Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qrati

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Maġistrat Michael Mallia kien avviċinat biex jingħata l-ħatra ta' Imħallef? Il-Maġistrat Mallia kien aċċetta dan? Jista' l-Ministru jgħid jekk wara li saret il-komunikazzjoni bejn il-Gvern u l-Maġistrat inbidlitx il-pożizzjoni tal-Gvern? Jekk inbidlet x' kienet ir-raġuni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma jidirilhix li jkun għaqli li għal kull ħatra ta` Imħallef il-Gvern jgħid lil min avviċina, lil min ma avviċinax u għaliex.
Leg 9 PQ #29319 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-ħlas tal-mobile li sar għal dak fil-pussess tal-Kummissarju Ġorġ Grech?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika l-perijodu li dwaru qed tintalab din l-informazzjoni.
Leg 9 PQ #29321 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' benefiċċji baqa' jieħu l-Kummissarju Ġorġ Grech waqt li qiegħed bil-leave? Il-karozzi u x-xufiera baqgħu għad-dispożizzjoni tiegħu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi kull meta xi Kap ta` Dipartiment ikun bil-vacation leave, ma jitnaqssulux il-benefiċċji li jkun intitolat għalihom skond il-kariga tiegħu.
Leg 9 PQ #29324 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' passi dixxiplinarji se jittieħdu fil-konfront tal-Kummissarju tal-Pulizija Ġorġ Grech in konnessjoni ma' dak li ħareġ fl-inkjesta tal-Maġistrat Miriam Hayman?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-Kummissarju tal-Pulizija irtira mis-Servizz b’effett minn nhar it-Tlieta,30 ta’ Ottubru 2001

Qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar għaxar snin kemm-il inkjesta maġisterjali saret u fil-konklużjoni kien hemm rakkomandazzjoni li jittieħdu passi kriminali kontra xi persuna u dan ma seħħx għaliex l-Avukat Ġenerali ddeċieda li m' hemmx bażi soda biex każ ikun pruvat fil-qorti mingħajr dubju raġonevoli?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija parlamentari nru 29340 li titratta fuq l-istess suġġett.
Leg 9 PQ #29331 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid b' referenza għall-mistoqsija parlamentari 28400, meta kien deċiż it-tieni każ fil-konfront tal-persuna msemmija, u min kien qiegħed jippresjiedi l-każ fil-qorti? Dwar l-ewwel każ quddiem il-Maġistrat Miriam Hayman kien sar appell mid- deċiżjoni mill-Avukat Ġenerali u jekk ma sarx għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant fl-ewwel parti tal-Mistoqsija kien ġie deċiż mill-Maġistrat Dr J Cassar LL.D. nhar is-17 ta` Lulju 2000. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat illi f`dan il-każ it-talba għat-tneħħija minn dawn il-Gżejjer tal-persuna msemmija kienet saret permezz ta` rikors, f`liema proċeduri ma hemmx appell.

Qrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' irriżulta mill-investigazzjoni li talab l-Avukat Ġenerali dwar il- leakage tar-riżultat ta' l-inkjesta li mexxiet il-Maġistrat Miriam Hayman? Min mexxa l-investigazzjoni u jekk il-persuna li xandret it-tagħrif dwar il-konklużjoni ntalbitx tagħti xi spjegazzjoni? Jikkonferma l-Ministru li l-Maġistrat intalbet tispjega xi fatti dwar il-każ minn persuni li m' humiex membri tal-ġudikatura? U jekk sar dan, min kienu l-persuni li investigaw il-każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Risposta tingħata wara illi l-inkjesta tkun konkluza.
Leg 9 PQ #29306 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Applikazzjoni Pendenti — Klinika

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' konnessjoni kellha mad-dipartiement tas-saħħa l-persuna li isimha qed jintbagħat under separate cover? Qatt kellha xi kuntatt ma' uffiċjali tad-dipartiment? Kellha xi applikazzjoni pendenti biex tiftaħ klinika f' Malta? Meta saret din l-applikazzjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika x'tip ta` kuntatt seta` kellha jew x'tip ta` klinika setgħet applikat għaliha l-persuna li isimha ġie mibgħut separatament.
Leg 9 PQ #29307 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid fhiex waslu l-investigazzjonijiet dwar allegazzjonijiet li saru dwar minn missier ta' tlett ibniet? Saret talba lill-pulizija barranija biex tinsab il-persuna li isimha qed jintbagħat under separate cover din il-persuna? Jekk ma saritx għaliex? Il-pulizija għadha interessata li tkellmu dwar il-każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi dan il-każ huwa suġġett ta` inkjesta Maġisterjali u li l-investigazzjonijiet dwaru għadhom għaddejjin.
Leg 9 PQ #29311 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid b' referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 28390 u tliet każijiet indikati, fejn saru l-każijiet, fi x' ħin, sarx rapport lill-pulizija dwarhom u fejn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej: 05.06.00 Il-karozza kienet misjuqa mill-Kummissarju, meta karozza oħra baqgħet dieħla fuq il-ġenb tal-karozza tas-servizz. Dan l-inċident kien seħħ fl-Imsida għal ħabta tas-6.45pm u kien sar rapport l-Għassa ta` l-Imsida. 22.11.00 Il-karozza kienet misjuqa mid-driver u baqgħet dieħla ġol-karozza ta` quddiema. Dan l-inċident kien seħħ fil-Pieta` għal ħabta tas-7.30am u kien sar rapport l-Għassa ta` l-Imsida. 18.05.01 Il-karozza kienet misjuqa mid-driver, meta karozza oħra baqgħet dieħla fuq wara tal-karozza tas-servizz. Dan l-inċident kien seħħ f`Ħ`Attard għal ħabta tat-8.30am u kien sar rapport l-Għassa ta` B`Kara.

Inkjesta

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport ta' inkjesta li mexxiet il-Maġistrat Miriam Hayman u l-opinjoni li ta lill-Prim Ministru l-Avukat Ġenerali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma naqbilx li għandna nibdew proċedura ġdida u nibdew inpoġġu proċessi verbali fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-liġi tipproteġi l-kunfidenzjalita' ta' din il-proċedura u minkejja li fl-inkjesta msemmija din ir-regola nkisret kemm il-darba ma jidirlhix li għandna nbiddlu l-prinċipju li serva tant tajjeb s'issa. Fuq kollox, hu l-Avukat Ġenerali li f'kull każ jiddeċidi x'għandu jsir u din id-diskrezzjonalita' - kostituzzjonalment garantita - għandha tiġi rispettata.
Leg 9 PQ #29316 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid b' referenza għall-mistoqsija parlamentari nmr. 28395 u l-każ imsemmi, x' kienet qegħda tagħmel id-delegazzjoni barranija f' Malta? X' policy teżisti min-naħa tal-Ministeru tiegħu dwar rigali li jingħataw minn delegazzjonijiet barranin bħal dawn?

Response (BORG, TONIO)

Kif diġa` għidt fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 28395, din id-delegazzjoni kienet Malta għal taħdidiet mal-Pulizija Maltija. Ma teżisti l-ebda policy minn naħa tal-Ministeru dwar il-materja imqajjma mill-Onorevoli Interpellant, iżda kull impjegat pubbliku għandu jiggwida ruħu f`ċirkostanzi bħal dawn mill-Kodiċi ta` Etika.
Leg 9 PQ #29318 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar sentejn min kienu x-xufiera assenjati mal-Kummissarju? Għaliex wieħed minnhom kien trasferit lejn l-Għassa ta' Ħaż-Żabbar?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija, ma nħossx illi tagħrif personali dwar membri tal-Korp għandu jkun ippublikat. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, kif diġa` kelli okkażżjoni li ngħid kull moviment ta` membri fil-Korp isir meta u kif ikun il-bżonn, fl-aħjar interessi ta` l-istess Korp.

Awtoritajiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti b' referenza għall-PQ 28852, l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f' dawk li huma anqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #29222 Sitting 629 2001-10-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jgħid f' dawn l-aħħar xahrejn saru laqgħat bejn id-Diviżjoni tal-Edukazzjoni u l-Awtoritajiet dwar il-problemi li jinqalgħu minħabba li nhar ta' Tlieta jarma is-suq fil-Birgu? Id-Diviżjoni qed jkolla xi kuntatti mar-rappresentanti tal-bejjiegħa tas-suq imsemmi dwar din il-kwistjoni? B' liema riżultat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-materja ma tikkonċernax lid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni b'tali mod li hi tagħmel kuntatt mal-bejjiegħa tas-sut ta' Bormla. Il-bejjiegħa konċernati għandhom permessi maħruġa regolarment mill-awtoritajiet kompetenti. Il-Ministeru tiegħi u s-Segretarjat Parlamentari fil-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi ilna niddiskutu l-aspetti tal-problema u x'soluzzjoni tista' tiġi adottata meta darba fil-ġimgħa filgħodu jarma dan is-suq.
Leg 9 PQ #29232 Sitting 629 2001-10-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Inċident

Question

Jista' l-Ministru jgħid wara li l-Ħadd 21 ta' Ottubru kien hemm inċident li seta' kellu konsegwenzi serji meta żiemel sfratta, kisser is-serkin, u telaq jiġri ħdejn is-Centenary Stadium fejn ħabat u għamel ħsara lil xi vetturi qabel ma inqabad għaliex waqa', jekk hemmx permess tal-pulizija biex isiru tiġrijiet taż-żwiemel fit-triq pubblika li iddur mat-training grounds tal-football f' Ta' Qali nhar ta' Ħadd kmieni fil-għodu? Jekk hemm permess u dan mhux fil-Ħadd imsemmi biss, għaliex ma kienx hemm pulizija għassa biex vetturi ma jitħallux jgħaddu? Jekk m' hemmx permess x' passi ħadu il-pulizija wara il-każ tal-21 ta' Ottubru u anke fi Ħdud oħra speċjalment ukoll il-Ħadd 14 ta' Ottubru? Jista' l-Ministru jiżgura li dan il-periklu jitneħħa minn din it-triq biex dawk li jkunu sejrin għall-logħob fis-Centenary Stadium u oħrajn li jridu jgħaddu minn hemm ma jiffaċċjawx problemi bħal dawn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma kienx hemm permessi tal-Pulizija sabiex isiru tigrijiet taz-zwiemel fil-post imsemmi mill-Onorevoli Interpellant. Dwar l-incident, minn indagini li ghamlet il-Pulizija irrizulta illi s-sewwieq ta' 65 sena hassu stordut waqt li kien ghaddej biz-ziemel tieghu u waqa` minn fuq il-karettun. Il-bihma baqghet sejra u sakemm waqfet, lahqet laqtet ma' erba' karozzi li kienu ipparkjati. Is-sidien ta' dawn il-vetturi rrinunzjaw ghal proceduri kriminali kontra dan is-sewwieq, wara li huwa ghamel tajjeb ghal hsarat ikkagunati. Infurmat ukoll illi l-Pulizija ser tkompli taghmel ronda f'dawn l-inhawi sabiex kemm jista' jkun ma jkunx hemm abbuzi ta' din ix-xorta.
Leg 9 PQ #29215 Sitting 628 2001-10-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Breathalyser

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena, sal-15 ta' Ottubru, kemm saru testijiet tal-breathalyser fuq sewwieqa? Kemm instabu pożittivi u kienu qed isuqu taħt l-influwenza tax-xorb? Matul l-istess żmien saru testijiet f' Għawdex? Kemm? B' liema riżultat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena, sal-15 t'Ottubru, 2001, kien hemm 70 sewwieq/a li l-Pulizija ghamlitlu t-testijiet tan-nifs wara li r-rizultat fl-ewwel test fit-triq kien pozittiv. Minn dan in-numru ta' testijiet 48 irrizultaw pozittiv filwaqt li f'zewg kazi r-rizultat tat-test ghadu mhux maghruf. Infurmat ukoll illi f'Ghawdex saru erba' testijiet li huma inkluzi fin-numru imsemmi hawn fuq.

Gwardjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' inhu n-numru totali ta' gwardjani lokali li qed jagħtu servizz a) f' Malta u b) f' Għawdex? Kemm huma n-numru totali ta' ċitazzjonijiet li ingħataw din is-sena sal-15 ta' Ottubru? Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-ksur ta' liġi li jgħalihom ingħataw ċitazzjonijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Fis-26 t'Ottubru 2001 kien hemm erbgħa u ħamsin (54) Gwardjani Lokali jagħtu servizz, tmienja u erbgħin (48) f'Malta u sitta (6) f'Għawdex. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru totali ta' ċitazzjonijiet li ngħataw din is-sena sal-15 t'Ottubru.

Karozzi tal-Linja

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn fejn hemm il-ħsieb li jiġu mportati karozzi tal-linja ġodda? Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm interess biex jibdew jinbnew f' Malta? Jekk iva, jista' jagħti dettalji?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li wara li ġew ippubblikati l-ispeċifikazzjonijiet dwar kif għandhom ikunu l-karozzi tal-linja ġodda, il-Gvern qiegħed iħalli f'idejn l-istess operaturi id-deċiżjoni li jimpurtaw jew jibnu lokalment il-vettura tagħhom.

Karozzi tal-Linja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' inhu n-numru ta' karozzi tal-linja li hawn fit-triq bħalissa f' Malta? Kemm inxtraw vetturi ġodda għal fuq ir-rottot f' dawn l-aħħar tlett snin? Kemm hemm karozzi tal-linja joperaw f' Għawdex? Fl-aħħar tlett snin kemm il-vettura ġdida inxtrat? Jista' l-Ministru jgħid x' qed joffri l-Gvern bħala għajnuna biex jinxtraw karozzi tal-linja ġodda? Kemm il-sid huwa interessat?

Response (GALEA, ĊENSU)

Waqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għal risposti mogħtija għad-domandi parlamentari Nru 6197 u 25237, jien infurmat li f`dawn l-aħħar tlett snin ma inxtrawx vetturi ġodda. Jien infurmat ukoll li mill-147 sid li applikaw ma` l-Awtorita` tat-Trasport biex ikollhom karozzi tal-linja ġodda, dawk li għadhom eleġibbli għandhom offerta ta` Lm30,000 sussidju mingħand il-gvern.