kemm kienu: (1) taħt il-25 sena; (2) taħt l-20 sena; (3) taħt il-15-il sena? Kemm minn dawn kienu barranin? Kemm talbu l-għajnuna għall-ewwel darba?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' persuni li għamlu użu miċ-Ċentru tad-Detox matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2001, li l-eta' tagħhom hi taħt il-25 sena, huwa kif ġej: Bejn 20 u 25 sena 293 Taħt l-20 sena 45 Taħt il-15-il sena 0 Minn dawn, 4 kienu barranin, filwaqt li 64 ġew għall-għajnuna għall-ewwel darba, bejn Jannar u Ġunju tas-sena 2001.
Leg 9 PQ #27316 Sitting 580 2001-07-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Detox Centre

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk f'Għawdex hemmx ċentru tad-Detox biex Għawdxin jew oħrajn li jkollhom bżonn il-kura jmorru hemm? Kif jopera dan iċ-ċentru? Kemm-il persuna talbet l-għajnuna fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena? Kemm minn dawn kienu barranin? Kemm mit-total kienu: (1) taħt il-25 sena; (2) taħt l-20 sena; (3) taħt il-15-il sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

F’Għawdex hemm centru tad-Detox li jiftaħ kuljum, sebat ijiem il-gimgħa, mill-10.00a.m. sal-11.00a.m. Fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena għamlu użu minn dan iċ-ċentru erba u ħamsin (54) persuna, li bejniethom jammontaw għal tmien mija u tnax il-sessjoni (812). Minn dawn kien hemm tlieta (3) barranin. Mit-total: Tnax (12) il-persuna kienu taħt il-25 sena. Tmien (8) persuni kienu taħt l-20 sena. Ma kien hemm l-ebda persuna taħt il-15 il-sena.
Leg 9 PQ #27317 Sitting 580 2001-07-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kummerċ — Għoli fil-Prezzijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena kemm-il prodott manifatturat lokalment - bħax-xorb minerali, ilma, eċċ. - għola fil-prezz? B'kemm f'kull każ? Meta ditta tgħolli l-prezz ta' xi prodott trid titlob il-permess tad-dipartiment tal-kummerċ minn qabel?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba fl-ewwel żewġ partijiet tal-mistoqsija. Ta' min ifakkar li bis-saħħa tat-tneħħija tal-levies, numru sostanzjali ta' prodotti bħal deterġenti, sapun, prodotti magħmulin mill-karta u oħrajn, kellhom roħs mhux żgħir fil-prezz. Tajjeb jingħad li dawn huma l-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut kif rakkomandati mill-manifatturi ta' dawn il-prodotti. Tajjeb jingħad ukoll li f'ħafna każi l-prezzijiet attwali minn diversi stabbilimenti huma anqas minn dawk rakkomandati mill-produtturi. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, ninforma lill-Onorevoli Membru li kemm il-darba l-prezz tal-bejgħ ta' oġġett mhuwiex stabbilit bi price order speċifiku, ditta li tgħolli l-prezz ta' tali oġġett, ma jkollhiex il-ħtieġa li titlob il-permess minn qabel tad-Diviżjoni tal-Kummerċ. Madanakollu, tajjeb jingħad li fejn ikun hemm dominanza fis-suq minn xi prodott, kif definit fil-liġi dwar il-kompetizzjoni ġusta, jew inkella jirrżulta li prodott qed igawdi minn protezzjoni ta' xi levy, ikun meħtieġ clearance mill-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta qabel ikun hemm iż-żieda fil-prezz.

Kundizzjonijiet ta' Xogħol

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 27102, jista' l-Viċi Prim Minstru jgħid x'ġie diskuss bejn l-ETC u l-FOBC, u jekk huwa possibbli jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-minuti tal-kontenut tad-diskussjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma jidhirlix li hu għaqli li nippubblika l-minuti ta' laqgħat bħal dawn, speċjalment meta dawn id-diskussjonijiet għadhom għaddejin.
Leg 9 PQ #27297 Sitting 579 2001-07-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel Indipendenti

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 27052, jikkonferma l-Ministru li m'hemmx skejjel oħra li żiedu jew ser iżidu l-miżati tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li sal-lum m'hemmx skejjel oħra li talbu biex iżidu l-miżata tagħhom.
Leg 9 PQ #27298 Sitting 579 2001-07-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita'

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 27046?

Response (GALEA, LOUIS)

Informatli l-kors ta' B.A. fl-Istudji Legali u Umanistiċi organizzati mill-Fakulta` tal-Liġi beda fl-1993. In-numru ta' studenti li daħlu f'dan il-kors mill-1993 sal-lum huwa kif ġej: 1993 144 1994 il-kors ma fetaħx 1995 141 1996 102 1997 133 1998 121 1999 123 2000 142 In-numru ta' studenti li spiċċaw il-kors huwa kif ġej: 1996/97 101 1998 110 1999 80* 2000 95 * Wieħed minn dawn l-istudenti ġej mill-Pakistan, filwaqt li l-oħrajn kollha huma Maltin. Filwaqt illi l-parti l-kbira mill-istudenti li ggradwaw jaħdmu Malta, hemm numru, l-ammont mhux magħruf, li jistabilixxu ruħhom barra minn Malta. Għandu jingħad pero` li l-Universita` u l-Fakulta` tal-Liġi ma jibqgħux isegwu lill-istudenti wara li jiggradwaw u għalhekk mhumiex f'pożizzjoni li jagħtu ammont preċiż ta' kemm gradwati jibqgħu Malta u kemm isiefru.
Leg 9 PQ #27300 Sitting 579 2001-07-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Mobile

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamnetari nru. 27053?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li s-servizz msemmi mill-Onor Interpellant jeżisti fin-Neurosurgical Unit u t-tliet Orthopaedic Wards fl-Isptar San Luqa kif ukoll fis-swali 1, 2, 3, 4 u fl-Ispinal Unit ta` l-Isptar Boffa. Dwar Għawdex nitlob l-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #27302 Sitting 579 2001-07-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenti Universitarji — Xogħol tas-Sajf

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 26961, jista' l-Ministru jgħid kemm ġew offruti postijiet għal xogħol fis-sajf minn dipartimenti tal-gvern, korpi parastatali u kumpanniji privati?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #27306 Sitting 579 2001-07-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Serq/Ħsarat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm rapporti ta' serq, ħsarat, eċċ lill-awtoritajiet tal-pixxina nazzjonali minn nies li jmorru jgħumu fil-pixxina nazzjonali, u dan bejn Jannar u Ġunju ta' din is-sena? X'tip ta' serq sar? Kien hemm xi każ li ġie irrapportat lill-pulizija?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mill-bidu tas-sena s'issa ġew rappurtati 4 każi ta' serq. Fi tlett każi, l-oġġetti li nsterqu kienu affarijiet personali ta' nies li kienu qed jagħmlu użu mill-faċilitajiet. F'każ minnhom il-Pulizija qed tinvestiga persuna. Il-ħsarat l-aktar li saru kien fiċ-changing rooms u fix-showers. Ma nqabad ħadd jagħmel dawn l-atti vandali.
Leg 9 PQ #27272 Sitting 576 2001-07-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Donazzjoni Volontarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jaqbilx il-Ministru li donazzjonijiet mitluba mill-kapijiet tal-iskejjel tal-knisja għandhom jkunu volotarju? Għaliex il-kap tal-Iskola Sacred Heart f'San Ġiljan f'laqgħa għall-genituri ta tfal li kienu għadhom kemm spiċċaw l-ewwel sena fl-iskola (tfal ta' 6 u 7 snin) bdiet tgħajjat u titmasħan ma dawk il-ġenituri li jhew ma tawx id-donazzjoni ta' lm 120 kollha ma taw xejn bil-kliem 'You knew the rules when you sent your children here' Peress li irċevejt ilmenti dwar din il-laqgħa li saret 3 ġimgħat ilu, jista' jara li fl-ebda ħin ma jiġu insulatati genituri minn kapijiet ta' l-iskejjel tal-knisja?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li l-Mistoqsija daħlet il-bieraħ wara l-għeluq tal-ħin ta' l-uffiċċju biex tiġi mwieġba illum, it-tagħrif mitluba ma laħaqx inġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #27181 Sitting 575 2001-07-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 27050 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi?

Response (GALEA, LOUIS)

Meta ġiet ikkalkulata s-somma li se tingħata lill-ġenituri ta' studenti fi skejjel indipendenti ttieħdu inkonsiderazzjoni kemm il-miżati kif ukoll it-trasport, uniformijiet, stationery, kotba, ħruġ eċċ.
Leg 9 PQ #27182 Sitting 575 2001-07-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ċina

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 26050, jista' l-Ministru jgħid x'ġara wara s-sejħa li dehret fil-gurnali lokali?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li wara s-sejħa fil-ġurnali lokali, intbgħatet ċirkolari lill-applikanti kollha fejn ġew mistoqsija jekk kienux interessati li jkunu kkunsidrati biex imorru ċ-Ċina. Applikaw b'kollox 55 żagħżugħ. Peress li bħal ma dejjem isir, ingħatat preferenza lil dawk li qatt ma marru fuq żjarat kulturali, kienu eliġibbli 22 żagħżugħ biex jimtlew l-20 post disponibbli. Wara li erba' parteċipanti infurmaw lid-Dipartiment li m'għadhomx interessati, intgħażlu żewġ żgħażagħ oħra minn dawk li applikaw u li ma kienux siefru s-sena ta' qabel. Din hija proċedura normali fl-għażla ta' parteċipanti fiż-żjarat kulturali f'pajjiżi barranin.

Part time

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' ħaddiema li x-xogħol prinċipali tagħhom huwa dak part time? Kemm minn dawn il-ħaddiema huma taħt il-25 sena? Kemm, matul l-ewwel sitt (6) xhur tas-sena kien hemm ilmenti li dawk li jaħdmu part time u jaqbżu in-numru ta' siegħat fix-xogħol tagħhom ma ingħatawx bonus, sick leave eċċ pro rata? Saru xi spezzjonijiet fuq postijiet tax-xogħol minħabba dan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fl-aħħar ta' Marzu 2001 in-numru ta' ħaddiema li x-xogħol prinċipali tagħhom kien dak part-time kien 18,629. Minn dawn kien hemm 2,347 li kienu taħt il-25 sena. Ninsab infurmat ukoll li, matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena, d-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' Impjieg investiga 22 każ ta' irregolaritajiet fil-kundizzjonijiet ta' l-impjieg relatati ma' part-timers. Azzjoni korrettiva ttieħdet f'kull każ. Uffiċjali tad-Dipartiment imsemmi jagħmlu spezzjonijiet fuq postijiet tax-xogħol biex, fost ħwejjeġ oħra, ikun żgurat li d-drittijiet tal-part-timers ikunu osservati skond kif titlob il-liġi.

Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema impjegati fuq kuntratt definit? Liema huma l-kategoriji fejn dan iseħħ? Hemm xi ħsieb li dan it-tip ta' kuntratt jitneħħa speċjalment f'każijiet fejn hemm min ilu jaħdem fuq kuntratt definut għall aktar minn għaxar (10) snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #27212 Sitting 575 2001-07-10 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali

Question

B'referenza għall-artiklu li deher f'ġurnal bl-ingliż (The Malta Independent - 05/07/01) dwar il-Pixxina nazzjonali f' Tal Qroqq, jikkonferma l-Ministru li fost l-oħrajn, żdied il-vandaliżmu u l-ħsara u li żdied is-serq?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #27104 Sitting 574 2001-07-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsa — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 26965?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kien hemm erba' offerti għax-xogħlijiet fil-Marsa (Avviż Nru CT 41/2001). Din l-offerta għadha qed tiġi aġġudikata. Għalhekk mhux possibbli li tingħata l-informazzjoni mitluba.

Bord Konsultattiv dwar Tfal u Żgħażagħ

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 26966?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-termini ta' referenza tal-Bord Konsultattiv dwar it-Tfal u ż-Żgħagħ huma elenkati f'subartikolu 3 tal-artikolu 11 tal-Att XVIII tal-1980 (Tfal u Żgħażagħ [Ordnijiet għall-Ħarsien]). Dawn huma: - li jagħti parir lill-Ministru dwar l-aħjar metodi kif kull tifel jew żagħżugħ li jitqiegħed jew jittieħed taħt il-kura tiegħu (skond dan l-Att) għandu jiġi ttrattat; - li jeżerċita sorveljanza ġenerali dwar dawn it-tfal u żgħażagħ; u - li, b'mod ġenerali, jieħu ħsieb li tittejjeb il-qagħda tagħhom. Matul din is-sena il-Bord iltaqa' dsatax-il darba. Il-Bord kellu wkoll diversi laqgħat miegħi. Il-Bord preżenti introduċa s-sistema li l-care plans għal dawn it-tfal u żgħażagħ jiġu diskussi u riveduti ta' l-anqas kull sitt xhur u jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu.