Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #29511 Sitting 637 2001-11-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni biex jiġi żgurat li l-ikel u x-xorb li qed jinbiegħ lit-tfal tal-iskola mit-tuck shops/canteens ta' l-istess skejjel huwa tal-kwalita' rakkomandata mit-tobba għas-saħħa tat-tfal? Isiru żjajjar għall-għarrieda? Kemm saru matul l-ewwel sitt (6) ġimgħat ta' din is-sena skolastika?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kull kuntrattur li jmexxi tuckshop/canteen fl-iskejjel statali huwa obbligat li jimxi mar-regoli tal-kuntratt speċjalment ma' paragrafu 6 - X'għandu u x'mgħandux jinbigħ mit-tuckshop. Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni titlob lid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika sabiex isiru spezzjonijiet għall-għarrieda matul is-sena skolastika sabiex jiġi żgurat illi r-regolamenti qegħdin jiġu segwiti kif suppost. Matul l-ewwel sitt ġimgħat ta' din is-sena skolastika saret l-ewwel spezzjoni għall-għarrieda minn spetturi sanitarji tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika.
Leg 9 PQ #29512 Sitting 637 2001-11-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Tuck Shops

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux żjajjar minn uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa fit-tuck shops/canteen tal-iskejjel f'Malta u f'Għawdex biex jiġi żgurat li l-ikel u xorb li qed jinbiegħ lill-istudenti huwa dak rakkomandat għas-saħħa tagħhom? Kemm saru żjajjar fl-ewwel sitt (6) ġimgħat ta' din is-sena skolastika u f'liema skejjel? Instab f'xi skola li mhux qed jiġi servut ikel adegwat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li uffiċċjali mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika żaru disgħa w għoxrin tuckshops/canteens ta` skejjel f'Malta u Għawdex biex jassiguraw li tali postijiet jikkonformaw mal-Liġijiet ta` l-ikel u l-Iġiene. Kundizzjonijiet dwar x'tip ta` ikel jista` jiġi offrut minn tali postijiet isiru mid-Dipartiment ta` l-Edukazzjoni. L-ispezzjonijiet saru ġo skejjel skond il-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra u n-nuqqasijiet li ġew innotati ntbatu f'rapport lill-istess Dipartiment ta` l-Edukazzjoni.

Qrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' se jagħmel wara is-sejħa pubblika tal-Maġistrat Dr. Silvio Meli biex issir riforma radikali fil-Qorti taż-żgħażagħ?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Qorti tal-Minorenni hi parti integrali mir-riforma li sa ġġib magħha t-twaqqif tad-Divizzjoni tal-Familja. L-Onor. Interpellant għandu jkun jaf ukoll illi l-Qorti tal-Minorenni għalkemm formalment Qorti kienet dejjem aktar assoċjata mal-kamp soċjali u konsegwentement ir-riformi essenzjali jrid jsiru l-aktar mill-lenti tal-legislazzjoni dwar it-tfal li qed tiġi preparati mill-Ministeru għall-Politika Soċjali.
Leg 9 PQ #29514 Sitting 637 2001-11-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati — Patrol Boats

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk qed jittieħdu passi biex l-iskwadra Marittima tal-Forzi Armati tiġi modernizzata ħalli tkun tista' tikkumbatti il-ġarr ta' klandestini, kuntrabandu u xogħol illegali ieħor ? Hemm il-ħsieb li jinġiebu patrol boats ta' ċerta ħeffa biex ilaħħqu mad-dgħajjes tal-kummerċjanti illegali?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet li tajt f’Seduti Parlamentari Numru 416 u 587 għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numru 20741 u 27558. Minbarra l-mezzi li kienu nxtraw is-sena l-oħra biex jissaħħaħ l-operat ta’ l-Skwadra Marittima, bħalissa hemm pjani biex jiġu akkwistati mezzi u apparat ieħor biex l-istess Skwadra tkun f’pożizzjoni aħjar li tikkumbatti attivitajiet illegali fl-ibħra tagħna.
Leg 9 PQ #29404 Sitting 636 2001-11-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid b' riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-PQ 29120, f' hiex jikkonsisti t-tender allokat lill-Polidano Group u kemm jiswa? Jista' l-Ministru jispeċifika x' permessi li qed jissemma illi għandu d-Dipartiment kkonċernat u jekk hemmx il-permess tal-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-tender allokat lil Polidano Group jikkonsisti f'piling works u xogħol ieħor ta' twaqqih u tneħħija ta' strutturi minn fuq is-sit. Ix-xogħol jiswa Lm52,987 iżda jista' jkun hemm spiża addizzjonali ta' mhux aktar minn Lm10,000 fil-każ li jkun hemm bżonn li jintuża permanent casing. Dan ix-xogħol kopert bil-permess Nru 0930/00 ta' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar.
Leg 9 PQ #29456 Sitting 636 2001-11-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bordijiet u Kummissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 28987?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lil Onor. Interpellant għat-tabella li tidher hawn taħt: ETAJIET Anqas minn 29 Bejn 30-45 Fuq 46 Kummissjoni dwar l-Għajnuna Finanzjarja - 2 5 Bord Konsultattiv dwar il-Frott u Ħxejjex - 5 4 Bord dwar is-Sajd - 3 10 Bord Konsultattiv dwar l-Inbid - 3 8 School Arbor Committee 1 1 3 Bord dwar il-Kontroll tal-Pestiċidi 1 5 6 Kumitat Jum Dinji ta' l-Ikel - 2 1 Agricultural Export Marketing Board - 5 8
Leg 9 PQ #29457 Sitting 636 2001-11-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

School Medical Service

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 28952, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra studju li sar fis-sena 2000?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li dan l-istudju jifforma parti minn teżi li tinsab fil-librerija ta` l-Iskola Medika fi G'Mangia, u hija aċċessibli għall-pubbliku.
Leg 9 PQ #29458 Sitting 636 2001-11-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Bordijiet u Kummissjonijiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 28982, jista' l-Ministru jagħti din l-informazzjoni minħabba li hija ta' interess nazzjonali jew għallanqas dak li jista' u dan minkejja li ninsabu fl-era tal-komputers?

Response (GALEA, LOUIS)

F'dan l-istadju nikkonferma l-pożizzjoni kif ġa mfissra fit-tweġiba mogħtija.

Qrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kinietx identifikata persuna li mistennija tinħatar Imħallef biex jieħu post l-Imħallef Lino Agius li se jmur jaħdem fl-Olanda fit-Tribunal tal-Ġnus Magħquda? Kienet identifikata l-persuna li se tinħatar fil-Qorti ta' l-Appell flok l-Imħallef Agius? Meta se jinħatru dawn il-persuni?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Imħallef Lino Agius hu mistenni li jieħu l-ġurament fit-Tribunal Internazzjonali għall-ex Jugoslavja fit-22 ta` Novembru 2001 u l-Imħallef ġdid - li ġie identifikat - mistenni li jieħu l-ġurament tal-kariga f'Jannar 2002.

Qrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid minħabba li f' Jannar li ġej il-President tal-Qorti jispiċċa mill-ħatra minħabba l-eta', il-Gvern identifika l-persuna li se tingħata l-ħatra? Jekk kienet identifikata l-persuna dan ġej mill-Ġudikatura?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Onorevoli Interpellant ikollu risposta fiż-żmien propizju.
Leg 9 PQ #29347 Sitting 635 2001-11-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Korp Diplomatiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' pożizzjoni kellha l-persuna li isimha qed jintbagħat under separate cover fil-Korp Diplomatiku? Meta ngħaqdet mal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin? Fejn u meta serviet lill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin barra minn Malta? Meta spiċċat mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u għaliex?

Response (BORG, JOE)

Il-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant nħatret Uffiċċjal Diplomatiku (Affarijiet Ekonomiċi) b'seħħ mill-4 ta' Mejju 1984, prinċipalment biex taqdi dmirijiet fl-Ambaxxata Maltija fi Tripli. Dan l-uffiċċjal serva fl-Ambaxxata Maltija fi Tripli bejn it-12 ta' Mejju 1984 u 31 ta' Lulju 1988. Din il-persuna rtirat mis-servizz pubbliku bl-eta ta' 61 sena b'seħħ mit-30 ta' April 1997, u sa din id-data kienet għada taħdem fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin.

Qrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' passi ttieħdu kontra ex impjegat tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin li ismu qed jintbagħat under separate cover fil-qorti tal-Maġistrat fl-aħħar ħdax-il sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Peress illi l-prosekuzzjoni kriminali hi f'idejn il-Kummissarju tal-Pulizija , l-Onorevoli Interpellant hu mitlub jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat.

Qrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar ħdax-il sena ttiħdux xi passi kriminali kontra ċ-ċittadin Malti li ismu qed jintbagħat under separate cover? Jekk ittieħdu passi fejn ittieħdu, meta ttieħdu, fuq xhex ittieħdu u x' passi ttieħdu?

Response (GATT, AUSTIN)

Peress illi l-prosekuzzjoni kriminali hi f'idejn il-Kummissarju tal-Pulizija, L-Onorevoli Interpellant hu mitlub jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat.

Qrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Avukat Ġenerali barra r-riżultati ta' l-inkjesta li mexxiet il-Maġistrat Miriam Hayman dwar allegazzjonijiet li saru fil-konfront tal-Kummissarju ħax in konsiderazzjoni affidavits jew dokumenti oħra li ma kinux jifformaw parti mill-inkjesta? Min ippreżenta dawn l-affidavits? U kemm kien l-għadd ta' persuni li ppreżentaw affidavit? U hija proċedura ġdida li segwa l-Avukat Ġenerali meta ta kas ta' dawn l-affidavits, flok idderiega lura l-inkjesta lill-Maġistrat inkwirenti u dawn kienu jidħlu fl-inkjesta permess ta' proċedura li jipprovdi l-Kodiċi Kriminali?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Avukat Generali diġa ta` pubblikament l-informazzjoni kollha li qed jitlob l-Onor. Interpellant u m`għandi xejn x`inżid ma dak li stqarr l-Avukat Generali.

Investigazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Avukat Ġenerali bediex investigazzjoni dwar kif tagħrif li ħareġ fl-inkjesti dwar il-qtil ta' Lino Cauchi u l-mewt ta' Gianni Psaila li kienu fl-uffiċju tiegħu spiċċaw imxandra fil-ġurnali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat mill-Avukat Generali illi r-risposta hi fl-affermattiv ovvjament f`dak li jirrigwarda l-Ufficju tal-Avukat Generali.
Leg 9 PQ #29337 Sitting 634 2001-11-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bordijiet u Kummissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 28983 minħabba li l-informazzjoni mitluba hi ta' interess nazzjonali, għar-raġuni li wieħed jara l-kompożizzjoni tal-bordijiet f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-etajiet, nerġa nitlob lill-Ministru sabiex jew mill-karta' ta' l-identita', jew inkella minn sorsi ta' informazzjoni oħra bħal computer, jagħti l-etajiet tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #29337 Sitting 634 2001-11-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bordijiet u Kummissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 28983 minħabba li l-informazzjoni mitluba hi ta' interess nazzjonali, għar-raġuni li wieħed jara l-kompożizzjoni tal-bordijiet f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-etajiet, nerġa nitlob lill-Ministru sabiex jew mill-karta' ta' l-identita', jew inkella minn sorsi ta' informazzjoni oħra bħal computer, jagħti l-etajiet tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni li qed tintalab m'hijiex faċilment aċċessibbli. Barra minn hekk, biex tinġabar din l-informazzjoni, f'ħafna każi irid isir kuntatt dirett ma' l-individwu, li f'dan il-każ ikun ifisser kuntatt ma' madwar erba' mitt persuna. Naħseb li l-Onorevoli Membru japprezza li dan ix-xogħol jitlob ammont ta' żmien u riżrosi umani li jistgħu jiġu utilizzati aħjar.
Leg 9 PQ #29338 Sitting 634 2001-11-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar ħdax-il sena kienx hemm xi okkażjoni li persuna li kienet President tal-Qorti fil-kariga ta' Prim Mħallef tatu r-riżenja mill-kariga? Meta seħħ dan? X' kienet ir-raġuni? U x' ġara mir-riżenja?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena nfurmat li ma kien hemm ebda Prim Imħallef li ta r-riżenja tiegħu fiż-żmien imsemmi.
Leg 9 PQ #29339 Sitting 634 2001-11-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Excise Duty

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-excise duty fuq ir-retail price tas-sigaretti?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kif jidher fit-Tielet Skeda li hemm ma' l-Att dwar id-Dazju tas-Sisa fejn jirrigwarda l-partita Sigaretti r-rata ta' dazju tas-sisa hija ta' 53.1% tar-retail price magħdud magħha l-ammont ta' 4c5, fuq kull pakkett ta' għoxrin sigarett jew parti minnu. Fl-istess waqt iżda hemm taxxa minima ta' 52c3 fuq kull pakkett.
Leg 9 PQ #29341 Sitting 634 2001-11-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Excise Duty

Question

Jista' l-Ministru jgħid minħabba li fl-Unjoni Ewropea l-inqas excise duty fuq is-sigaretti hi 57% tar- retail price x' kienet il-pożizzjoni ta' Malta fin-negozjati li għaddejjin? Intalab xi transition period biex l-excise duty li trid l-Unjoni Ewropea ma jidħolx mill- ewwel?

Response (BORG, JOE)

Ir-rata ta' tassazzjoni fuq is-sigaretti f'Malta, jiġifieri l-Excise Duty flimkien mall-Value Added Tax, hija diġa' konformi mar-rata minima permessibbli skond ir-regoli tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk ma kien hemm ebda bżonn li jintalab xi forma ta' arranġament speċjali f'dan ir-rigward.