B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 28521, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li huma anqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?
Response (BONNICI, JOSEF)
Sabiex tinġabar l-informazzjoni li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant, wieħed irid joqgħod jivverifika d-dettalji personali ta' kull membru tal-bord, kummissjoni jew awtorita', li fil-każ tad-dekasteru li għalih jiena responsabbli jinvolvi xejn anqas minn madwar erba' mitt persuna. Għaldaqstant ma narax il-ħtieġa li tali nformazzjoni għandha tinġabar.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 28520, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li huma anqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?
Response (BORG, JOE)
Anqas minn
29 sena
Bejn
it-30 u l-45 sena
Il-fuq minn
46 sena
Irġiel
Nisa
Irġiel
Nisa
Irġiel
Nisa
Bord ta’ Sorveljanza dwar is-Sanzjonijiet
-
-
2
-
6
-
Il-Bord Konsultattiv tal-
Malta-EU Information Centre (MIC)
-
-
4
4
2
-
National Authority for the Implementation of the Chemical Weapons Convention
-
-
1
1
3
-
Il-Malta-EU Steering Action Committee (MEUSAC) – Core Group
-
-
5
1
13
-
Dwar il-Voice of the Mediterranean, il-membri kollha fil-Kunsill tal-Amministrazjoni għandhom il-fuq minn 46 sena.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 28518, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li huma anqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 28517, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li huma anqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jçna nfurmata li l-etajiet tal-persuni fuq il-kumitati kif mogħtija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 28517, huma maqsuma kif indikat fit-tabella annessa. Nixtieq nikkjarifika li n-numru ta’ rġiel fil-Kunsill tas-Saħħa li fir-risposta numru 28517 ġie mogħti bħala seba’ jrid jinqara għaxra.
BORDIJIET U KUMMISSJONIJIET
ETA TA’ NISA ETA TA’ IRGIEL
KUMITAT
NRU
<29
30-45
>46
<29
30-45
>46
GOZO SPORTS BOARD
07
NIL
NIL
NIL
NIL
05
02
KUNSILL TAL-KULTURA
18
NIL
01
01
02
08
06
KUNSILL TAL-EDUKAZZJONI
20
NIL
01
04
01
03
11
KUNSILL TAL-EDUKAZZJONI
11
NIL
NIL
01
NIL
03
07
KUMITAT TAL-WASTE MANAGEMENT
11
03
02
06
KUMITAT GHALL-KOORDINAZZJONI TAX-XOGHOL
10
NIL
01
NIL
NIL
04
05
KUMITAT EZEKUTTIV TAS-SOCJETA AGRIKOLA INDUSTRIJA U KULTURALI TA’ GHAWDEX
14
01
03
03
07
KUMITAT GHALL-BINI TA’ CENTRU KOMUNALI F’GHAWDEX
08
01
02
05
KUMITAT GHAT-TITJIB TA’ L-AMBJENT F’GHAWDEX
09
01
01
07
WORKING GROUP GHAL AKTAR INDAFA F’GHAWDEX
05
01
04
TOTALI
113
Nil
04
07
11
31
60
Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni hekk kif imsemmi fl-aħħar parti tat-tweġiba għall-mistoqsija numru 28669?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ammont ta' flus li ntefqu f'pagi matul l-istaġuni 1998/1999 u 1999/2000 huwa hekk:
1998/1999 1999/2000
Ħaddiema full time Lm35,444 Lm35,076
Ħaddiema part time Lm47,684 Lm58,124
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti ta' l-awdituri tal-Malta Racing Club ta' dawn l-aħħar erba' snin, jiġifieri 1998, 1999, 2000 u 2001?
Response (GALEA, LOUIS)
Kopji tar-rapporti ta' l-awdituri tal-Malta Racing Club għas-snin 1998, 1999 u 2000 qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Ir-rapport tas-sena 2001 jitpoġġa hekk kif jiġi approvat mill-Kumitat tat-tmexxija tal-Club.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 28514, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li għandhom anqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 u 'l fuq minn 46?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-etajiet tal-membri tal-Bordijiet, Awtoritajiet u Kummisjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 28513, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li huma anqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari nru. 28513, l-informazzjoni mitluba hija kif ġej:-
Anqas minn 29 sena bejn it-30 u l-45 'l fuq minn 46 sena
MTA xejn żewġ membri disa’ membri
ITS xejn tlett membri ħdax il-membru
HCEB xejn żewġ membri disa’ membri
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 28512, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li huma anqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni mitluba hija kif tidher hawn taħt:
Taħt id-29 Bejn 30 u Aktar minn
sena 45 sena 46 sena
Environment Monitoring Board / 5 3
Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Belt u Floriana 1 5 8
Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera 1 6 8
Kumitat għar-Riabilitazzjoni ta' l-Imdina / 3 7
Bord għall-Bennejja / 2 4
Bord tal-Warrant tal-Periti / 2 5
Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi / 4 2
Bord ta' l-Inġinerija / 1 6
B.I.C.C. 1 6 11
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 28511, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li huma anqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?
Response (DALLI, JOHN)
Nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Informazzjoni Addizzjonali dwar PQ 28625
B’riferenza ghall-mistoqsija parlamentari nru 28625 fejn l-Onor. Carmelo Abela. staqsini naghti n-numru ta’ nkjesti pendenti u jien poggejt l-informazzjoni mitluba fuq il-mejda tal-Kamra fis-seduta nru 617 tal-15 ta’ Ottubru 2001, nixtieq ninforma l-Kamra illi bi zvista thalliet barra l-informazzjoni relattiva ghall-Qorti f’Ghawdex.
Fil-Qorti t’Ghawdex in-numru ta’ inkjesti pendenti huma:
Magistrat Paul Coppini 91
Magistrat Dennis Montebello 64
Magistrat Michael Mallia 60
Irid jinghad li l-Magistrat Montebello jidher li m’ghandux nomina fil-Qorti t’Ghawdex u konsegwentement l-inkjesti jridu jigu trasferiti ghal xi Magistrat iehor.
Tajjeb li nghid ukoll illi hemm numru ta’ nkjesti quddiem l-Magistrati Peralta, Apap Bologna u Micallef Trigona izda jien infurmat li dawn il-Magistrati ma jridux li din l-informazzjoni tinghata lill-Parlament.
Din il-pozizzjoni hi l-istess bhal dik mehuda minn xi Magistrati f’Malta u li jien irrapurtajt fit-twegiba ghall-mistoqsija parlamentari li semmejt. Irid jinghad ukoll illi din mhix l-ewwel darba li ttiehdet din il-pozizzjoni minn certi Magistrati u mhix l-ewwel darba li ghidt li ghaliha din mhix pozizzjoni accettabli. Jidher li l-appelli tieghi waqghu fuq widnejn torox.
Jien ma nistax nifhem kif is-sigriet istruttorju tal-inkjesti jista f’xi mod jigi estiz ghan-numru ta’ nkjesti pendenti li jista jkollu Magistrat. Ghandi d-dubbji tieghi kemm tali sigriet jista jigi estiz ghall-isem tal-indagat - meta maghruf – izda waqt li dwar dan il-punt hemm x’tiddiskuti, dwar kemm il-inkjesta hemm pendenti quddiem Magistrat m’ghandi ebda dubbju li tali informazzjoni mhix koperta bis-sigriet istruttorju.
Jiddispjacini ninnota wkoll li attitudini simili lejn l-oghla istituzzjoni ta’ pajjizna fuq punt essenzjalment insinifikanti tixhed sew il-verita ta’ dak li qal il-Prim Imhallef dwar uhud mill-membri tal-gudikatura u l-attitudni taghhom lejn ir-responsabilita’ li ghandhom lejn is-socjeta Maltija.
Din is-sitwazzjoni hi ghalija ntollerabli u ghalhekk ktibt lill-Kummissjoni ghall-Amministrazzjoni tal-Gustizzja biex tiehu l-passi biex tizgura li tinghata din l-informazzjoni. Qieghed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta’ din l-ittra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabbdu persuni minħabba logħob illegali jew klandestini mill-1995 sallum, sena b' sena?
Jista' l-Ministru jgħid fejn inqabdu u liema logħob inqabdu jiksru l-liġi?
Jista' l-Ministru jgħid jekk ittieħdux passi jew le?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-persuni mressqa l-Qorti tul dawn l-aħħar 7 snin b`konnessjoni ma` xi forma ta` logħob illegali f`diversi lokalitajiet huwa kif jidher hawn taħt:
1995
1996
1997
1998
1999
2000
2001*
30
24
47
54
40
63
29
* Sas-17 ta` Ottubru.
Jista' l-Ministru jgħid f' hiex waslet l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament minħabba li issa din l-applikazzjoni saret urġenti għal raġunijiet ta' saħħa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-każ qed ikun ikkunsidrat flimkien ma oħrajn simili.
Jista' l-Ministru jgħid fejn qed imur l-ilma li jinżel fil-culvert taħt il-bankina fi Triq l-10 ta' Settembru 1797 ġewwa Ħaż-Żabbar? Jikkonferma l-Ministru li dan l-ilma, snin ilu kien imur ġewwa ġibjun u dan issa ma jistax isir għax il-ġibjun ġie magħluq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jara x`qed jiġri fil-każ imsemmi mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 28661?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-koordinazzjoni ta` dan ix-xogħol qed isir mill-istess żewġ persuni li huma nkarigati mid-`drafting` tal-liġijiet u l-`maintenance` tal-`web site` fi ħdan l-Uffiċju tal-Avukat Generali. Barra minnhom hemm Kummissjoni ta` Revizuri li tiddeċidi finalment dwar it-termini legali maltin li għandhom jintuzaw.
Bħal issa it-traduzzjoni attwali qed isir minn sittin (60) persuna u qed jitħallsu tliet liri (LM3) għall kull paġna.
S`issa ġew tradotti t-trattati kollha (ca.2000 paġna) u madwar sebat elef (7,000) paġna mir-regolamenti ta` l-Unjoni Ewropeja.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 28679 minħabba li l-ischool medical service tad-Divisjoni tas-Saħħa u cioe jista' jgħid x' għajnuna għandhom studenti li jbatu mill-epilepsja?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li jbatu mill-epilepsja?
Jekk għandi din l-informazzjoni, jista' jagħtiha skond is-sess u l-eta'?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li ma jinżammx rekord tan-numru eżatt ta` tfal Maltin li jbagħtu mill-epilepsija. Pero` minn studju li sar fl-2000 instab li l-prevalenza ta` epilepsija attiva hija ta` madwar 2.5/1000 populazzjoni ta` tfal bejn 0-15 il-sena. 56% kienu subien waqt li 44% kienu bniet.
Jista' l-Ministru jgħid kem jitħallsu l-membri tal-kunsill tal-Malta Racing Club individwalment u min huma?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-ewwel laqgħa tal-Kumitat tat-tmexxija kien ġie deċiż li sakemm il-qagħda finanzjarja tal-Malta Racing Club titjieb, ebda membru, inkluż iċ-Chairman ma jieħu ebda ħlas tas-servizz tiegħu bħala membri tal-Kunsill.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħal flus il-Gvern bħala ħlas xahar b' xahar sal-1 ta' Ottubru 2001 għar-riċerki tar-Reġistru Pubbliku kemm ilhom li saru uffiċjali?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-ħlas dovut lil kuntrattur privat li għamel dawn ir-riċerki għan-nom tal-Gvern għall-istess perjodu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li d-dħul u l-ħlas li sar għar-Riċerki Uffiċjali mir-Reġistru Pubbliku (Malta u Għawdex) għal perijodu 15 ta` Jannar sat-30 ta` Settembru 2001 huwa kif indikat hawn taħt.
Xahar
Dħul
Lm
Ħruġ
Lm
Jannar
6,021.15
0.00
Frar
43,506.95
8,949.92
Marzu
50,191.60
58,128.61
April
54,093.08
55,118.24
Mejju
61,984.78
67,368.54
Ġunju
49,747.83
33,464.15
Lulju
54,199.57
67,892.56
Awissu
47,659.44
35,223.43
Settembru
46,062.28
33,488.71
F`ammont tal-ħruġ hemm inkluż il-VAT li l-Gvern jerġa` jirċievi lura. Wieħed irid jinnota wkoll li barra dan id-dħul dirett mid-Dipartiment, hemm dħul ieħor bħal:
1) ġbir tal-VAT; 2) Income tax imħallsa mill-kumpanija; 3) valur addizzjonali għal Gvern bħal fost oħrajn iffrankar ta` użu ta` riżorsi.
Dan kollu żgur jisboq bil-bosta Lm200 f`sena sħiħa li l-Gvern daħħal mir-riċerki fl-1998.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-kumpanija tal-ajru Azzur Air, li għanda sehem kbir tal-Air Malta, trid tagħti lura l-ajruplani RJ70?
Jekk dan huwa minnu, x' użu jista isir minn dawn l-ajruplani mill-kumpanija nazzjonali?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija ta' natura kummerċjali kunfidenzjali u jidhirli li ma jkunx fl-aħjar interess tal-Kumpanija li tali nformazzjoni tixxandar.
Tajjeb jingħad ukoll li din il-kumpanija għandha fiha shareholding privat.
Jista' l-Ministru jgħid minkejja li wiegħed il-Ministru fit-tweġiba tiegħu għall-mistoqsija parlamentari nru 27177 fis-seduta 574, xorta kien kemm lmenti minn ġenituri li l-istess għalliem għadu jgħallem l-istorja ta' Malta fil-Forms 3 u 4 minkejja li ma jafx bil-Malti? Jaf il-Ministru li huwa kien ta' tweġiba simili lil Onor. Mario Galea dwar l-istess suġġett? Għaliex hemm dan in-nuqqas ta' interess mid-Divizjoni tal-Edukazzjoni fejn jidħol il-futur tal-istudenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-għalliem inkwistjoni qatt ma ġie approvat mid-Diviżjoni biex jgħallem l-Istorja ta' Malta għax ma kellux il-kwalifiki minimi fis-suġġett jiġifieri "A" Level. Kien ġie approvat biex jgħallem il-Ġografija.
Wara Mistoqsija Parlamentari oħra il-Kap ta' l-iskola ingħata l-parir ċar biex l-għalliem in kwistjoni ma' jibqax jgħallem l-Istorja ta' Malta u kien mitlub li jikkonforma minnufih ma' dan il-parir.
Jidher mill-Misotqsija Parlamentari preżenti li l-Kap ta' l-iskola din is-sena reġa' ma' tax kas il-parir li tatu d-Diviżjoni u reġa' ta t-tagħlim ta' l-Istorja ta' Malta fit-tielet u raba' sena tas-sekondarja lil dan l-istess għalliem. Dan sar meta xi ġenituri kienu ilhom jilmentaw fuq dan l-għalliem għal aktar minn tlett snin.
Uffiċjali tad-Diviżjoni għandhom iżuru l-iskola u l-klassi ta' l-għalliem konċernat.